KORS LI JWASSAL GĦALL-POSTGRADUATE DIPLOMA 
U GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF GERONTOLGY AND 
GERIATRICS - DIP.GER. - M.GER. ġ L.S.327.28 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.28
REGOLAMENTI GĦALL-KORS LI JWASSAL 
GĦALL-POSTGRADUATE DIPLOMA U GĦALL-
GRAD TA’ MASTER OF GERONTOLGY AND 
GERIATRICS - DIP.GER. - M.GER.
24 ta’ Lulju, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 69 ta’ l-1992, kif emendat bl-Avviż Legali 225 ta’ l-
1998.
Titolu u tifsir.
Kors li jwassal għall-Postgraduate Diploma u għall-Grad ta’
Master of Gerontology and Geriatrics - Dip.Ger. - M.Ger.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut tal-Gerontoloġija;
"id-Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in Gerontology
and Geriatrics;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master in Gerontology and
Geriatrics;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Postgraduate Diploma u
għall-Grad ta’ Master in Gerontology and Geriatrics.
Applikabilità .
f’Ottubru ta’ l-1990 jew wara.
Kwalifiki għad-
dħul.
3. (1) Biex ikunu jistgħu jidħlu fil-kors, il-kandidati jridu
jkunu fil-pussess ta’ waħda mill-kwalifiki li ġejjin:
(a) grad jew kwalifika professjonali f’dixxiplina jew
xjenza li tappartjeni lil xi professjoni tal-għoti tal-kura
miksubin mill-Università  ta’ Malta jew wieħed mill-
Istituti tagħha jew minn Università  jew Istitut ta’
barra, jew minn awtorità  proprja oħra, sew ta’ Malta
kemm ta’ barra, rikonnoxxuti mill-Università  ta’
Malta; jew
(b) kull kwalifika professjonali oħra meqjusa aċċttabbli
mis-Senat jekk ikollha magħha dik l-esperjenza fil-
qasam tax-xogħol tal-kura ta’ l-anzjani skond ma jiġi
approvat mill-Bord.
(2) Kandidat li m’għandux il-kwalifiki msemmija fis-
subregolament (1) jista’ jiġi ammess għall-kors mill-Bord bħala
student matur jekk juri għas-sodisfazzjon tal-Bord li għandu grad
eċċezzjonali ta’ esperjenza fil-kura ta’ l-anzjani u li għandu l-
isfond meħtieġ biex isegwi l-kors bi profitt.
(3) Ebda kandidat ma jkun jista’ jiġi ammess għall-kors jekk
ma jkunx jaf tajjeb il-lingwa Ingliża.
2 ġ L.S.327.28
KORS LI JWASSAL GĦALL-POSTGRADUATE DIPLOMA 
U GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF GERONTOLGY AND 
GERIATRICS - DIP.GER. - M.GER.
Kors ta’ studji.
Emendat:
A.L. 225 ta’ l-
1998.
4. (1) II-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet ta’ studju u
pjazzamenti prattiċi li għandhom jiġu lihom assenjati tmintax-il
kredtu. Kredtu għandu jingħata fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-
progress milħuq wara li l-kandidat ikun lesta l-istudju u l-
assenjazzjonijiet meħtieġa. Normalment kull taqsima studju tiġbor
fiha erbatax-il lecture, flimkien ma’ tutorjati u xogħol assenjat.
(2) Katalogu tat-taqsimiet studju flimkien man-numru ta’
kredti assenjati lil kull wieħed minnhom għandu jiġi ppublikat
qabel il-bidu tal-kors.
(3) Il-kors għandu jiġbor fiħ:
(a) Modulu 1: 8 taqsimiet studju li jikkonsistu f’ġabra ta’
suġġetti bażiċi inklużi l-Ġerontoloġija Soċjali u l-
Ġerjatrija Medika, li għandhom jiġu segwiti mill-
istudenti kollha;
(b) Modulu 2: 5 taqsimiet studju jew fil-Ġerontoloġija
Soċjali jew fil-Ġerjatrija Medika. Kandidat jista’
jsegwi wieħed minn dawn l-oqsma bl-approvazzjoni
tal-Bord;
(ċ) Modulu 3: Pjazzamenti prattiċi li għandhom jiġulhom
assenjati ħames kredti.
(4) Il-Bord għandu jinnomina koordinatur tal-kors għat-
taqsimiet studju fil-Ġerontoloġija Soċjali u koordinatur tal-kors
ieħor għat-taqsimiet studju fil-Gerjatrija Medika.
Valutazzjonijiet. 5. (1) Valutazzjoni tal-progress għandha ssir permezz ta’
eżamijiet fl-aħħar tal-Moduli 1 u 2 miż-żewġ koordinaturi tal-kors
u d-Direttur ta’ l-Istitut tal-Ġerontoloġija b’konsultazzjoni mal-
lecturers rispettivi li ħadu sehem fit-tagħlim u, jekk ikun xieraq
ma’ lecturers oħra, skond ma jista’ jiġi stabbilit mill-Bord.
Valutazzjoni tax-xogħol tal-pjazzamenti prattiċi għandhom isiru
minn superviżuri maħtura biex jiggwidaw l-istudenti fil-
pjazzamenti fuq il-post tax-xogħol assenjat.
(2) Fil-valutazzjonijiet tal-moduli, il-marki jingħataw fuq
skala minn "A" sa "D" fejn "A" hija l-ogħla marka. "F" turi li
kandidat ikun Weħel.
(3) Student li jġib "F" fil-Moduli 1 jew 2 jista’ jitħalla
jippreżenta ruħu għal valutazzjoni oħra. Il-proċedura ta’ din it-tieni
valutazzjoni għandha tiġi stabbilita mill-koordinaturi tal-kors
flimkien mad-Direttur ta’ l-Istitut tal-Gerontoloġija. Jekk jerġa’
jeħel ikun irid isegwi kull istruzzjoni maħruġa skond id-
diskrezzjoni tal-Bord.
Kors ta’ 
Postgraduate 
Diploma.
Emendat:
A.L. 225 ta’ l-
1998.
6. (1) Studenti li jkomplu fil-kors li jwassal għad-Diploma
għandhom, barra milli jispiċċaw il-Moduli 2 u 3 jissottomettu saġġ
twil ta’ 5,000 - 10,000 kelma fuq qasam ta’ studju approvat.
(2) Jekk meta jiġi valutat, dan is-saġġ ma jilħaqx il-grad
meħtieġ il-kandidat jingħata massimu ta’ tlett xhur skond il-
kalendarju biex jerġa’ jissottometti x-xogħol.
(3) Il-kors għandu jintemm f’disa’ xhur ta’ studju kontinwu.
Normalment kors jieħu minn Ottubru sa Gunju.
KORS LI JWASSAL GĦALL-POSTGRADUATE DIPLOMA 
U GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF GERONTOLGY AND 
GERIATRICS - DIP.GER. - M.GER. ġ L.S.327.28 3
(4) Eżami Finali Komprensiv għandu jinżamm lejn tmiem il-
kors u għandu jikkonsisti f’żewġ karti ta’ l-eżami bi tweġibiet bil-
miktub. L-istudenti jistgħu jiġu meħtieġa jattendu wkoll għal eżami
orali.
(5) Ir-riżultati finali għandhom jiġu ppublikati wara li jkunu
tlestew l-Eżami Finali Komprensiv, il-preżentazzjoni tas-saġġ twil
u l-pjazzamenti prattiċi kollha. Il-marki finali għandhom jitqassmu
kif ġej:
Eżami Finali Komprensiv ................................ 40%
Xogħol tal-kors inklużi l-pjazzamenti prattiċi ...40%
Saġġ twil ......................................................... 20%
(6) Il-gradi finali jingnataw fuq skala minn "A" sa "D" fejn
"A" huwa l-ogħla grad u jissejjaħ "Għadda b’Distinzjoni". "F"
ifisser Weħel.
(7) Kandidat li jeħel għandu jingħata permess li jerġa’ joqgħod
għall-eżami riparatorju.
Il-Grad ta’ Master.
Sostitwit:
A.L. 225 ta’ l-
1998.
7. (1) Kandidat li jikseb grad globali A jew B fil-Kors għall-
Postgraduate Diploma huwa eliġibbli biex jirreġistra għall-grad ta’
Master in Gerontology and Geriatrics.
(2) F’dan il-każ il-kandidat huwa meħtieġ jirreġistra mhux
aktar tard minn ħames snin mill-pubblikazzjoni tar-riżultati finali
tal-Kors ghall-Postrgraduate Diploma.
(3) Biex ikun jista’ jirreġistra għall-Grad ta’ Master, kandidat
għandu jressaq proposta dwar id-dissertazzjoni li għandha tinkludi
t-titolu propost għad-dissertazzjoni tiegħu/tagħha, u deskrizzjoni
tar-riċerka li se ssir li għandha tinkludi, fost l-oħrajn, l-ipotesi, il-
metodoloġija, iż-żmien meħtieġ, il-bibljografija.
(4) Il-proposta tad-dissertazzjoni għandha tkun approvata mill-
Bord.
(5) Il-Bord għandu jinnomina superviżur għal kull kandidat.
Fil-każ ta’ kandidat li ma joqgħodx Malta u li jagħżel li jagħmel il-
proġett ta’ riċerka tiegħu/tagħha fil-pajjiż rispettiv tiegħu/tagħha,
il-Bord għandu jinnomina żewġ superviżuri, wieħed mill-pajjiż tal-
kandidat u wieħed mill-Università  ta’ Malta. L-ismijiet tas-
superviżuri proposti għandhom jitressqu għall-approvazzjoni tas-
Senat.
(6) Is-superviżur għandu jitlob lill-kandidat jirrapporta għandu
għallanqas darba kull tliet xhur u barra minn hekk kemm-il darba
jidhirlu li hemm bżonn. Huwa jista’ jirreferi lill-Bord kandidat li
huwa jikkonsidra li x-xogħol tiegħu mhux sodisfaċenti u għandu
jirreferi għall-approvazzjoni tal-Bord xi tibdil sostanzjali fit-titolu
tad-dissertazzjoni proposta.
(7) Id-dissertazzjoni għandha tinkludi r-riżultati tar-riċerka li
saret, studju kritiku tal-letteratura rilevanti u diskussjoni kritika
tar-riżultati.
(8) Id-dissertazzjoni m’għandhiex taqbeż il-50,000 kelma
b’effett minn Frar 1995.
4 ġ L.S.327.28
KORS LI JWASSAL GĦALL-POSTGRADUATE DIPLOMA 
U GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF GERONTOLGY AND 
GERIATRICS - DIP.GER. - M.GER.
(9) Il-Bord jista’ jħalli kandidat jagħmel jew itemm il-proġett
ta’ riċerka u l-kitba tad-dissertazzjoni fil-pajjiż rispettiv tiegħu/
tagħha, sakemm il-Bord huwa sodisfatt li se jkun hemm
superviżjoni xierqa u li kuntatt regolari se jinżamm mas-
superviżuri maħtura mill-Universtità  ta’ Malta skond is-
subregolament (5).
(10) Il-kandidat għandu jissottometti d-dissertazzjoni tiegħu/
tagħha mhux aktar tard minn tmintax-il xhar (fil-każ ta’ studji fuq
bażi full-time) jew sitta u tletin xahar (fil-każ ta’ studji fuq bażi
part-time) mid-data meta l-Bord aċċetta t-titolu tagħha.
(11) Il-Bord jista’ jestendi dawn il-perijodi b’perijodu ieħor ta’
sitt xhur (fil-każ ta’ studji fuq bażi full-time) jew tnax-il xahar (fil-
każ ta’ studji fuq bażi part-time).
(12) Id-dissertazzjoni għandha tkun eżaminata minn Bord ta’ l-
Eżaminaturi maħtur mis-Senat, li jikkonsisti mill-anqas minn tliet
eżaminaturi, li wieħed minnhom għandu normalment ikun
eżaminatur barrani minn università  oħra.
(13) Il-kandidat għandu normalment ikun meħtieġ jagħmel
eżami viva voce biex jiddefendi/tiddefendi d-dissertazzjoni tiegħu/
tagħha.
(14) Ma tkunx aċċettata l-ebda dissertazzjoni li hija identika fis-
sustanza ma’ dissertazzjoni diġà  mressqa għal grad fl-Università  ta’
Malta jew f’xi università  oħra.
(15) Il-kandidat li d-dissertazzjoni tiegħu ma titqiesx
sodisfaċenti jista’ jitħalla mill-Bord, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-
Bord ta’ l-Eżaminaturi, jerġa’ jissottomettiha, f’forma riveduta, fi
żmien mhux aktar minn sena mill-jum minn meta tkun riferuta lura
lill-kandidat.
(16) Il-Grad għandu jingħata f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
(17) Ir-riżultat finali għandu jqis il-merti tad-dissertazzjoni u l-
eżami viva voce dwarha.
