DIPLOMA FL-AMMINISTRAZZJONI U 
FIT-TMEXXIJA TA’ L-EDUKAZZJONI ġ L.S.327.25 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.25
ORDINAMENTI GĦAD-DIPLOMA
FL-AMMINISTRAZZJONI U FIT-TMEXXIJA
TA’ L-EDUKAZZJONI
26 ta’ Ġunju, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 58 ta’ l-1992.
Titolu.
Diploma fl-Amministrazzjoni u fit-Tmexxija ta’ l-Edukazzjoni.
Kwalifiki għad-
dħul.
1.1 Kandidat jitballa jidħol għall-kors tad-Diploma fl-
Amministrazzjoni u fit-Tmexxija ta’ l-Edukazzjoni jekk ikollu
kwalifika fit-tagħlim rikonoxxuta lokalment flimkien ma’ ħames
snin esperjenza fit-tagħlim.
1.2 Kandidat li għandu l-Post ta’ Assistent Kap ta’ Skola jew
pożizzjoni amministrativa ogħla fl-Edukazzjoni jkun ikkunsidrat
ukoll biex jidħol għall-kors.
Il-programm tal-
kors.
2.1 Il-programm tal-kors ikun magħmul minn minimu ta’ tletin
unità  ta’ studju fil-komponenti tal-kors li ġejjin:
2.2 Il-kors, li hu mifrux fuq perijodu ta’ sentejn studju part-
time, ikun maqsum f żewġ partijiet ta’ sena l-waħda.
2.3 Kandidat irid jispiċċa l-kors f’mhux anqas minn sentejn u
f’mhux aktar minn tliet snin, jekk mhux b’permess mogħti mis-
Senat għal raġunijiet speċjali u fuq il-parir tal-Bord tal-Fakultà .
Il-valutazzjoni.
tal-kors jekk:
(a) itemm b’suċċess l-Ewwel u t-Tieni Parti tal-kors;
(b) igħaddi mill-Eżami Finali;
(ċ) jippreżenta b’suċċess l-Essay Twil jew il-Proġett.
3.2 Kandidat irid itemm b’suċċess l-Ewwel Parti tal-kors qabel
jitħalla jgħaddi għat-Tieni parti.
3.3 Kandidat itemm b’suċċess kull parti tal-kors jekk iġib
minimu ta’ ħdax-il kredtu f’dik il-parti.
3.4 Ir-riżultat li jinkiseb f’kull unità  ta’ studju jingħata wieħed
minn dawn il-gradi skond il-mertu: A, B, Ċ, D f’ordni dixxendenti;
F tfisser li l-kandidat weħel.
A. Perspettivi Tejoretiċi għall-Istudju ta’
l-Amministrazzjoni ta’ l-Edukazzjoni . 10 unitajiet
B. Il-Pjanifikazzjoni u t-Tmexxija ta’
Istituzzjonijiet Edukattivi ................... 10 unitajiet
Ċ. Xejriet kurrenti fit-Tejorija u fil-
Prattika ta’ l-Edukazzjoni ................... 5 unitajiet
D. Essay Twil/Proġett ............................. 5 unitajiet.
2 L.S.327.25 ħ
DIPLOMA FL-AMMINISTRAZZJONI U 
FIT-TMEXXIJA TA’ L-EDUKAZZJONI
3.5 Kandidat ma jitħalliex ikompli l-kors jekk ma jġibx
minimu ta’ disa’ kredti f’kull parti tal-kors.
3.6 Kandidat li f’parti jew oħra tal-kors iġib minimu ta’ disa’
kredti iżda ma jġibx ħdax-il kredtu jitħalla jirrepeti darba l-unitajiet
li jkun weħel fihom fi żmien sena mill-bidu ta’ dik il-parti. Dawk
il-kredti li jġib l-istudent wara li jkun irrepetihom jingħataw l-inqas
grad.
3.7 Kandidat irid iġib ta’ mill-inqas il-marka minima aggregata
biex jitqies li jkun għadda fl-Eżami Finali li jkun magħmul minn
żewġ karti sinottiċi. Kandidat li jeħel mill-Eżami Finali jitħalla
jerġa’ jagħmlu darba biss fi żmien sena mit-tmiem tal-kors. L-ogħla
marka li jista’ jġib hija l-marka minima li biha jgħaddi.
3.8 Kandidat jinħtieġlu jippreżenta b’suċċess Essay Twil ta’
bejn wieħed u ieħor tmint elef kelma, jew Proġett meqjus ta’
kwalità  akkademika ekwivalenti. Kandidat li jeħel mill-Essay Twil/
Proġett jitħalla jerġa’ jippreżentah darba waħda matul perjodu ta’
mhux itwal minn tnax-il xahar.
Iċ-ċertifikazzjoni. 4.1 Meta l-kandidat itemm il-kors b’suċċess, jingħata d-
Diploma fl-Amministrazzjoni u fit-Tmexxija ta’ l-Edukazzjoni.
Applikabilità . 5.1 Dawn l-Ordinamenti jgħoddu għal korsijiet mibdija fl-1990
jew wara.
