KORS TAD-DIPLOMA IN DIPLOMATIC STUDIES ġ L.S.327.30 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.30
REGOLAMENTI GĦALL-KORS
TAD-DIPLOMA IN DIPLOMATIC STUDIES
18 ta’ Settembru, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 88 ta’ l-1992.
Titolu.
Kors tad-Diploma in Diplomatic Studies.
Kondizzjonijiet 
għad-dħul.
1. Il-kandidati jrid ikollhom is-Certificate in Diplomatic
Studies ta’ l-Università  ta’ Malta.
Il-kontenut tal-
kors.
2.1 Il-kandidati għad-Diploma in Diplomatic Studies jistudjaw
tliet suġġetti b’total ta’ sittin siegħa kull wieħed. Is-suġġetti huma:
Il-Liġi Internazzjonali u Trasnazzjonali
L-Ekonomija Internazzjonali u Trasnazzjonali
Id-Diplomazija u r-Relazzjonijiet Internazzjonali
2.2 L-istudji f’dawn l-oqsma jsegwu l-metodu tat-"temi
magħżula" u l-metodu tas-seminar. L-istudenti jippreżentaw
għallinqas żewġ essays għal kull qasam tas-suġġett.
2.3 Il-kandidati jiktbu wkoll xogħol ta’ riċerka ta’ mhux aktar
minn 15,000 kelma, li jaqa’ fi ħdan il-firxa ta’ wieħed mill-oqsma
tas-suġġett jew aktar, approvat mid-Direttur.
Valutazzjoni.
b’ezami ta’ tmiem is-sena f’kull qasam tas-suġġett. L-eżamijiet
isiru matul it-tieni nofs ta’ Ġunju.
3.2 Ix-xogħol tal-kors u l-marki ta’ l-eżami jgħoddu għal nofs
il-marka finali kull wieħed.
3.3 Ix-xogħol ta’ riċerka skond ir-regolament 2.3 ikun
eżaminat għalih, u għandu jkun ippreżentat sal-31 ta’ Lulju.
3.4 Il-marki jinfirxu minn A sa E, u A hi l-ogħla marka. Biex
jingħataw id-Diploma, l-istudenti jridu jiksbu l-marka D, li biha
jgħaddu, fl-oqsma tas-suġġetti kollha kif ukoll fix-xogħol ta’
riċerka. Kandidat li weħel f’suġġett wieħed jew fix-xogħol ta’
riċerka jista’ jitħalla jagħmel eżami tar-riparatorju jew jerġa’ jikteb
ix-xogħol ta’ riċerka, skond il-każ, fi żmien tliet xhur mill-
pubblikazzjoni tar-riżultati ta’ l-eżamijiet jew mill-preżentazzjoni
tax-xogħol.
3.5 Kandidat li weħel f’aktar minn wieħed mill-oqsma tas-
suġġetti, inkluż ix-xogħol ta’ riċerka, jew li weħel f’eżami tar-
riparatorju jew fit-tieni kitba tax-xogħol ta’ riċerka, ma jitħalliex
jidħol għad-Diploma.
Pubblikazzjoni tar-
riżultati.
4. L-ismijiet tal-kandidati li jgħaddu jkunu ppubblikati fuq l-
avviżiera ta’ l-Università  f’ordni alfabetiku.
Applikabilità .
2 L.S.327.30 ħ KORS TAD-DIPLOMA IN DIPLOMATIC STUDIES
1991 jew wara.
