STATUT I 13 - STATUT DWAR
L-ISTITUT GĦALL-ISTUDJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ ġ L.S.327.33 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.33
STATUT I 13 - STATUT DWAR
L-ISTITUT GĦALL-ISTUDJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
3 ta’ Novembru, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 107 ta’ l-1992.
Titolu.
għall-Istudji taż-Żgħażagħ.
Istitut għall-Istudji 
taż-Żgħażagħ.
1. B’dan qed jitwaqqaf fl-Università  l-Istitut għall-Istudji taż-
Żgħażagħ.
Skopijiet ta’ l-
Istitut.
2. L-Istitut għandu dawn l-iskopijiet:
(a) li jorganizza korsijiet li jwasslu għal ċertifikat,
diploma jew grad skond l-istatuti u r-regolamenti ta’ l-
Università ;
(b) li jagħmel tiftix b’enfasi fuq l-istudji taż-żgħażagħ;
(ċ) li jorganizza konferenzi, seminarji u laqgħat oħra biex
ikunu studjati suġġetti ta’ interess dwar l-istudji taż-
żgħażagħ;
(d) li jiżviluppa kuntatti internazzjonali ma’
istituzzjonijiet simili u ma’ Universitajiet barranin, l-
aktar ma’ dawk li jispeċjalizzaw fl-istudji taż-
żgħażagħ; u
(e) li jagħmel kull ħaġa oħra li sservi jew twassal għall-
iskopijiet fuq imsemmija.
Bord.
President: Ir-Rettur jew delegat tiegħu;
Viċi-President: Id-Direttur ta’ l-Istitut;
membru maħtur mill-Ministru responsabbli għaż-
Żgħażagħ;
membru maħtur mill-Kunsill Nazzjonali taż-
Żgħażagħ;
membru elett mill-membri akkademiċi ta’ l-Istitut u
minn fosthom;
membru elett mill-istudenti ta’ l-Istitut u minn
fosthom;
membru maħtur mill-Kunsill;
membru maħtur mis-Senat;
żewġ membri oħra li jistgħu jkunu msejħa mill-Bord.
Funzjonijiet tal-
Bord.
4. Xogħol il-Bord hu li:
(a) jfassal il-pjan ta’ ħidma ta’ l-Istitut biex jintlaħqu l-
għanijiet ta’ l-Istitut;
(b) jiżgura li l-finanzi ta’ l-Istitut jitħaddmu tajjeb; u
2 L.S.327.33 ħ
STATUT I 13 - STATUT DWAR
L-ISTITUT GĦALL-ISTUDJI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
(ċ) jaħdem id f’id ma’ korpi oħrajn, lokali u barranin, biex
jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-Istitut.
Direttur u staff. 5.  (1) L-Istitut ikollu Direttur u staff.
(2) Id-Direttur jinħatar għal tliet snin mill-Kunsill ta’ l-
Università  wara sejħa għall-applikazzjonijiet.
(3) Membri akkademiċi jiġu maħtura mill-Kunsill
b’rakkomandazzjoni tal-Bord.
(4) Staff amministrattiv u klerikali jinħatar mill-Bord.
Teżorier ta’ l-
Istitut.
6. L-Uffiċjal Finanzjarju ta’ l-Università  jkun it-Teżorier ta’
l-Istitut. Id-Direttur għandu jħejji l-estmi ta’ kull sena ta’ l-Istitut u
jressaqhom lill-Bord biex japprovahom. Id-Direttur irid
jissottometti wkoll stqarrija finanzjarja lill-Kunsill u rapport ta’
kull sena fuq il-ħidmiet ta’ l-Istitut lis-Senat u lill-Kunsill.
Emendi.  7. Emendi għal dan l-Istatut jistgħu jkunu proposti mill-Bord
iżda jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università .
