GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY -M.PHIL ġ L.S.327.32 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.32
REGOLAMENTI GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF PHILOSOPHY -M.PHIL
3 ta’ Novembru, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 106 ta’ l-1992, kif emendat bl-Avviżi Legali 29 ta’ l-
1998 u 86 ta’ l-2001.
Titolu.
Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil.
Grad ta’ Master of 
Philosophy.
1. Il-Grad ta’ Master of Philosophy - M.Phil. - jinkiseb wara
l-eżami ta’ teżi u eżami orali fil-qasam tar-riċerka tat-teżi.
Kors.
Sostitwit:
A.L. 29 ta’ l-1998.
2. (1) Jistgħu japplikaw għall-kors li jwassal għall-Grad ta’
Master of Philosophy - M.Phil. - dawk il-kandidati li jissodisfaw ir-
rekwiżiti tad-dħul skond l-Ordinamenti relattivi.
(2) Applikazzjonijiet mingħand kandidati li jkollhom kwalifiki
ta’ esperjenza eċċezzjonali u li minkejja li l-kandidati
m’għandhomx il-kwalifiki msemmija fis-subregolament (1) jistgħu
jiġu kkunsidrati wkoll:
L.S.327.22
Sakemm l-applikazzjonijiet sottomessi skond is-
subregolament (2) ikunu aċċettati biss wara l-approvazzjoni tas-
Senat fuq il-parir tal-Kumitat tal-Ph.D. tas-Senat maħtur skond ir-
regolament 3 tar-Regolamenti għall-Grad ta’ Doctor of Philosophy
- Ph.D.
Applikazzjoni lill-
Bord tal-Fakultà .
Emendat:
A.L. 29 ta’ l-1998.
3. (1) Kandidat li jissodisfa r-rekwiżiti tad-dħul għandu
japplika lill-Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-Istitut għall-permess biex
jirreġistra għall-Grad. Il-kandidat għandu:
(a) jagħti d-dettalji dwar ix-xogħol ta’ riċerka propost; u
(b) iġib rakkomandazzjoni bil-miktub li dan ix-xogħol
jista’ jsir, mingħand persuna li hi direttament
konċernata fit-tmexxija ta’ l-istituzzjoni, laboratorju
jew unit klinika fejn hemm il-ħsieb li jsir ix-xogħol ta’
riċerka.
L.S.327.22
(2) L-applikazzjoni ta’ kandidat trid tkun l-ewwel aċċettata
mill-Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-Istitut qabel ma tiġi sottomessa
għall-approvazzjoni tas-Senat li jimxi fuq il-parir tal-Kumitat
imwaqqaf skond it-termini tar-regolament 3 tar-Regolamenti għall-
Grad ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. Meta jirrakomanda l-
applikazzjoni ta’ kandidat il-Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-Istitut
għandu jinnomina superviżur għax-xoghol ta’ riċerka propost.
(3) Kandidat li jixtieq isegwi l-kors skond ir-regolament 5,
(studju part-time) jeħtieġlu jagħti d-dettalji kollha dwar l-ammont
ta’ ħin li jista’ jiddedika għax-xogħol ta’ riċerka.
Studju full-time.
Sostitwit:
A.L. 29 ta’ l-1998.
4. Kandidat li jkun aċċettat biex jirreġistra għall-Grad
jeħtieġlu jgħaddi mhux inqas minn ħmistax-il xahar iżda mhux
aktar minn erbgħa u għoxrin xahar wara r-reġistrazzjoni fi studji u
2 L.S.327.32 ħ GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY -M.PHIL
riċerka full-time fis-suġġett magħżul.
Studju part-time.
Sostitwit:
A.L. 29 ta’ l-1998.
5. Kandidat jista’, bil-kunsens tal-Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-
Istitut jissodisfa r-rekwiżiti tar-regolament 4 permezz ta’ studju jew
riċerka part-time, sakemm il-kandidat jagħmel dan f’mhux inqas
minn tletin iżda mhux aktar minn tmienja u erbgħin xahar fi studji u
riċerka part-time fis-suġġett magħżul.
Teżi. 6. Kandidat irid jissottometti t-teżi tiegħu fi żmien tliet xhur
mit-tmiem tar-riċerka preskritta fir-regolamenti 4 jew 5.
F’ċirkostanzi eċċezzjonali kandidat jista’ bil-kunsens tas-Senat
jissottometti t-teżi tiegħu f’data aktar tard kif jiddetermina s-Senat.
Ċertifikat. 7. Kull kandidat irid iġib mis-superviżur ċertifikat li
jiddikjara li l-kandidat studja b’mod sodisfaċenti tul il-perijodu
mitlub minnu. Dan iċ-ċertifikat għandu jkun sottomess qabel jew
fl-istess żmien tat-teżi.
Sottomissjoni tat-
teżi.
8. Kandidat li jixtieq jissottometti t-teżi tiegħu għall-
konsiderazzjoni ta’ l-eżaminaturi jrid:
(a) jirreġistra għall-eżami; u
(b) jikkonsenja t-teżi lir-Reġistratur mhux aktar tard mill-
ewwel jum ta’ Ġunju jew ta’ Diċembru immedjatament
wara din ir-reġistrazzjoni.
Xogħol sottomess. 9. Il-parti l-kbira tax-xogħol sottomess irid ikun sar wara r-
reġistrazzjoni ta’ l-istudent bħala kandidat għall-Grad.
Bord ta’ l-
Eżaminaturi.
Sostitwit:
A.L. 86 ta’ l-2001.
10. Kull teżi għandha tkun eżaminata minn Bord ta’ l-
Eżaminaturi magħmul minn tliet membri maħtur għal dan il-għan,
li jinkludi Chairman, eżaminatur barrani, u membru ieħor, sakemm
l-eżami orali tat-teżi għandu jkun immexxi mill-inqas minn tliet
eżaminaturi, u sakemm li s-superviżur ikun prekluż milli jeżamina
iżda jkun mistieden jattendi bħala osservatur waqt l-eżami orali. Il-
kandidat għandu jiddefendi t-teżi oralment quddiem il-Bord.
Eżami tat-teżi.
Sostitwit:
A.L. 29 ta’ l-1998.
11. Wara li jeżamina t-teżi, il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’
jirreferiha lura lill-kandidat biex jirrevediha. F’każijiet bħal dawn,
il-kandidat għandu japplika lill-Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-Istitut
għall-permess biex jissottometti t-teżi riveduta għall-eżami. Il-Bord
tal-Fakultà  jew ta’ l-Istitut għandu jkun iggwidat fid-deċiżjoni
tieghu mir-rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi iżda fil-
każijiet kollha t-teżi riveduta għandha tkun sottomessa għall-eżami
fi żmien sitt xhur minn meta t-teżi oriġinali kienet riferuta lura lill-
kandidat. Permess bħal dan jingħata darba biss.
Eżami orali.
Sostitwit:
A.L. 29 ta’ l-1998.
12. Kandidat li jonqos li jissodisfa lill-Bord ta’ l-Eżaminaturi
fl-eżami orali jista’, fid-diskrezzjoni tal-Bord u bil-permess tal-
Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-Istitut, jkun eżaminat oralment mill-ġdid
fi żmien perijodu ta’ sitt xhur. Permess bħal dan jingħata darba
biss.
Applikazzjoni 
għall-Grad.
Emendat:
A.L. 29 ta’ l-1998.
13. (1) Kandidat għall-Grad jista’, wara li jtemm tnax-il xahar
ta’ xoghol full-time, japplika biex jirreġistra għall-Grad ta’ Doctor
of Philosophy - Ph.D. - bl-istess proġett. Il-Bord tal-Fakultà  jew ta’
l-Istitut għandu jikkonsidra applikazzjoni bħal din u jagħmel ir-
rakkomandazzjoni tieghu permezz tal-Kumitat tal-Ph.D. lis-Senat,
wara li jikkonsulta lis-superviżur.
GRAD TA’ MASTER OF PHILOSOPHY -M.PHIL ġ L.S.327.32 3
L.S.327.22
(2) Jekk din l-applikazzjoni tkun aċċettata mis-Senat, il-
kandidat jeħtieġlu joqgħod għar-Regolamenti li jwasslu għall-Grad
ta’ Doctor of Philosophy - Ph.D. iżda ix-xogħol ġa magħmul għall-
Grad jiswielu għar-rekwiżiti tal-grad ta’ Ph.D. kif jidhru f’dawk ir-
Regolamenti.
