KORS LI JWASSAL GĦAD-DIPLOMA IN NURSING JEW 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY ġ L.S.327.29 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.29
REGOLAMENTI GĦALL-KORS LI JWASSAL 
GĦAD-DIPLOMA IN NURSING JEW 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY
18 ta’ Settembru, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 87 ta’ l-1992.
Titolu u tifsir.
Kors li jwassal għad-Diploma in Nursing jew għad-Diploma in
Midwifery.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma in Nursing u
għad-Diploma in Midwifery.
Applikabilità .
matul is-snin akkademiċi 1990/91 sa 1993/94.
Eliġibbiltà  għad-
Diploma.
3. Biex ikun eliġibbli għall-għoti ta’ Diploma ta’ Infermier
jew Diploma ta’ Qabla, kandidat irid:
(a) ikun reġistrat bħala student bi prova jew student
regolari ta’ l-Università  ta’ Malta fl-Istitut għall-
Ħarsien tas-Saħħa għal perijodu minimu ta’ tliet snin u
nofs, li minnhom għallinqas sentejn ikunu bħala
student regolari;
(b) ikun spiċċa kors ta’ studji u jkun għadda l-eżami skond
dawn ir-regolamenti;
(ċ) ikollu ċertifikat ta’ kondotta tajba kif jixraq lil persuna
li għandha d-dritt li tuża t-titolu ta’ "Infermier" jew
"Qabla", liema ċertifikat għandu jkun iffirmat mill-
Kap ta’ l-Istudji ta’ Infermiera jew Qwiebel; u
(d) ikun ssodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti f’dawn ir-
regolamenti u f’kull regolament ieħor u statuti ta’ l-
Università  li għandhom x’jaqsmu.
Reġistrazzjoni.
jekk:
(a) ma’ jkollux inqas minn sbatax-il sena fi żmien tliet
xhur skond il-kalendarju mid-data li fiha jibda l-kors;
(b) jissodisfa r-rekwiżiti bħala student bi prova jew
student regolari skond il-kondizzjonijiet tar-
Regolamenti ta’ Dħul fl-Università  u, jekk ikun
student bi prova, jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta’ dħul
skond ir-regolament 5;
(ċ) jissodisfa l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa li għandu d-
disposizzjoni neċessarja għal infermier jew qabla. L-
Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa jista’ jesiġi l-kandidat
2 L.S.327.29 ħ
KORS LI JWASSAL GĦAD-DIPLOMA IN NURSING JEW 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY
jattendi għal intervista/valutazzjoni għal dan l-iskop.
(2) Kandidat għandu jkollu ċertifikat mediku li juri l-
adattabilità  tiegħu biex jaqdi d-dmirijiet ta’ Infermier/Qabla.
(3) Studenti barranin, barra milli jissodisfaw il-ħtiġiet hawn
fuq imsemmija, għandhom juru kapaċità  fl-Ingliż kemm bil-miktub
u kemm bil-fomm.
Rekwiżiti għad-
dħul ta’ student bi 
prova.
5. (1) Biex ikun ammess bħala student bi prova fil-kors, il-
kandidat għandu:
(a) jkun għadda fil-Livell Ordinarju f’sitt suġġetti li
jinkludu l-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u suġġett ta’
xjenza; jew
(b) jkollu ċertifikat mill-Prevocational School (Health
Studies) li għadda bi grad C jew ogħla f’sitt suġġetti
inklużi l-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u suġġett ta’
xjenza; jew
(ċ) jkollu l-kwalifiki għad-dħul ta’ studenti maturi taħt ir-
Regolamenti ta’ Dħul fl-Università .
(2) Studenti bi prova għandhom ukoll jissodisfaw il-ħtiġiet tar-
regolament 4(3) dwar il-lingwa Ingliża.
Tul tal-kors. 6. (1) Il-kors jinfirex fuq perijodu ta’ tliet snin u sitt xhur.
Kandidat ma jistax joqgħod għall-eżami finali qabel tliet snin u sitt
xhur jew aktar tard minn erba’ snin u sitt xhur mid-data tal-bidu tal-
kors ħlief bil-permess tal-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa.
(2) Il-Programm ta’ bażi ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel
jikkomprendi l-ewwel tmintax-il xahar tal-kors.
(3) Student bi prova li jtemm b’suċċess il-Programm ta’ bażi
jkollu d-dritt li jiġi rreġistrat bħala student matrikolat ta’ l-
Università .
(4) Wara t-tmiem b’suċċess tal-Programm ta’ bażi l-istudenti
għandhom ikomplu l-istudji tagħhom jew għal Infermiera jew għal
Qwiebel għal sentejn oħra.
Għażla għad-
Diploma ta’ 
Infermier jew 
Qabla.
7. (1) Studenti jinkitbu biex jistudjaw għal Infermiera jew
Qwiebel malli jibda l-kors.
(2) Studenti ma jitħallewx ibiddlu l-għażla minn Infermiera
għal Qwiebel jew viċi versa wara li jkun beda r-Raba’ Modulu
mingħajr ir-rakkomandazzjoni bil-miktub tal-Kap ta’ l-Istudji ta’ l-
Infermiera lill-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tasSaħħa, li jista’
jagħti l-permess. Studenti jkunu meħtieġa jtemmu l-moduli
rilevanti wara li ssir din il-bidla.
Programm ta’ bażi. 8. (1) Matul il-Programm ta’ bażi tal-kors l-istudenti
għandhom jiġu ppreparati fit-tagħrif fundamentali, fil-kapaċità  u
fid-disposizzjoni marbuta mal-prattika ta’ l-infermiera jew il-
qwiebel. L-istudenti għandhom ikunu wkoll preparati għall-
iżvilupp professjonali u akkademiku li jmiss.
(2) Il-Kors għandu jikkonsisti f’moduli, li kull wieħed
minnhom ikun jikkonsisti f’parti teorika u oħra klinika u
jikkonċentra fuq qasam ta’ prattika ta’ Infermiera/Qwiebel.
KORS LI JWASSAL GĦAD-DIPLOMA IN NURSING JEW 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY ġ L.S.327.29 3
(3) L-istudenti jiġu valutati kemm fit-teorija kif ukoll fil-
prattika ta’ infermiera jew qwiebel b’valutazzjoni kontinwa.
(4) Il-prattika klinika għanda tiġi valutata mill-għalliema ta’ l-
infermiera/qwiebel jew minn infermiera/qwiebel kliniċi għall-
oqsma rilevanti tal-prattika.
Tmiem b’suċċess 
tal-Programm ta’ 
bażi.
9. (1) Biex itemm b’suċċess il-Programm ta’ bażi u jkompli l-
kors, l-istudent għandu jottjeni dan li ġej:
(a) grad li għadda fil-valutazzjonijiet teoriċi b’medja ta’
grad C;
(b) grad li għadda fil-valutazzjonijiet kliniċi kollha; u
(ċ) li jgħaddi mill-Eżami Komprensiv tal-Programm ta’
bażi.
(2) Student li ma jgħaddix f’mhux aktar minn żewġ
valutazzjonijiet taħt is-subregolament (1)(a) jew is-subregolament
(1)(b), jew taħt it-tnejn minnhom, għandu jkollu l-jedd jirrepeti
dawk il-valutazzjonijiet darba biss fl-aħħar tal-Programm ta’ bażi.
Jekk igħaddi fir-riparatorju, l-grad li għandu jingħata ikun il-grad
ta’ għadda D. Student li ma jgħaddix f’xi valutazzjoni li jkun
irripeta ma jitħalliex ikompli il-kors ħlief f’ċirkostanzi speċjali u
bil-permess tal-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa.
(3) Student li jgħaddi fil-valutazzjonijiet kollha skond is-
subregolament (1)(a) iżda ma jkunx ġieb medja ta’ grad C ikollu d-
dritt jirripeti, darba biss, fl-aħħar tal-Programm ta’ bażi, dak l-
għadd ta’ valutazzjonijiet li jixtieq, u jekk jikseb medja ta’ grad C,
meta jitqiesu tant l-ewwel kemm it-tieni okkażjoni, jkun jista’
jkompli il-kors bi dritt. Jekk ma jiksibx il-grad medju kif intqal fuq,
ma jkunx jista’ jkompli l-kors ħlief bil-permess tal-Bord ta’ l-Istitut
għall-Ħarsien tas-Saħħa.
(4) Student li ma jgħaddix mill-Eżami Komprensiv ikun
meħtieġ jirripeti l-eżami darba waħda biss, normalment fi żmien
tliet xhur milli jtemm il-Programm ta’ bażi.
Programm għad-
Diploma.
10. (1) Wara il-Programm ta’ bażi jkun hemm sentejn oħra ta’
studju sabiex l-istudenti jiksbu d-Diploma ta’ Infermier jew id-
Diploma ta’ Qabla skond il-kors ta’ studji li jkunu segwew.
(2) Il-Programm għad-Diploma għandu jikkonsisti f’żewġ
partijiet:
DIPLOMA TA’ INFERMIERA
Studji 
professjonali.
11. (1) L-istudji professjonali huma mfassla fil-moduli ta’
tagħlim.
(a) Studji Professjonali - taqsimiet studji f’livell ta’
diploma li għandhom x’jaqsmu
mat-teorija u prattika jew ta’
Infermiera jew tal-Qwiebel;
(b) Studji għad-Diploma - taqsimiet studji ta’ xjenzi ta’
mġieba u bijomediċi u tagħrif
professjonali applikabbli kemm
għal studenti Infermiera kif
ukoll għal studenti Qwiebel.
4 L.S.327.29 ħ
KORS LI JWASSAL GĦAD-DIPLOMA IN NURSING JEW 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY
(2) Kull modulu huwa meqjus bħala taqsima studju separata li
tinkorpora fiha komponent teoriku u ieħor prattiku.
(3) Il-Kap ta’ l-istudji ta’ l-Infermiera/Qwiebel għandu
jiddeċiedi s-sekwenza ta’ moduli li student għandu jsegwi.
Komponent 
teoriku.
12. (1) Kull modulu ta’ l-infermiera jiġi mogħti numru
speċifiku ta’ kredti teoriċi.
(2) Ikun hemm 27 kredtu teoriku assenjati għall-istudji
professjonali għal infermiera.
(3) Is-suġġetti li kull wieħed mill-moduli jkopri huma relatati
wieħed ma’ l-ieħor u għalhekk jiġu valutati bħal taqsima waħda ta’
tagħlim.
(4) Meta jtemm modulu l-istudent jiġi mogħti grad li jindika l-
livell li jkun kiseb fil-valutazzjonijiet teoriċi. Il-gradi huma dawn li
ġejjin:
A Eċċellenti
B Għadda tajjeb ħafna
C Għadda tajjeb
D Għadda
F Weħel.
(5) Student li jeħel f’modulu jista’ jerġa’ jagħmel eżami biex
jikseb il-valutazzjonijiet meħtieġa. Jekk igħaddi fir-riparatorju, il-
grad li għandu jiġi mogħti huwa D. Jekk jeħel l-istudent ikollu dritt
jirrepeti l-modulu darba waħda biss fl-aħħar tal-kors. Studenti li
jeħlu fil-modulu t-tieni darba ma jitħallewx ikomplu l-kors ħlief
f’ċirkostanzi speċjali u bil-permess tal-Bord ta’ l-Istitut għall-
Ħarsien tas-Saħħa. Modulu wieħed biss jista’ jiġi ripetut.
(6) Student li ma jgħaddix f’żewġ moduli ma jitħalliex ikompli
l-kors ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bil-permess tal-Bord ta’ l-Istitut
għall-Ħarsien tas-Saħħa.
 Komponent 
kliniku.
13. (1) Il-komponent kliniku ta’ l-element tad-diploma tal-
kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju ta’ prattika klinika li
għalihom jiġu assenjati mhux inqas minn 28 kredti kliniċi ta’
infermiera.
(2) Studenti jkunu meħtieġa joqogħdu għal pjazzamenti kliniċi
f’oqsma speċifikati mill-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa
f’sekwenza speċifikata mill-istess Bord.
(3) Tmiem b’suċċess ta’ taqsima studju klinika jiġi stabbilit
b’valutazzjoni kontinwa minn żmien għal żmien.
(4) Studenti li jeħlu f’modulu kliniku jkollhom dritt jirrepetu l-
modulu f’okkażjoni waħda biss fl-aħħar tal-kors.
(5) Studenti li jeħlu f’aktar minn modulu kliniku wieħed f’xi
sena waħda ma jitħallewx ikomplu l-kors u ma jkunux eliġibbli
biex joqogħdu għall-eżami finali komprensiv ħlief f’ċirkostanzi
speċjali u bil-permess tal-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa.
Abbiltà  
professjonali.
14. Studenti ma’ jitħallewx joqogħdu għall-eżami finali
komprensiv jekk ma jkunux kisbu l-abbiltà  ta’ Infermier Reġistrat,
KORS LI JWASSAL GĦAD-DIPLOMA IN NURSING JEW 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY ġ L.S.327.29 5
jiġifieri:
(a) juru t-tagħrif u kapaċitajiet neċessarji biex jiksbu dak
li hu meħtieġ għas-saħħa u mard ta’ individwi u ta’
gruppi f’qasam partikolari tal-prattika;
(b) jagħrfu fatturi komuni li jikkontribwixxu għal, u dawk
li għandhom effett ħażin għas-saħħa fiżika, mentali u
soċjali ta’ pazjenti jew klijenti u li jafu jieħdu azzjoni
xierqa;
(ċ) jidentifikaw l-implikazzjonijiet soċjali u ta’ saħħa ta’
handikappati fiżikament u mentalment jew mard, u
tqala u twelid, ta’ l-individwu, il-ħbieb tiegħu, familja
u komunità ;
(d) juru tagħrif dwar l-iżvilupp normali tal-fetu, tat-
tarbija, tat-tifel, ta’ l-adolexxenti u taż-żgħażagħ, tal-
persuni ta’ età  medja u ta’ l-anzjani;
(e) juru apprezzament għar-riċerka u għall-użu ta’
litteratura rilevanti u riċrka bħala għajnuna għall-
prattika;
(f) juru responsabbiltà  professjonali u juru ħajra għall-
edukazzjoni u żvilupp kontinwu;
(g) juru interess għall-fatturi soċjali u politiċi li għandhom
x’jaqsmu mal-kura tas-saħħa;
(h) juru tagħrif u fehma biex ilaħħqu mar-rekwiżiti ta’
leġislazzjoni li hija rilevanti għall-prattika tagħhom;
(i) jagħrfu u jirrispettaw id-drittijiet personali u
konfidenzjali tal-pazjenti u klijenti;
(j) jiżviluppaw relazzjonijiet ta’ għajnuna u kura mal-
pazjenti, klijenti u l-familji jew ħbieb tagħhom;
jibdew, ikomplu u jispiċċaw relazzjonijiet terapewtiċi
ma’ pazjenti billi jużaw il-kapaċitajiet interpersonali u
komunikattivi xierqa;
(k) jidentifikaw il-bżonnijiet ta’ tagħlim relatati mas-
saħħa ta’ pazjenti, klijenti, familji jew ħbieb u
jipparteċipaw fil-promozzjoni/edukazzjoni tas-saħħa;
(l) juru u jifhmu l-funzjonijiet ta’ membri individwali ta’
grupp li jipprovdi aspetti ta’ kura ta’ pazjenti/klijenti;
jaħdmu effiċjentement fi grupp u jassistu b’mod ta’
trattament multi-dixxiplinarju meta jixraq;
(m) jassenjaw xogħol xieraq lil min jgħin u jipprovdu
superviżjoni u jsegwu x-xogħol hekk assenjat;
(n) jidentifikaw il-bżonnijiet fiżiċi, psikoloġiċi, soċjali u
spiritwali tal-pazjent jew klijent; jifhmu fi u
japprezzaw l-konċett ta’ kura individwalizzata, ifasslu
pjan ta’ kura, jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni
u valutazzjoni billi juru apprezzament u prattika tal-
prinċipji ta’ problema u l-mod kif tiġi solvuta;
(o) jgħinu pazjenti jew klijenti, skond il-każ, biex jagħmlu
progress fi gradi li jvarjaw, ta’ dipendenza sa
indipendenza massima, jew għall-mewt paċifika.
6 L.S.327.29 ħ
KORS LI JWASSAL GĦAD-DIPLOMA IN NURSING JEW 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY
DIPLOMA TA’ QABLA
Studji 
professjonali.
15. (1) Studji professjonali huma mfassla f’temi li għandhom
jittieħdu flimkien.
(2) Kull waħda mit-temi għandha jkollha komponent teoriku u
ieħor kliniku.
(3) Il-Kap ta’ l-Istudji ta’ Infermiera/Qwiebel għandu
jiddiċiedi l-ordni ta’ temi li studentessa għandha tieħu.
Komponent toriku. 16. (1) Kull tema għandha jkollha għadd ta’ taqsimiet studju,
li kull waħda minnhom għandha tiġi mogħtija numru speċifiku ta’
kredti.
(2) 27 kredti teoriċi għandhom jiġu assenjati għal studji
professjonali ta’ Qabla.
(3) Studentessa li ttemm kredtu għandha tiġi mogħtija grad li
jindika l-livell li tkun kisbet fil-valutazzjonijiet ta’ teorija. Il-gradi
għandhom ikunu dawn li ġejjin:
A Eċċellenti
B Għaddiet tajjeb ħafna
C Għaddiet tajjeb
D Għaddiet
F Weħlet.
(4) Kandidata tista’ terġa’ tagħmel il-valutazzjonijiet/testijiet
darba biss jekk ma tottjenix kredtu. Jekk tgħaddi fir-riparatorju, il-
grad li għandu jiġi mogħti għandu jkun D. Jekk teħel, il-kandidata
tista’ tkun meħtieġa tirrepeti l-kredtu kollu, u tkun eliġibbli, meta
ttemmu b’suċċess, għal grad D.
(5) Studentessa li f’xi sena waħda ma jirnexxilhiex tikseb 80%
jew iżjed tal-kredti assenjati, ma titħallhiex tkompli l-kors jew li
toqgħod għall-eżami finali komprensiv ħlief f’ċirkostanzi speċjali u
bil-permess tal-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa.
Komponent 
kliniku.
17. (1) II-komponent kliniku tal-kors għandu jikkonsisti fi
pjazzamenti kliniċi li għalihom għandhom jiġu assenjati mhux
inqas minn 28 kredti.
(2) Pjazzamenti kliniċi għandhom jiġu speċifikati mill-Kap ta’
l-Istudji ta’ Infermiera/Qwiebel. Għandhom jippermettu flessibilità
f’każijiet meta l-ħtiġiet ta’ tagħlim ta’ l-istudentessa jkunu moqdija
aħjar.
(3) L-istudentessa għandha żżomm record tal-prattika klinika
li għandu jiġi ffirmat mis-superviżur tagħha.
(4) Tmiem b’suċċess ta’ taqsima studju klinika jiġi stabbilit
b’valutazzjonijiet kontinwi.
(5) Studentessi li ma jirnexxilhomx jilħqu grad li bih jgħaddu
globalment fil-prattika klinika fl-aħħar ta’ kull sena tad-diploma
ma jitħallewx ikomplu l-kors jew li jagħmlu l-eżami finali
komprensiv ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali u bil-permess tal-Bord
ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa.
KORS LI JWASSAL GĦAD-DIPLOMA IN NURSING JEW 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY ġ L.S.327.29 7
Abbiltà  
professjonali.
18. Studentessa ma titħallhiex toqgħod għall-eżami finali
komprensiv jekk hi ma tkunx kisbet l-abbiltà  ta’ Qabla Reġistrata,
jiġifieri li:
(a) tagħti parir dwar il-promozzjoni tas-saħħa;
(b) tagħraf sitwazzjonijiet fiżiċi, emozzjonali u soċjali li
jistgħu jinfluwenzaw l-istat tas-saħħa u risq ta’ l-omm
u t-tarbija;
(ċ) tivvaluta, tippjana u timplimenta kura fl-isfera tal-
prattika ta’ qabla biex tilħaq il-bżonnijiet fiżiċi,
emozzjonali, edukattivi u soċjali ta’ l-omm, it-tarbija u
l-familja;
(d) tieħu azzjoni fuq ir-responsabbilità  tagħha biex tagħti
bidu għall-azzjoni ta’ dixxiplini oħra u titlob
assistenza meta meħtieġa;
(e) tinterpreta u tieħu f’idejha l-kura preskritta minn tabib
mediku reġistrat;
(f) turi komunikazzjoni effettiva ma’ ommijiet, qraba,
kollegi u dixxiplini oħra;
(g) turi l-għarfien ta’ prattika bbażata fuq riċerka;
(h) taħdem fi grupp multi-dixxiplinarju billi tifhem il-
funzjonijiet tal-membri kollha;
(i) tassenja xogħol xieraq lil dawk li jgħinu u tipprovdi
superviżjoni u kontroll tax-xogħol assenjat.
STUDJI GĦAL DIPLOMA
(STUDENTI INFERMIERA U QWIEBEL)
Studji għal 
Diploma.
19. (1) Studji għal Diploma jikkomprendu xjenzi ta’
bijomediċina u ta’ mġieba u studji professjonali applikabbli għal
studenti kemm infermiera kif ukoll qwiebel.
(2) Studji għal Diploma għandhom jingħaqdu ma’ Studji
Professjonali u ma’ sessjonijiet flimkien ma’ studenti oħra meta
meħtieġ. Ġurnata fil-ġimgħa għandha titħalla għal dan l-iskop.
(3) Studji għal Diploma għandhom jikkonsistu f’taqsimiet
studju li għalihom 33 kredti għandhom jiġu assenjati.
(4) Il-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa għandu
jiddeċiedi liema kredti kandidat għandu jieħu u f’liema ordni,
sabiex itemm il-kors.
(5) Meta student itemm kredtu għandu jiġi mogħti grad li
jindika l-livell li jkun kiseb l-istudent fil-valutazzjonijiet tal-
kredtu. Il-gradi huma dawn:
A Eċċellenti
B Għadda tajjeb ħafna
C Għadda tajjeb
D Għadda
F Weħel.
(6) Student għandu jingħata permess jirrepeti valutazzjoni
darba biss jekk jeħel f’ġkredtu. Jekk igħaddi fir-riparatorju l-grad li
8 L.S.327.29 ħ
KORS LI JWASSAL GĦAD-DIPLOMA IN NURSING JEW 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY
jiġi mogħti għandu jkun D. Jekk ma jgħaddix l-istudent ikun
meħtieġ jirrepeti l-kredtu kollu u jkun eliġibbli, meta jtemm
b’suċċess, għal grad D.
(7) Kandidat li f’xi sena waħda ma jirnexxilux jikseb 80% tal-
għadd totali ta’ kredti ma jitħalliex ikompli l-kors jew li jerġa’
jagħmel l-eżami finali komprensiv ħlief f’ċrkostanzi speċjali u bil-
permess tal-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa.
Tmiem tal-kors. 20. (1) Biex itemm il-kors, kandidat għandu jikseb dan li ġej:
(a) ċertifikat li għadda bi grad C jew ogħla fil-Programm
ta’ bażi;
(b) 27 kredti Professjonali (Infermiera jew Qwiebel);
(ċ) 33 kredti ta’ Diploma;
(d) 28 kredti kliniċi ta’ Infermier jew 28 kredti kliniċi ta’
Qabla;
(e) kredti oħra teoriċi jew kliniċi ta’ infermiera kif minn
żmien għal żmien meħtieġ biex jaqbel mad-Direttivi
tal-Komunità  Ewropea fuq l-Edukazzjoni ta’
Infermiera u Qwiebel.
(2) Il-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa jista’ jeżenta
kandidat mill-ħtieġa li jikseb ċertifikat ta’ kredtu f’taqsima
partikolari jekk ikun kiseb mill-Università  jew minn istituzzjoni
rikonoxxuta mis-Senat għal dan il-ghan, kwalifika ta’ studju li hija,
fl-opinjoni tal-Bord, ekwivalenti fil-kontenut u livell għal dak
meħtieġ għal ċertifikat tal-kredtu li jmiss. Kandidati jistgħu jiġu
eżentati biss sa wieħed minn ħamsa tal-komponent teoriku.
Eżami finali 
komprensiv.
21. (1) Kandidat ikun meħtieġ joqgħod għall-eżami finali
komprensiv wara li jkun kiseb ir-rekwiżiti stabbiliti fir-regolament
20.
(2) Fit-tmiem tal-kors ta’ l-istudji, kandidat ikun meħtieġ li
joqgħod għall-eżami finali komprensiv f’żewġ karti komprensivi
(fl-istess sessjoni) rilevanti għall-korsijiet ta’ studji tagħhom u
jippreżenta proġett kif ġej:
(a) l-Ewwel Karta: Teorija u Prattika ta’ Infermiera jew
Qwiebel, skond kif il-każ jeħtieġ;
(b) it-Tieni Karta: Żvilupp Professjonali u Direzzjoni
(relatat jew ma’ Infermiera jew Qwiebel skond kif il-
każ jeħtieġ);
(ċ) Proġett Speċjali dwar Infermiera jew Qwiebel, skond
kif il-kas jeħtieġ.
(3) Kandidat jista’ ukoll ikun meħtieġ jagħmel eżami orali li
fih ikun mistenni li jiddiskuti aspetti tal-proġett speċjali.
(4) L-eżami finali komprensiv jiġi mfassal mill-Bord ta’ l-
Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa u jsir normalment fl-aħħar ġimgħa
tal-kors.
(5) Il-valutazzjoni globali tal-kandidat għad-Diploma ta’
Infermier jew għad-Diploma ta’ Qabla għandha tieħu in
konsiderazzjoni kif ikun mar il-kandidat, l-eżami finali komprensiv
KORS LI JWASSAL GĦAD-DIPLOMA IN NURSING JEW 
GĦAD-DIPLOMA IN MIDWIFERY ġ L.S.327.29 9
kif ukoll iċ-ċertifikati ta’ kredti u l-gradi miksuba waqt il-kors ta’ l-
istudji.
(6) Kandidat li jeħel f’karta waħda biss għandu jitħalla jerġa’
jagħmel dik il-karta. Kandidat li jeħel f’aktar minn karta waħda
jkun meħtieġ li jerġa’ jagħmel l-eżami kollu fi żmien li jiġi stabbilit
mill-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa.
(7) Kandidat jista’ jagħmel l-eżami finali komprensiv tliet
darbiet biss.
Riżultati.
Diploma ta’ Infermier jew għad-Diploma ta’ Qabla għandhom jiġu
ppubblikati fi tliet kategoriji (Distinzjoni, Kredtu u Għadda),
f’ordni alfabetiku.
(2) Kandidat li jitħalla jerġa’ jagħmel parti mill-eżami finali
komprensiv jew l-eżami kollu għandu jkun eliġibbli biss għall-
kategorija Għadda.
