STATUT I 10 - STATUT DWAR ĊENTRU 
TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-KOMUNIKAZZJONI ġ L.S.327.27 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.27
STATUT I 10 - STATUT DWAR ĊENTRU 
TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-KOMUNIKAZZJONI
24 ta’ Lulju, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 68 ta’ l-1992.
Titolu.
tat-Teknoloġija tal-Kommunikazzjoni.
Ċentru tat-
Teknoloġija tal-
Kommunikazzjoni.
1. B’dan qed jitwaqqaf fl-Università , iċ-Ċentru tat-
Teknoloġija tal-Kommunikazzjoni (ĊTK). Iċ-Ċentru jiġbor fi
ħdanu l-Laboratorju Awdjo-Viżiv, il-Laboratorju tal-Lingwi, il-
materjal awdjoviżiv tal-Bibljoteka u l-Laboratorju tat-Teknoloġija
ta’ l-Edukazzjoni.
Skopijiet taċ-
Ċentru.
2. Iċ-Ċentru għandu dawn l-iskopijiet:
(a) li jipprovdi l-mezzi awdjoviżivi (kemm il-hardware
kif ukoll is-software) lid-Dipartimenti, l-Istituti, u l-
istaff ta’ l-Università  li jkunu jeħtiġuhom biex iwettqu
xogħolhom, u li jagħti l-pariri tiegħu lill-awtoritajiet
ta’ l-Università  f’kull ma għandu x’jaqsam mat-
tagħmir awdjoviżiv u l-użu tiegħu;
(b) li jikseb il-materjal meħtieġ u jżomm f’kondizzjoni
xierqa l-awdjoteka, il-vidjoteka u l-laboratorji tal-
lingwi, tal-video u tat-teknoloġija ta’ l-edukazzjoni u li
jħaffef l-użu tiegħu;
(ċ) li jforni lill-Fakultajiet b’korsijiet fil-
Kommunikazzjoni u bi ħtiġiet oħra (fosthom li
jikkoordina l-korsijiet fil-Kommunikazzjoni), iwettaq
proġetti ta’ riċerka u li jġib ’il quddiem il-ħidma
xjentifika fil-qasam ta’ l-istudji tal-Kommunikazzjoni;
(d) li jaħdem id f’id ma’ istituzzjonijiet oħra biex
jipprovdilhom taħriġ u l-għajnuna meħtieġa biex
iwettqu proġetti fil-qasam awdjoviżiv.
Bord.
(2) Il-Bord ikun magħmul minn:
President: Ir-Rettur jew delegat tiegħu;
Viċi-President: Id-Direttur taċ-Ċentru;
rappreżentant minn kull waħda minn dawn:
il-Fakultà  ta’ l-Arti ;
il-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
l-Istitut tal-Lingwistika;
l-Istitut ta’ l-Istudji tal-Mediterran;
il-Bibljoteka Universitarja; u
sa erba’ membri oħra msejħa mill-Bord.
2 L.S.327.27 ħ
STATUT I 10 - STATUT DWAR ĊENTRU 
TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-KOMUNIKAZZJONI
(3) Xogħol il-Bord hu li:
(a) jfassal il-pjan ta’ ħidma taċ-Ċentru biex jintlaħqu l-
għanijiet msemmija hawn fuq;
(b) jara li l-finanzi taċ-Ċentru jitħaddmu tajjeb;
(ċ) jiżgura li ċ-Ċentru jilħaq l-għanijiet tiegħu billi
jaħdem id f’id ma istituzzjonijiet oħra, kemm Maltin
kif ukoll barranin.
Direttur u staff. 4.  (1) Iċ-Ċentru jkollu Direttur u staff.
(2) Id-Direttur jinħatar għal tliet snin mill-Kunsill ta’ l-
Università , wara sejħa għall-applikazzjonijiet għal din il-kariga
minn fost l-istaff akkademiku ta’ l-Università .
(3) Id-Direttur ikollu d-dmir li jmexxi ċ-Ċentru u li jara li
jitwettqu l-għażliet tal-Bord.
(4) Id-Direttur iħejji l-estmi ta’ kull sena taċ-Ċentru u
jressaqhom lill-Bord biex japprovahom. Id-Direttur jissottometti
wkoll stqarrija finanzjarja lill-Kunsill u rapport ta’ kull sena fuq il-
ħidmiet ta’ l-Istitut lis-Senat u lill-Kunsill.
(5) Membri akkademiċi speċjalizzati fil-qasam tal-
kommunikazzjoni u oqsma oħra jkunu maħtura mill-Kunsill ta’ l-
Università  b’rakkomandazzjoni tal-Bord.
(6) Staff amministrattiv u tekniku jinħatar mill-Bord.
Appoġġ u 
għajnuna.
5. Iċ-Ċentru (ĊTK) għandu jagħti l-appoġġ u l-għajnuna
tiegħu fit-tagħlim lill-Università , lill-Fakultajiet u lill-Istituti
kulmeta jkun mitlub u xieraq. B’mod partikolari ċ-Ċentru għandu
jipprovdi:
(a) l-użu tal-faċilitajiet komuni, u tat-tagħmir u l-
manutenzjoni tiegħu, kif ukoll il-koordinazzjoni u s-
sorveljanza ta’ l-istudji fil-qasam ta’ l-Istudji tal-
Kommunikazzjoni;
(b) liċ-Ċentru tat-Tagħlim mill-Bogħod uffiċċju u l-
faċilitajiet komuni, kif ukoll it-tagħmir u l-
manutenzjoni tiegħu biex jinħadem il-materjal li jkun
jeħtieġ iċ-Ċentru tat-Tagħlim mill-Bogħod biex jilħaq
l-għanijiet ta’ l-istatut tiegħu;
(ċ) lill-Istitut tal-Lingwistika uffiċċju u l-faċilitajiet
komuni, kif ukoll kumpless għall-laboratorju tal-
lingwa (bit-tagħmir u l-manutenzjoni tiegħu) biex ikun
jista’ jwettaq l-għanijiet skond l-istatut tiegħu;
(d) lill-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni uffiċċju u l-faċilitajiet
komuni, kif ukoll it-tagħmir u l-manutenzjoni tiegħu,
biex jinżamm post għar-riżorsi tat-teknoloġija ta’ l-
Edukazzjoni fejn jitfassal u jitħaddem il-materjal
meħtieġ għat-tagħlim;
(e) lill-Università  awdjoteka u vidjoteka li jagħmlu mal-
Bibljoteka mnejn jixxerred il-materjal meħtieġ lill-
għalliema u l-istudenti ta’ l-Università .
STATUT I 10 - STATUT DWAR ĊENTRU 
TAT-TEKNOLOĠIJA TAL-KOMUNIKAZZJONI ġ L.S.327.27 3
Teżorier taċ-
Ċentru.
6. L-Uffiċjal Finanzjarju ta’ l-Università  jkun it-Teżorier taċ-
Ċentru.
Emendi.
iżda jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università  ta’ Malta.
