KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF SCIENCE 
(HONOURS) IN NURSING/MIDWIFERY 
STUDIES -B.SC. (HONS.) ġ L.S.327.31 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.31
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF SCIENCE (HONOURS) IN NURSING/
MIDWIFERY STUDIES -B.SC. (HONS.)
3 ta’ Novembru, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 104 ta’ l-1992, kif emendat bl-Avviż Legali 39 ta’ l-
1999.
Titolu u tifsir.
Sostitwit:
A.L. 39 ta’ l-1999.
1. (1) It-titolu ta’ dawn ir-regolamenti hu Regolamenti tal-
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Science (Honours) in Nursing/
Midwifery Studies - B.Sc. (Hons.)
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort oħra -
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Science (Honours) in
Nursing/Midwifery Studies - B.Sc. (Hons.).
"il-kors" ifsser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Bachelor of
Science (Honours) in Nursing/Midwifery Studies - B.Sc. (Hons.).
Applikabilità .
1989 jew wara.
Eliġibbilità  għall-
Grad.
Emendat:
A.L. 39 ta’ l-1999.
3. Biex ikun jista’ jingħata l-Grad kandidat irid:
(a) ikun irreġistrat bħala student regolari;
(b) ikun temm kors xieraq ta’ studji;
(ċ) ikun għadda mill-eżamijiet rilevanti;
(d) ikollu ċertifikat ta’ kondotta tajba kif jixraq persuna li
għandha d-dritt li tuża t-titolu ta’ "Infermier" jew ta’
"Qabla", liema ċertifikat għandu jkun iffirmat mill-
Kap tan-Nursing/Midwifery Studies; u
(e) ikun issodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha mniżżlin
f’dawn ir-regolamenti.
Rekwiżiti speċjali 
tal-kors.
Emendat:
A.L. 39 ta’ l-1999.
4. (1) Il-kandidati jistghu jirreġistraw bħala studenti regolari
fl-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa jekk huma jissodisfaw:
(a) ir-rekwiżiti ġenerali għall-matrikola mniżżla fir-
Regolamenti għad-Dħul;
(b) lill-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa li għandhom id-
disposizzjonijiet meħtieġa biex ikunu infermiera jew
qwiebel, għal liema fini jistgħu jiġu msejjħa jattendu
għal intervista; u
(ċ) lid-Dipartiment tas-Saħħa li huma medikament tajba
biex jaqdu d-dmirijiet ta’ infermiera jew ta’ qwiebel.
(2) Studenti barranin għandhom ukoll juru kapaċità  fl-Ingliż
kemm bil-miktub u kemm bil-fomm.
(3) Il-kandidati li jkollhom id-Diploma in Nursing jistgħu
2 ġ L.S.327.31
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF SCIENCE 
(HONOURS) IN NURSING/MIDWIFERY 
STUDIES -B.SC. (HONS.)
jitħallew jirreġistraw fit-tielet sena tal-kors, iżda minn Mejju 1996
dan il-provvediment għandu japplika wkoll għal dawk li għandhom
id-Diploma in Midwifery.
It-tul tal-kors.
Sostitwit:
A.L. 39 ta’ l-1999.
5. (1) Il-kors jinfirex fuq perijodu ta’ erba’ snin. Il-kandidati
ma jistgħux jersqu għall-eżami finali komprensiv qabel tliet snin
jew aktar tard minn ħames snin mill-ewel dħul fil-kors, ħlief bil-
permess tas-Senat:
Iżda l-kandidati li daħlu taħt ir-regolament 4(3) ma
jistgħux jagħmlu l-eżami finali komprensiv qabel sentejn jew aktar
tard minn tliet snin ta’ studju fuq bażi full time jew l-ekwivalenti
tagħhom fi studju fuq bażi part time, mill-ewwel dħul fil-kors ħlief
bil-permess tas-Senat.
(2) Għall-kandidati li daħlu taħt ir-regolament 4(3) il-kors
għandu jinfirex fuq perijodu ta’ sentejn fuq bażi full time, jew l-
ekwivalenti tagħhom fi studju fuq bażi part-time.
Il-kors ta’ l-istudji.
Emendat:
A.L. 39 ta’ l-1999.
6. (1) Il-kors hu magħmul minn għadd ta’ taqsimiet studju li
għal kull waħda minnhom huwa assenjat għadd ta’ kredti. L-għadd
totali ta’ kredti għandu jissodisfa r-rekwiżiti preskritti mill-
Kummissjoni Ewropea dwar l-Edukazzjoni Ġenerali ta’ l-
Infermiera/Qwiebel (ara Nota 1).
(2) Il-kors ikollu żewġ komponenti distinti minn xulxin
għalkemm interdipendenti, wieħed teoriku u l-ieħor kliniku.
Il-komponent 
teoriku.
Emendat:
A.L. 39 ta’ l-1999.
7. (1) Il-komponent teoretiku tal-kors għandu jkun magħmul
minn taqsimiet studju li għalihom mhux anqas minn 80 kredtu
huma assenjati.
(2) Ċertifikat ta’ kredtu jinħareġ lill-kandidati meta jtemmu
b’suċċess taqsima studju. Dan iċ-ċertifikat għandu juri wkoll il-
grad li jindika l-livell milħuq mill-kandidati fix-xogħol magħmul
matul it-taqsima studju u f’test li jsir fit-tmiem tagħha. Il-gradi
għandhom ikunu kif ġej:
A - xogħol ta’ kwalità  eċċezzjonali
B - xogħol ta’ kwalità  ’l fuq mill-medja
C - xogħol ta’ kwalità  medja
D - xogħol ta’ kwalità  taħt il-medja
F - Weħel.
Ma jingħata l-ebda kredtu għal taqsima studju mhux
kompluta.
(3) Kandidat jitħalla jerġa’ jagħmel l-eżami darba jekk jeħel
minn taqsima studju. Jekk igħaddi fir-riparatorju, il-grad li jingħata
jkun D. Jekk ma jgħaddix, il-kandidat irid jirrepeti t-taqsima studju
u meta jtemmha jkun jista’ jingħata biss il-Grad D.
(4) Il-kandidati li fxi sena -
(a) jonqsu li jiksbu 80% ta’ l-għadd totali tal-kredti
assenjati, jew
(b) jonqsu li jiksbu aktar minn 80% tal-kredti f’xi waħda
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF SCIENCE 
(HONOURS) IN NURSING/MIDWIFERY 
STUDIES -B.SC. (HONS.) ġ L.S.327.31 3
minn dawn li ġejjin:
Nursing/Midwifery Theory
Biomedical Sciences
Behavioural Sciences
ma jitħallewx ikomplu l-kors jew jagħmlu l-eżami
finali komprensiv ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bil-
permess tas-Senat.
(5) Il-Bord ta’ l-Istitut tal-Ħarsien tas-Saħħa għandu jindika
liema taqsimiet studju kandidat jista’ jieħu, u f’liema ordni, biex
itemm il-kors.
(6) Katalogu ta’ taqsimiet studju, bil-kredti mogħtija lil kull
waħda, ikun ippubblikat qabel ma tibda kull sena akkademika.
Komponent 
kliniku.
Emendat:
A.L. 39 ta’ l-1999.
8. (1) Il-komponent kliniku tal-kors għandu jkun magħmul
minn taqsimiet studju fl-għamla ta’ pjazzamenti kliniċi jew ħidma
fuq il-post taħt superviżjoni. Mill-anqas 40 kredtu għandhom ikunu
assenjati għal dan il-komponent.
(2) L-istudenti jridu joqogħdu għal pjazzamenti kliniċi
f’oqsma speċifikati mill-Bord ta’ l-Istitut tal-Ħarsien tas-Saħħa, fl-
ordni stabbilit minnu.
(3) Lista ta’ pjazzamenti kliniċi bil-kredti mogħtija lil kull
waħda għandha tkun ippubblikata qabel ma tibda kull sena
akkademika.
(4) L-istudenti ma jitħallewx jagħmlu l-eżami finali
komprensiv jekk ma jkunux kisbu mill-anqas 40 kredtu kliniku fl-
oqsma ta’ prattika klinika (ara Nota 2) imniżżlin hawn taħt bl-
għadd minimu ta’ kredti indikat għal kull waħda:
(a) Prattika Klinika ta’ l-Infermiera Minimu ta’ kredti
General and Specialist Medicine 6
General and Specialist Surgery 6
Child Care and Paediatrics 3
Maternity Care 3
Mental Health and Psychiatry 3
Care of the Elderly 3
Community Nursing (Home) 2
(b) Prattika Klinika tal-Qwiebel Minimu ta’ kredti
Ante Natal Care 3
Intra Natal Care 3
Post Natal Care 3
Community Care 3
Care of the New Born 3
Child Care and Paediatric
Nursing
3
Medical Nursing 3
4 ġ L.S.327.31
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF SCIENCE 
(HONOURS) IN NURSING/MIDWIFERY 
STUDIES -B.SC. (HONS.)
(5) L-istudenti jiġu valutati matul il-pjazzamenti kliniċi. Grad
globali għandu jingħata fl-aħħar ta’ kull sena klinika. L-istudenti li
ma jgħaddux jistgħu jerġgħu jieħdu valutazzjoni matul il-perjodu
tax-xogħol, iżda mhux qabel ma tkun għaddiet għallinqas ġimgħa
mill-ewwel valutazzjoni.
(6) Ċertifikat ta’ kredtu jinħareġ lil kandidat meta jtemm
b’suċċess pjazzament kliniku. Iċ-ċertifikat għandu juri l-għadd tal-
kredti mogħtija.
(7) L-istudenti li ma jghaddux fil-valutazzjoni klinika globali
f’xi sena ma jitħallewx jagħmlu l-eżami finali komprensiv, ħlief
f’ċirkostanzi speċjali u bil-permess tas-Senat, u għandhom ikunu
meħtieġa jirrepetu dik is-sena.
Tmiem tal-kors.
Sostitwit:
A.L. 39 ta’ l-1999.
9. (1) Biex itemmu l-kors il-kandidati li daħlu taħt ir-
regolament 4(1) għandhom jiksbu l-għadd ta’ kredti kif ġej:
(a) 80 kredtu fit-Teorija ta’ l-Infermiera/Qwiebel u
f’suġġetti li jgħinu fl-istudju għal Infermiera/Qwiebel;
u
(b) 40 kredtu fil-Prattika Klinika ta’ l-Infermiera/Qwiebel.
(2) Biex itemmu l-kors il-kandidati li daħlu taħt ir-regolament
4(3) għandhom jiksbu l-għadd ta’ kredti kif ġej:
(a) 40 kredtu fit-Teorija ta’ l-Infermiera u f’suġġetti li
jgħinu fl-istudju għal Infermiera;
(b) 6 kredti fil-Prattika Klinika ta’ l-Infermiera; u
(ċ) kredti ohra teoretiċi jew kliniċi kif meħtieġa biex
itemmu kors skond id-direttivi tal-Kummissjoni
Ewropea dwar l-Edukazzjoni Ġenerali ta’ l-Infermiera:
Iżda minn Mejju 1996 ’il quddiem ikunu meħtieġa dawn li
ġejjin:
(a) 40 kredtu fit-teorija u l-prattika ta’ l-Infermiera/
Qwiebel; u
(b) 20 kredtu f’suġġetti li jgħinu fl-istudju għal
Infermiera/Qwiebel.
(3) Il-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa jista’ jeżenta
kandidati mir-rekwiżit li jiksbu ċertifikat ta’ kredtu għal taqsima
studju partikolari jekk huma kisbu mill-Universtà , jew minn
istituzzjoni rikonoxxuta mis-Senat għal dan il-għan, kwalifika li l-
istudju għaliha hu, fl-opinjoni tal-Bord, ekwivalenti fil-kontenut u
fil-livell għal dawk meħtieġa għaċ-ċertifikat ta’ kredtu kkonċernat.
Il-kandidati jistgħu jiġu eżentati minn sa wieħed minn ħamsa tal-
komponent teoretiku. Infermiera reġistrati li ma jkollhomx id-
Diploma in Nursing jistgħu jiġu eżentati minn sa mhux aktar minn:
(a) terz tal-modulu teroretiku; u (b) tliet kwarti tal-kredti relatati
mal-prattika klinika, biex jagħmlu l-eżami finali komprensiv, iżda
Surgical/Gynaecological Nursing 3
Critical Care 3
Mental Health 3
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF SCIENCE 
(HONOURS) IN NURSING/MIDWIFERY 
STUDIES -B.SC. (HONS.) ġ L.S.327.31 5
minn Mejju 1996 ’il quddiem, qwiebel reġistrati li ma jkollhomx
id-Diploma in Midwifery jistgħu wkoll jiġu eżentati minn dawn il-
kredti.
L-eżami 
komprensiv finali.
Emendat:
A.L. 39 ta’ l-1999.
10. (1) Il-kandidati jkunu meħtieġa jagħmlu l-eżami finali
komprensiv wara li jiksbu mill-anqas l-għadd minimu ta’ kredti
speċifikat fir-regolamenti 8 u 9.
(2) (a) Fi tmiem il-kors, il-kandidati li daħlu taħt ir-
regolament 4(1) għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu l-
eżami finali komprensiv li għandu jkun magmul minn
dawn li ġejjin:
Karta I Primary Health Care
Karta II Nursing Theory and Practice
Karta III Nursing Theory and Practice
Karta IV Nursing Theory/ Research
Karta V Professional Development
Proġett Speċjali: Dissertazzjoni ta’ mhux anqas minn
10,000 kelma dwar suġġett approvat
Testijiet fil-Prattika Klinika ta’ l-Infermiera,
iżda minn Mejju 1996 ’il quddiem l-eżami għandu jkun
magħmul minn:
Karta I Primary Health Care
Karta II Nursing/Midwifery Theory and Practice
Karta III Nursing/Midwifery Theory and Practice
Karta IV Nursing/Midwifery Theory/ Research
Karta V Professional Development
Proġett Speċjali: Dissertazzjoni ta’ mhux anqas minn
10,000 kelma dwar suġġett approvat
Testijiet fil-Prattika Klinika ta’ l-Infermiera u l-
Qwiebel.
(b) Il-kandidati li daħlu taħt ir-regolament 4(3) għandhom
jiġu eżentati mill-Ewwel u mit-Tieni Karta, kif ukoll
mit-Testijiet fil-Prattika Klinika ta’ l-Infermiera, iżda
minn Mejju 1996 ’il quddiem dan il-provvediment
għandu japplika wkoll għat-Testijiet fil-Prattika
Klinika tal-Qwiebel.
(3) Kandidat jista’ jkun meħtieġ ukoll jagħmel eżami viva
voce.
(4) Kull sena jkun hemm sessjoni waħda biss ta’ l-eżami
komprensiv finali, li normalment tinżamm f ‘ejju/Ġunju.
(5) Il-valutazzjoni globali tal-kandidat għall-Grad tikkonsidra
x-xogħol tiegħu fl-eżami komprensiv finali kif ukoll iċ-ċertifikat
tal-kredti u l-gradi miksuba matul il-kors.
(6) Kandidat li jeħel f’karta waħda biss għandu jitħalla jerġa’
6 ġ L.S.327.31
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF SCIENCE 
(HONOURS) IN NURSING/MIDWIFERY 
STUDIES -B.SC. (HONS.)
jagħmel l-eżami f’dik il-karta. Kandidat li jeħel f’aktar minn karta
waħda għandu jerġa’ jagħmel l-eżami kollu darba oħra biss li
normalment tkun f’Settembru ta’ l-istess sena. Kandidat jista’
jitħalla jirrepeti l-aħħar sena qabel ma jerġa’ jagħmel l-eżami
komprensiv finali kollu f’ċirkostanzi speċjali u bil-permess tas-
Senat.
Ir-riżultati.
Emendat:
A.L. 39 ta’ l-1999.
11. (1) L-ismijiet ta’ kandidati li huma meqjusa mill-
eżaminaturi li jikkwalifikaw għall-għoti tal-Grad bl-Honours
għandhom jiġu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku f’waħda minn
dawn il-kategoriji: First Class, Second Class (Upper Division),
Second Class (Lower Division) u Third Class skond il-mertu li l-
kandidat ikun ikkunsidrat li kiseb globalment fil-valutazzjonijiet
matul il-kors, inkluż l-eżarni finali komprensiv.
(2) Għandha tkun ippublikata wkoll lista ta’ kandidati li,
għalkemm ma kinux meqjusa li jistħoqqilhom grad bl-Unuri, huma
kkunsidrati mill-eżaminaturi li għandhom mertu biżżejjed biex
jingħataw grad "Ghadda" u dawn il-kandidati għandhom
jikkwalifikaw għall-Grad ta’ Bachelor of Science in Nursing/
Midwifery Studies - B.Sc.
(3) Kandidati li l-ismijiet tagħhom ma jkunux ippubblikati f’xi
waħda miż-żewġ listi msemmijin f’dan ir-regolament ikunu
kkunsidrati li weħlu.
Noti ta’ spjegazzjoni
(1) (a) Direttiva tal-Kummissjoni Ewropea 77/453/EEC
(b) Direttiva tal-Kummissjoni Ewropea 80/115/EEC
(2) Kif stabbilit mill-Kummissjoni Ewropea.
