STATUT I 11 - STATUT DWAR
L-ISTITUT GĦAR-RIĊERKA FIL-ĠEBLA U L-BINI ġ L.S.327.34 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.34
STATUT I 11 - STATUT DWAR
L-ISTITUT GĦAR-RIĊERKA FIL-ĠEBLA U L-BINI
3 ta’ Novembru, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 108 ta’ l-1992.
Titolu.
għar-Riċerka fil-Ġebla u l-Bini.
Istitut għar-Riċerka 
fil-Ġebla u l-Bini.
1. B’dan qed jitwaqqaf fl-Università  l-Istitut għar-Riċerka fil-
Ġebla u l-Bini.
Skopijiet ta’ l-
Istitut.
2. L-iskopijiet ta’ l-Istitut ikunu:
(a) primarjament li jinkoraġixxi riċerka f’kull aspett ta’ l-
użu tal-ġebla fil-bini u f’aspetti li għandhom x’jaqsmu
ma’ l-industrija tal-bini, hekk kif rilevanti għal Malta;
(b) li jfittex il-kooperazzjoni u għajnuna ta’ l-industrija
tal-bini, u tal-professjoni tal-bini, biex jinġabru fondi
għar-riċerka, u jfittex ukoll li jinvolvi l-istess
parteċipant fix-xogħol tal-bini fl-amministrazzjoni ta’
l-Istitut;
(ċ) li jikkollabora mad-Dipartimenti tal-Bini u Inġinerija
Ċivili ta’ l-Università  fl-iżvilupp u l-użu tal-laboratorji
u t-tagħmir fihom;
(d) li jipparteċipa fir-ristrutturazzjoni tat-tħarriġ ta’
snajja’ għall-industrija tal-bini, u fit-tfassil ta’
korsijiet f’livell tekniku, middle management, f’livell
kontinwu professjonali jew post-graduate, ħlief li kull
kors għal diploma jew grad li jista’ joffri, jkun skond
l-istatuti u r-regolamenti ta’ l-Università ;
(e) li jorganizza konferenzi, seminarji u attivitajiet simili,
u jippubblika dokumenti, biex jitwasslu lill-
professjoni u lill-industrija in ġenerali l-iżviluppi fl-
oqsma rilevanti u ta’ interess;
(f) li jipprovdi għajnuna lill-industrija u lill-professjoni
fl-iżvilupp ta’ dokumentazzjoni teknika, regolamenti
għall-bini u standards nazzjonali, u codes of practice,
partikolarment għal dak li  għandu x’jaqsam mal-
bżonnijiet ta’ l-armonizzazzjoni Ewropea fl-industrija
tal-bini, u fl-evalwazzjoni tal-kwalità  ta’ prodotti u
proċessi;
(g) li jiżviluppa kuntatti ma’ laboratorji internazzjonali ta’
riċerka u evalwazzjoni, u ma’ organizzazzjonijiet
internazzjonali xjentifiċi u tekniċi, li għandhom
x’jaqsmu ma’ l-attivitajiet imsemmija hawn fuq; u
(h) li jagħmel kull ħaġa oħra li sservi jew twassal għall-
iskopijiet fuq imsemmija.
2 L.S.327.34 ħ
STATUT I 11 - STATUT DWAR
L-ISTITUT GĦAR-RIĊERKA FIL-ĠEBLA U L-BINI
Bord. 3. L-Istitut ikun immexxi minn Bord li jkun magħmul minn:
Chairman: ir-Rettur jew id-delegat tiegħu;
Viċi-Chairman: id-Direttur ta’ l-Istitut maħtur mill-
Kunsill għal ħames snin;
żewġ akkademiċi maħtura mis-Senat għal tliet snin, li
għallinqas wieħed minnhom ikun membru tal-Fakultà
ta’ l-Arkittetura u l-Inġinerija Ċivili;
rappreżentant tal-Kunsill maħtur għal sena;
rappreżentat ta’ l-Assoċjati ta’ l-Istitut maħtur għal
sena, kif imfissra fil-paragrafu 4;
rappreżentant tal-Kamra tal-Periti u l-Inġinieri Ċivili,
maħtur għal sena; u
membru ta’ fama internazzjonali, li jservi għal perjodu
ta’ sena li jista’ jiġġedded, u li jista’ jiġi msejjaħ mil-
Bord.
Stat ta’ assoċjat. 4. L-Istitut ikollu s-setgħa li joħloq proċedura li biha jista’
joffri stat ta’ assoċjat ta’ l-Istitut lill-organizzazzjonijiet jew
persuni fl-industrija tal-bini, li jikkontribwixxu finanzjarjament
għall-attivitajiet ta’ l-Istitut, skond il-livelli stabbiliti mill-Bord, u
li jkollhom dritt ta’ rappreżentanza fl-istess Bord, kif intqal fil-
paragrafu 3.
Funzjonijiet tal-
Bord.
5. Xogħol il-Bord hu:
(a) li jfassal kif għandu jimxi l-Istitut biex jintlaħqu l-
għanijiet msemmija hawn fuq;
(b) li jieħu ħsieb l-amministrazzjoni finanzjarja ta’ l-
Istitut;
(ċ) li jiżgura l-kollaborazzjoni ma’ għaqdiet lokali u
barranin biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-Istitut;
(d) li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill fuq l-
għażla ta’ membri akkademiċi; u
(e) li jaħtar staff amministrattiv u klerikali, u jaħtar
koordinaturi jew konsulenti għall-proġetti speċifiċi,
marbuta ma’ l-għanijiet imsemmija hawn fuq.
Direttur ta’ l-
Istitut.
6. L-impjegati ta’ l-Istitut ikunu mmexxija mid-Direttur, li
jħejji wkoll ta’ kull sena l-estmi ta’ l-Istitut, u jressaqhom lill-Bord
biex japprovahom. Id-Direttur għandu wkoll jissottometti rendikont
finanzjarju lill-Kunsill, u rapport lis-Senat u lill-Kunsill fuq l-
attivitajiet ta’ l-Istitut għal kull sena. L-Uffiċjal tal-Finanzi ta’ l-
Università  jkun it-Teżorier ta’ l-Istitut.
Emendi. 7. Emendi għal dan l-istatut jistgħu jkunu proposti mill-Bord,
iżda jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill.
