KORS GĦALL-GRADI TA’ DOCTOR OF MUSIC - D. MUS. -
U MASTER OF MUSIC - M. MUS. ġ L.S.327.235 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.235
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRADI
TA’ DOCTOR OF MUSIC - D. MUS. -
U MASTER OF MUSIC - M. MUS.
22 ta’ Lulju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 185 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Gradi ta’ Doctor of Music - D.Mus. - u Master of Music
- M.Mus.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" tfisser il-Bord ta’ l-Istitut tal-Mediterran;
"il-Gradi" tfisser il-Gradi ta’ Doctor of Music - D.Mus. - u
Master of Music - M.Mus.;
"l-Istitut" tfisser l-Istitut tal-Mediterran; u
"il-Kumitat" tfisser il-Kumitat għall-M.Phil./Ph.D. maħtur mis-
Senat.
Applikabilità .
2002 ’il quddiem.
L-għoti tal-Gradi.
jissodisfaw il-kriterji kollha f’waħda mill-oqsma ta’
speċjalizzazzjoni li ġejjin:
(a) permezz ta’ kompożizzjoni: jippreżentaw u jiddefendu
b’suċċess portfolio ta’ kompożizzjonijiet ġodda u
oriġinali li jinkludu xogħol fuq skala kbira bħalma
huma opera jew oratorju u eżami viva voce; jew
(b) permezz ta’ kunċerti: jippreżentaw b’suċċess mill-
anqas erba’ kunċerti (li għandhom jinkludu xogħlijiet
għall-orkestra fuq skala kbira), mill-anqas żewġ
kunċerti ta’ chamber music, u jiddefendu b’suċċess
dissertazzjoni dwar is-suġġett tal-kunċerti waqt eżami
viva voce.
(2) Il-grad ta’ M.Mus. għandu jingħata lill-istudenti li
jissodisfaw il-kriterji kollha f’waħda mill-oqsma ta’
speċjalizzazzjoni li ġejjin:
(a) permezz ta’ kompożizzjoni: jippreżentaw u jiddefendu
b’suċċess portfolio ta’ kompożizzjonijiet ġodda u
oriġinali u eżami viva voce; jew
(b) permezz ta’ kunċerti: jippreżentaw b’suċċess mill-
anqas żewġ kunċerti pubbliċi, mill-anqas kunċert ta’
chamber music, u jiddefendu b’suċċess dissertazzjoni
dwar is-suġġett tal-kunċert waqt eżami viva voce.
2 L.S.327.235 ħ
KORS GĦALL-GRADI TA’ DOCTOR OF MUSIC - D. MUS. -
U MASTER OF MUSIC - M. MUS.
Il-Kumitat maħtur 
mis-Senat.
L.S. 327.101
4. Dawn il-Gradi jaqgħu wkoll taħt ir-responsabbiltà  tal-
Kumitat maħtur mis-Senat skond ir-Regolamenti tal-Korsijiet
għall-Gradi ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. - u Master of
Philosophy - M.Phil.
Ir-reġistrazzjoni 
għall-Gradi.
5. L-applikazzjonijiet għall-Gradi jiġu aċċettati mis-Senat,
fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord u tal-Kumitat.
Applikazzjonijiet. 6. (1) Il-Kumitat għandu jikkonsidra applikazzjonijiet għal
grad ta’ D.Mus. minn għand kandidati li għandhom grad ta’ Master
of Music ta’ l-Università  ta’ Malta jew ta’ università  oħra jew
kwalifiki ta’ livell komparabbli rikonoxxuti għal dan il-għan mis-
Senat.
(2) Il-Kumitat għandu jikkonsidra applikazzjonijiet għall-grad
ta’ M.Mus. minn għand kandidati li għandhom:
(a) grad tajjeb bl-Unuri fil-Music Studies (mħux anqas
mit-Tieni Klassi) ta’ l-Università  ta’ Malta jew ta’
università  oħra jew kwalifiki ta’ livell komparabbli
rikonoxxuti għal dan il-għan mis-Senat; jew
(b) grad ta’ Bachelor fil-Music Studies (Kategorija II jew
ogħla) jew kwalifiki ta’ livell komparabbli rikonoxxuti
għal dan il-għan mis-Senat, sakemm dawn il-
kandidati, minbarra li jissodisfaw xi kondizzjonijiet
speċjali speċifikati mill-Bord, jattendu għall-kors
preparatorju li jestendi fuq perijodu ta’ sena studju fuq
bażi full-time jew l-ekwivalenti tiegħu fuq bażi part-
time u li jtemmu l-kors b’livell ta’ l-anqas tat-Tieni
Klassi bl-Unuri. Normalment l-oqsma ta’ studju jkunu
meħuda mill-programm tal-Music Studies offrut għall-
Bachelor of Arts (Honours).
(3) L-applikazzjonijiet għall-Gradi għandhom jinkludu dawn li
ġejjin:
(a) it-titolu propost tal-proġett;
(b) proposta dettaljata ta’ riċerka, normalment ta’ madwar
1000 kelma, li għandha tinkludi l-għodod u t-teknika
tal-kompożizzjoni fil-każ tal-Gradi bbażati fuq il-
kompożizzjoni, u l-għodod analitiċi u tal-
kompożizzjoni fil-każ tal-Gradi bbażati fuq il-
kunċerti;
(ċ) stqarrija dwar jekk l-istudji humiex ser isiru fuq bażi
full-time jew fuq bażi part-time, u, jekk dan ta’ l-
aħħar, l-għadd ta’ sigħat li ser ikunu ddedikati għal
dan ix-xogħol ta’ riċerka;
(d) l-isem tal-membru tal-istaff ta’ l-Università  li qabel li
jagħmilha ta’ superviżur, u f’każijiet speċjali, l-isem
ta’ membru tal-istaff ta’ l-Università  ta’ Malta jew ta’
università  oħra jew ta’ speċjalista li qabel li jagħmilha
ta’ kosuperviżur; u
(e) rakkomandazzjoni mill-Ko-rdinatur tal-Programm tal-
Music Studies li s-suġġett tar-riċerka hu aċċettabbli.
(4) Il-Kumitat għandu jissottometti lis-Senat l-applikazzjonijiet
KORS GĦALL-GRADI TA’ DOCTOR OF MUSIC - D. MUS. -
U MASTER OF MUSIC - M. MUS. ġ L.S.327.235 3
kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fis-subregolamenti (1)
sa (3). Is-Senat jista’ jaċċetta applikazzjonijiet bħal dawn u jista’
jimponi kondizzjonijiet oħra li jidhirlu xierqa.
It-tul ta’ l-istudji.
dawn il-perijodi:
(a) mhux anqas minn tliet snin u mhux aktar minn ħames
snin fil-każ ta’ studji fuq bażi full-time; u
(b) mhux anqas minn erba’ snin u mhux aktar minn tmien
snin (li normalment għandhom jinkludu sena ta’ studju
fuq bażi full-time) fil-każ ta’ studji fuq bażi part-time.
(2) Il-preżentazzjoni tax-xogħolijiet imsemmija fir-regolament
3(1) għal grad ta’ D.Mus. ma tkunx ikkunsidrata jekk ikunu
sottomessi aktar tard mill-perijodu massimu permess fis-
subregolament (1), ħlief jekk f’ċirkostanzi speċjali, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord u tal-Kumitat, is-Senat jagħti estensjoni
tal-perijodu ta’ studju aktar mill-perijodu massimu.
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (1)(a),
f’ċirkostanzi eċċezzjonali, is-Senat, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Bord u tal-Kumitat, jista’ jagħti permess għal preżentazzjoni tal-
kunċert finali, tal-portfolio tal-kompożizzjonijiet u tad-
dissertazzjoni għal-grad ta’ D.Mus. wara li jkunu għaddew l-
ekwivalenti ta’ sentejn ta’ studju fuq bażi full-time mid-data ta’ l-
ewwel reġistrazzjoni.
Perijodu ta’ studju 
għall-grad M.Mus.
8. (1) L-istudji għall-grad ta’ M.Mus. għandhom jestendu fuq
dawn il-perijodi:
(a) mhux anqas minn ħmistax-il xahar u mhux aktar minn
tliet snin fil-każ ta’ studji fuq bażi full-time; u
(b) mhux anqas minn tletin xaħar u mhux aktar minn
ħames snin fil-każ ta’ studji fuq bażi part-time.
(2) Il-preżentazzjoni tax-xogħolijiet imsemmija fir-regolament
3(2) għal grad ta’ M.Mus. ma tkunx ikkunsidrata jekk ikunu
sottomessi aktar tard mill-perijodu massimu permess fis-
subregolament (1), ħlief jekk f’ċirkostanzi speċjali, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord u tal-Kumitat, is-Senat jagħti estensjoni
tal-perijodu ta’ studju aktar mill-perijodu massimu.
Ir-reġistrazzjoni 
annwali.
9. (1) L-istudenti huma meħtieġa jirreġistraw ma’ l-Istitut fil-
bidu ta’ kull sena akkademika matul il-perijodu ta’ studju tagħhom.
(2) Reġistrazzjoni bħal din għandha tiġi aċċettata biss wara li
jsir rapport ta’ progress sodisfaċenti mis-superviżur ta’ l-istudent.
Is-sottomissjoni 
tal-portfolio ta’ 
kompożizzjoni/jiet 
jew tal-programm 
ta’ kunċerti u d-
dissertazzjoni.
10. (1) Mhux anqas minn tliet xhur qabel id-data ppjanata
għas-sottomissjoni, l-istudenti għandhom jitolbu lill-Bord il-
permess biex jippreżentaw il-portfolio tal-kompożizzjoni/jiet jew
tal-programm ta’ kunċerti u d-dissertazzjoni. Qabel ma jagħti l-
permess, il-Bord għandu jikkonsulta mas-superviżur ta’ l-istudenti
u għandu jaċċerta ruħu li l-perijodu ta’ studju jikkonforma ma’ dak
stipulat fir-regolamenti 7 u 8.
(2) Meta jissottomettu portfolio tal-kompożizzjoni/jiet, l-
4 L.S.327.235 ħ
KORS GĦALL-GRADI TA’ DOCTOR OF MUSIC - D. MUS. -
U MASTER OF MUSIC - M. MUS.
istudenti għandhom:
(a) jissottomettu dikjarazzjoni ffirmata li l-portfolio huwa
x-xogħol personali tagħhom, u li l-parti 1-kbira tax-
xogħol kien magħmul wara r-reġistrazzjoni għall-
Grad;
(b) jekk xi parti mill-portfolio tal-kompożizzjoni/jiet
kienet diġà  sottomessa għal xi grad jew kwalifika oħra
jew il-portfolio kien ippubblikat indipendentement,
stqarrija dwar dan għandha tkun inkluża miegħu, u l-
Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jirrakkomanda lis-
Senat jekk il-portfolio għandhux ikun aċċettat għall-
eżami jew le.
(3) Id-dissertazzjonijiet bl-ebda mod ma għandhom ikunu diġà
sottomessi għal xi grad jew diploma oħra u m’għandhomx ikunu
ġew ippubblikati indipendentement mill-istudent kemm kollha kif
ukoll partijiet sostanzjali minnhom.
L-eżami tal-
portfolio ta’ 
kompożizzjoni/jiet 
jew tal-programm 
ta’ kunċerti u d-
dissertazzjoni.
11. Il-portfolio tal-kompożizzjoni/jiet għal dawn il-Gradi
għandu jkun eżaminat minn Bord ta’ l-Eżaminaturi maħtur għal dan
il-għan mis-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
Il-Bord ta’ l-
Eżaminaturi.
12. Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għal dawn il-Gradi għandu jkun
magħmul minn ta’ l-anqas tliet eżaminaturi, li jinkludu chairman,
eżaminatur barrani u membru ieħor, sakemm l-eżami viva voce jsir
minn ta’ l-anqas tliet eżaminaturi, u sakemm is-superviżur ma
jkunx wieħed mill-eżaminaturi imma jkun mistieden bħala
osservatur waqt l-eżami viva voce. (Reġistrazzjonijiet ċari tal-
kunċerti "awtentiċizzati mill-eżaminaturi" għandhom ikunu
mħejjija għall-użu ta’ l-eżaminatur barrani mhux preżenti.)
Difiża tal-
portfolio.
13. (1) L-istudenti għandhom ikunu meħtieġa jiddefendu l-
portfolio oralment quddiem il-Bord ta’ l-Eżaminaturi. Il-Bord ta’ l-
Eżaminaturi għandu jissottometti rapport finali lis-Senat fejn jgħid
jekk l-istudent għandux jingħata l-grad, sakemm fil-każ ta’
portfolio għall-M.Mus., jekk l-eżaminatur barrani ma jkunx jista’
jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet finali tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi
għaliex ikun imsiefer, ikun legali li l-membri l-oħra tal-Bord ta’ l-
Eżaminaturi jieħdu deċizjonijiet fin-nuqqas tiegħu sakemm xi
fehmiet li hu jkun fisser bil-kitba jiġu kkunsidrati u d-deċizjoni
finali hi aċċettabbli għalih.
(2) Fil-każ tal-kunċerti, id-dissertazzjoni għandha tkun valutata
qabel ma jsir il-kunċert finali.
Reviżjoni tal-
portfolio.
14. (1) Wara li jeżaminaw il-portfolio tal-kompożizzjoni/jiet,
il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jistgħu jirreferuh lura lill-istudent għar-
reviżjoni qabel ma jiddefendi l-portfolio.
(2) Fil-każ indikat fis-subregolament (1), l-istudent għandu
japplika lill-Bord għall-permess biex jissottometti għall-eżami l-
portfolio rivedut. Il-Bord għandu jkun iggwidat fid-deċiżjoni
tiegħu mir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi iżda
fil-każijiet kollha l-portfolio rivedut għandu jkun sottomess għall-
KORS GĦALL-GRADI TA’ DOCTOR OF MUSIC - D. MUS. -
U MASTER OF MUSIC - M. MUS. ġ L.S.327.235 5
eżami fi żmien sitt xhur minn meta l-portfolio oriġinali kien
irriferut lura lill-istudent. Permess bħal dan jingħata darba biss.
(3) Fil-każ tal-kompożizzjoni, student li ma jissodisfax lill-
Bord ta’ l-Eżaminaturi fl-eżami viva voce jista’, fid-diskrezzjoni
tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi u bil-permess tal-Bord, jiġi eżaminat
mill-ġdid oralment f’perijodu ta’ sitt xhur. Permess bħal dan
jingħata darba biss.
(4) Jekk, matul il-kunċerti, student għal wieħed mill-Gradi ma
juriex kompetenza sħiħa tat-teknika u kapacitajiet interpretattivi,
il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’ jitlob li l-kunċert ikun ripetut wara
perijodu ta’ żmien deċiż mill-Bord.
(5) Jekk student għall-grad ta’ D.Mus. ma jissodisfax lill-Bord
ta’ l-Eżaminaturi li x-xogħol tiegħu laħaq il-livell meħtieġ għall-
għoti tal-grad ta’ D.Mus., il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’
jirrakkomanda lis-Senat l-għoti tal-grad ta’ M.Mus.
Format u 
preżentazzjoni tad-
dissertazzjoni -
gradi permezz tal-
kompożizzjoni.
15. Ghall-Gradi permezz tal-kompożizzjoni l-istudenti huma
mistennija jissottomettu dan li ġej:
(a) għall-grad ta’ D.Mus.: il-kopji tal-portfolio oriġinali
tax-xogħlijiet għandhom ikunu ppreżentati fuq karti
tal-mużika regolari A3 u b’kull xogħol illegat soft
separatament. Id-dissertazzjoni għandha tkun ta’ mhux
anqas minn 25,000 u mhux aktar minn 30,000 kelma, li
jeskludu n-noti, il-biblijografija, u l-appendiċijiet; u
(b) għall-grad ta’ M.Mus: il-kopji tal-portfolio oriġinali
tax-xogħlijiet għandhom ikunu ppreżentati fuq karti
tal-mużika regolari A3 bix-xogħlijiet illegati soft
f’volum wieħed. Id-dissertazzjoni għandha tkun ta’
mhux anqas minn 15,000 kelma, li jeskludu n-noti, l-
biblijografija, u l-appendiċijiet.
Format u 
preżentazzjoni tad-
dissertazzjoni -
gradi permezz tal-
kunċerti.
16. Ghall-Gradi permezz tal-kunċerti l-istudenti huma
mistennija jissottomettu dan li ġej:
(a) għall-grad ta’ D.Mus: in-noti tal-programm u d-
dissertazzjoni għandhom ikunu f’format ta’ dokument
standard u ta’ mhux anqas minn 25,000 u mhux aktar
minn 30,000 kelma, li jeskludu n-noti, il-biblijografija,
u l-appendiċijiet; u
(b) għall-grad ta’ M.Mus: in-noti tal-programm u d-
dissertazzjoni għandhom ikunu f’format ta’ dokument
standard u ta’ mhux anqas minn 15,000 kelma, li
jeskludu n-noti, il-biblijografija, u l-appendiċijiet.
Kopji.
meħtieġ jissottometti erba’ kopji lill-Koordinatur tal-Programm tal-
Music Studies biex jingħataw lill-Bord ta’ l-Eżaminaturi.
Sotoomissjoni ta’ 
kopji llegati sew.
18. Wara li l-portfolio u d-dissertazzjoni jkunu approvati, l-
istudenti għandhom jissottmettuhom illegati sew fi żmien mhux
aktar minn sitt ġimgħat minn meta jkun sar l-eżami viva voce.
Spejjeż.
kompożizzjoni/jiet huma r-responsabbiltà  ta’ l-istudenti.
