KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE 
IN CONSERVATION SCIENCE - M. SC. ġ L.S.327.234 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.234
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE IN CONSERVATION SCIENCE 
- M. SC.
22 ta’ Lulju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 184 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Science in Conservation Science -
M.Sc.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord Akkademiku" tfisser il-Bord Akkademiku ta’ l-Institute
for Conservation and Restoration Studies tal-Malta Centre for
Restoration;
"il-Bord ta’ l-Istudji" tfisser il-Bord ta’ l-Istudji għall-kors
maħtur mis-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord Akkademiku;
"il-Grad" tfisser il-Grad ta’ Master of Science in Conservation
Science - M.Sc.;
"l-Istitut'' tfisser l-Institute for Conservation and Restoration
Studies tal-Malta Centre for Restoration;
"il-kors" tfisser il-kors ta’ studju li jwassal għall-Grad ta’ Master
of Science in Conservation Science - M.Sc.; u
"is-Senat" tfisser is-Senat ta’ l-Università  ta’ Malta.
Applikabilità .
jibdew f’Ottubru 2003 jew wara.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikunu eliġibbli għall-għoti tal-Grad, l-istudenti
għandhom:
(a) ikunu rreġistrati bħala studenti regolari skond ir-
regolamenti għad-dħul ta’ l-Università  u jissodisfaw
il-kwalifiki għad-dħul stipulati fir-regolament 4;
(b) itemmu l-kors ta’ studju, jiksbu 120 kredtu, li
għandhom jinkludu l-kredti għat-taqsimiet studju
obbligatorji u għad-dissertazzjoni, u jissodisfaw xi
rekwiżiti oħra preskritti f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfaw xi rekwiżiti oħra preskritti fi statuti,
f’regolamenti u f’ordinamenti rilevanti oħra ta’ l-
Università .
Kwalifiki għad-
dħul.
4. Il-kors huwa miftuħ għall-applikanti li għandhom:
(a) grad ta’ Bachelor of Science jew Bachelor of Science
(Honours) b’mill-anqas it-Tieni Klassi minn l-
Università  b’xjenza naturali bħala waħda mill-oqsma
ta’ studju; jew
(b) grad b’mill-anqas it-Tieni Klassi aċċettabbli għall-
2 L.S.327.234 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE 
IN CONSERVATION SCIENCE - M. SC.
Bord ta’ l-Istudji li jassigura li l-applikanti jistgħu
jsegwu l-kors b’suċċess, u li huma kapaċi jissodisfaw
il-Bord ta’ l-Istudji li għandhom id-disposizzjoni
neċessarja li jidħlu għall-kors, normalment permezz
ta’ intervista.
Reġistrazzjoni 
għall-kors.
5. Il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jillimita l-għadd ta’ studenti li
jistgħu jitħallew jidħlu fil-kors skond ir-riżorsi disponibbli. L-
għadd ta’ studenti, stabbilit mis-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Bord ta’ l-Istudji, għandu jiġi mħabbar qabel il-bidu ta’ kull kors.
Jekk ikun hemm aktar applikanti eliġibbli mill-għadd massimu ta’
studenti, l-applikanti għandhom jiġu magħżula minn bord maħtur
għal dan il-għan. Il-bord għandu jikkonsidra l-kwalifiki ta’ l-
applikanti u d-disposizzjoni tagħhom.
Formola preskritta. 6. L-applikanti li jixtiequ jirreġistraw għall-kors għandhom
japplikaw fuq il-formola preskritta u fiż-żmien speċifikat mill-
Uffiċċju tar-Reġistratur.
Reġistrazzjoni. 7. L-istudenti huma meħtieġa li jirreġistraw qabel il-bidu ta’
kull sena fiż-żmien stipulat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
It-tul tal-kors. 8. (1) Il-kors jinfirex fuq perijodu ta’ sentejn akkademiċi ta’
studju fuq bażi full-time.
(2) Il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jħalli lill-istudenti jestendu l-
istudji tagħhom biex ilestu d-dissertazzjoni b’mhux aktar minn sitt
xhur. F’ċirkostanzi speċjali, is-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Bord ta’ l-Istudji, jista’ jagħti lill-istudenti estensjoni oħra ta’ sitt
xhur.
(3) Is-Senat, fuq il-parir tal-Bord ta’ l-Istudji, jista’ jħalli
studenti, minħabba raġuni valida u suffiċjenti, jissospendu l-istudji
tagħhom għal perijodu massimu ta’ tnax-il xahar jew sakemm it-
taqsimiet studju tal-kors li jkun fadallhom jagħmlu jkunu offruti.
Kredti. 9. L-istudenti għandhom jirreġistraw għal għadd ta’ taqsimiet
studju (li jinkludu d-dissertazzjoni) li għalihom huma assenjati
total ta’ mill-anqas 60 kredtu f’kull sena akkademika.
Il-kors ta’ studju. 10. Il-kors ta’ studju jikkonsisti fi:
(a) komponent mgħallem, li jikkonsisti f’taqsimiet studju
li għalihom huma assenjati 100 kredtu; u
(b) komponent ta’ riċerka, li jikkonsisti fil-kitba ta’
dissertazzjoni li għaliha huma assenjati 20 kredtu.
Il-katalogu ta’ 
taqsimiet studju.
11. Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jħejji programm ta’ studji
għall-kors u għandu jippubblika katalogu ta’ taqsimiet studju. Il-
katalogu għandu jindika l-kodiċi, it-titolu, id-deskrizzjoni u t-tip
ta’ kull taqsima studju, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju,
liema taqsimiet studju huma obbligatorji, liema għandhom jittieħdu
flimkien jew meħtieġa jittieħdu qabel taqsimiet studju oħra, u l-
metodi ta’ tagħlim u valutazzjoni. Il-katalogu għandu jinkludi
wkoll linji ta’ gwida ta’ kif għandhom jitmexxew is-seminars, il-
produzzjoni tad-dissertazzjoni u d-difiża tagħha b’mod orali. Il-
Bord ta’ l-Istudji għandu jippubblika l-katalogu qabel il-bidu ta’
kull kors, wara l-approvazzjoni tas-Senat.
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE 
IN CONSERVATION SCIENCE - M. SC. ġ L.S.327.234 3
Progress u 
valutazzjoni.
12. Ir-riżultati tal-valutazzjoni tat-taqsimiet studju u tad-
dissertazzjoni għandhom jiġu ppubblikati bħala marka f’perċentaġġ
u grad kif indikat fit-tabella hawn taħt:
Kemm il-marka f’forma ta’ perċentaġġ kif ukoll il-grad
għandhom ikunu mniżżla fir-record akkademiku ta’ l-istudenti.
Iżda, il-marka f’forma ta’ perċentaġġ biss għandha tintuża biex
ikun ikkalkolat il-progress ta’ l-istudenti mill-ewwel sena għat-
tieni sena u għall-klassifikazzjoni finali tal-Grad.
It-tieni sena.
tal-kors jekk jiksbu mill-anqas 60 kredtu.
Valutazzjoni 
riparatorja.
14. L-istudenti għandhom jgħaddu mit-taqsimiet studju prattiċi
kollha. L-istudenti li jeħlu minn xi taqsima studju (ħlief dawk
prattiċi) li tagħmel parti mill-komponent mgħallem jitħallew
joqogħdu għal valutazzjoni riparatorja. Din il-valutazzjoni
riparatorja għandha normalment tieħu l-istess forma ta’
valutazzjoni bħall-ewwel valutazzjoni. Il-valutazzjoni riparatorja
ta’ taqsima studju għandha ssir fil-perijodu skedat għall-eżamijiet
li jkun imiss. Fil-każ ta’ assenjamenti li jirrikjedu sottomissjoni
mill-ġdid, il-valutazzjoni riparatorja għandha ssir bi ftehim mal-
lettur ikkonċernat. Fil-valutazzjoni riparatorja, l-ogħla marka u
grad li jistgħu jingħataw huma 45 jew D. Fil-każ li jeħlu fil-
valutazzjoni riparatorja, l-istudenti jiġu mitluba jirriżenjaw mill-
kors.
Valutazzjoni mill-
ġdid.
15. L-istudenti ma jitħallewx jerġgħu jiġu valutati f’taqsima
studju li jkunu diġà  ingħataw kredtu/i għaliha.
Trasferiment ta’ 
kredti.
16. Il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jħalli lill-istudenti jittrasferixxu
kredti miksuba għall-taqsimiet studju f’kors ta’ studju fl-Università
ta’ Malta jew f’istituzzjoni edukattiva rikonoxxuta għal dan il-għan
mis-Senat, sakemm dawn it-taqsimiet studju jkunu jixbħu fil-
kontenut u fil-livell lil dawk offruti fil-kors. Mhux aktar minn terz
ta’ l-għadd ta’ kredti meħtieġa għall-għoti tal-Grad jistgħu jkunu
ttrasferiti.
Proposta għad-
dissertazzjoni.
17. Sa l-aħħar ta’ Novembru tat-tieni sena akkademika, l-
istudenti għandhom jissottomettu proposta għad-dissertazzjoni
tagħhom ta’ 300 kelma u dikjarazzjoni minn membru ta’ l-Istitut li
qabel li jagħmilha ta’ superviżur tax-xogħol.
Tttolu u proposta 
tar-riċerka.
18. Il-Bord ta’ l-Istudji jkun responsabbli għall-approvazzjoni
tat-titolu u tal-proposta tar-riċerka.
Dissertazzjoni.
(a) ikunu xogħol ta’ natura avanzata jew oriġinali fil-
qasam ta’ studju ta’ l-istudenti;
(b) jissodisfaw lill-Bord ta’ l-Eżaminaturi rigward il-
Marka Grad
80% - 100% A
70% - 79% B
55% - 69% Ċ
45% - 54% D
0 - 44% F
4 L.S.327.234 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE 
IN CONSERVATION SCIENCE - M. SC.
kontenut u l-preżentazzjoni;
(ċ) ikunu twal bejn 20,000 u 25,000 kelma;
(d) jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-linji ta’ gwida
dwar il-format; u
(e) jingħataw grad skond l-iskema deskritta fir-regolament
12.
Kopji. 20. L-istudenti għandhom jippreżentaw erba’ kopji llegati tad-
dissertazzjoni lill-Istitut, waħda minnhom biex tinżamm mil-
Librerija ta’ l-Università  u oħra mil-Librerija tal-Malta Centre for
Restoration.
L-aħħar data għall-
preżentazzjoni.
21. Id-dissertazzjoni għandha tkun ippreżentata sa l-aħħar
Ġimgħa f’Ġunju ta’ l-aħħar sena tal-kors.
Xogħol oriġinali. 22. L-ebda dissertazzjoni ma tiġi aċċettata jekk tkun identika
fil-materjal ma’ xi dokument ieħor diġà  sottomess għal grad fl-
Università  ta’ Malta jew f’xi università  oħra jew għal xi materjal
ieħor ippubblikat. L-istudenti m’għandhomx, iżda, ikunu mwaqqfa
milli jinkorporaw xogħol preċedenti jekk ikun neċessarju għall-
preżentazzjoni u għal ftehim aħjar ta’ l-espożizzjoni tagħhom,
sakemm in-natura u l-volum tax-xogħol inkorporat ikunu indikati
b’mod ċar fid-dissertazzjoni nnifisha.
Superviżjoni tad-
dissertazzjoni.
23. (1) Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jaħtar panel ta’
superviżjoni għal kull student, normalment magħmul minn tliet
membri kif ġej: il-Kap tad-Dipartiment/Koordinatur bħala ċ-
chairman, u żewġ membri oħra, li wieħed minnhom ikun is-
superviżur tar-riċerka, sakemm meta l-Kap tad-Dipartiment/
Koordinatur ikun is-superviżur, huwa ma jagħmilhiex ta’ chairman
tal-panel.
(2) Il-panel ta’ superviżjoni għandu jsegwi x-xogħol għad-
dissertazzjoni ta’ l-istudenti, sakemm jiltaqa’ mill-anqas darba biex
jirrevedi il-progress tagħhom.
(3) L-istudenti huma meħtieġa jirrapportaw għand is-
superviżur tagħhom mill-anqas darba fix-xahar u barra minn hekk
kemm-il darba is-superviżur jaħseb li huwa neċessarju.
(4) Is-superviżuri huma meħtieġa jissottomettu regolarment
rapporti dwar l-istudenti lill-panel tas-superviżjoni. L-istudenti
għandhom jitolbu l-approvazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji għal xi
tibdil sostanzjali fit-titolu jew fil-kontenut tad-dissertazzjoni.
Normalment id-dissertazzjoni ma tistax tiġi sottomessa lill-Bord ta’
l-Eżaminaturi mingħajr l-approvazzjoni tas-superviżur.
(5) Il-panel tas-superviżjoni jista’ javża bil-miktub lill-Bord ta’
l-Istudji dwar kif student ikun sejjer. Dan jista’ jirrakkomanda
estensjoni tal-perijodu ta’ studju biex l-istudent ikun jista’ jtemm
id-dissertazzjoni, sakemm din l-estensjoni tal-perijodu ta’ studju li
qed nirreferu għaliha tkun skond ir-regolament 8(2).
Il-valutazzjoni tat-
taqsimiet studju u 
tad-dissertazzjoni.
24. (1) Għandu jkun maħtur Bord ta’ l-Eżaminaturi għal kull
taqsima studju u għandu normalment ikun magħmul minn tliet
membri kif ġej: il-Kap tad-Dipartiment/ Koordinatur bħala
chairman, il-lettur ikkonċernat u membru ieħor.
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE 
IN CONSERVATION SCIENCE - M. SC. ġ L.S.327.234 5
(2) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi maħtur għad-dissertazzjoni
għandu normalment ikun magħmul minn tliet membri kif ġej: il-
Kap tad-Dipartiment/ Koordinatur bħala chairman, u żewġ membri
oħra, li wieħed minnhom ikun is-superviżur tar-riċerka, sakemm
jekk il-Kap tad-Dipartiment / Koordinatur ikun is-superviżur, huwa
ma jistax ikun iċ-chairman tal-Bord. I;-membru l-ieħor tal-Bord ta’
l-Eżaminaturi għandu jkun eżaminatur barrani.
(3) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għad-dissertazzjoni għandu jitlob
lill-istudenti biex jiddefendu d-dissertazzjoni b’mod orali
quddiemhom. L-eżaminatur barrani m’għandux għalfejn ikun
preżenti meta ssir id-difiża orali sakemm tliet membri jmexxu l-
viva.
Dissertazzjoni 
mhux sodisfaċenti.
25. Dawk l-istudenti li d-dissertazzjoni tagħhom titqies mhux
sodisfaċenti jistgħu jew jeħlu jew ikunu meħtieġa mill-Bord ta’ l-
Eżaminaturi jerġgħu jiktbu d-dokument kollu jew parti minnu u
jerġgħu jissottomettuh għall-valutazzjoni. L-istudenti jistgħu
jerġgħu jissottomettu d-dissertazzjoni mhux aktar kmieni minn
xahrejn u mhux aktar tard minn sitt xhur minn meta jkunu ġew
informati bid-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi għad-
dissertazzjoni.
Ir-riżultat finali.
kors li jingħataw il-piż skond l-għadd ta’ kredti assenjati għal kull
komponent.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom jiġu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku
kklassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
