STATUT I 12 - STATUT DWAR ĊENTRU GĦALL-ISTUDJI 
FIL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI ġ L.S.327.35 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.35
STATUT I 12 - STATUT DWAR
ĊENTRU GĦALL-ISTUDJI FIL-KUMMERĊ 
INTERNAZZJONALI
3 ta’ Novembru, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 109 ta’ l-1992.
Titolu.
għall-Istudji fil-Kummerċ Internazzjonali.
Ċentru għall-
Istudji fil-
Kummerċ 
Internazzjonali.
1. B’dan qed jitwaqqaf fl-Università , iċ-Ċentru għall-Istudji
fil-Kummerċ Internazzjonali.
Għanijiet taċ-
Ċentru.
2. Iċ-Ċentru għandu dawn l-għanijiet:
(a) li jfassal korsijiet fl-Ippjanar tat-Taxxa Internazzjonali
li jkopru wkoll l-aspetti ta’ servizzi relatati ma’ l-
offshore;
(b) li juża bl-aħjar mod riżorsi u esperjenza teknika sabiex
id f’id ma’ speċjalisti barranin f’dan il-qasam, jagħmel
riċerka b’metodi innovattivi biex ikabbar l-istudju
sistematiku tad-diversi suġġetti u dixxiplini relatati;
(ċ) li jipprovdi opportunitajiet għall-akkwist ta’ ħiliet li
għalihom hawn domanda għal dawk il-persuni, li l-
impenn tagħhom tax-xogħol ma jħallihomx isegwu l-
korsijiet tas-soltu ta’ matul il-jum; u
(d) li joħloq programmi stutturati li jistgħu jwasslu għall-
għoti ta’ diploma jew grad mill-Università  ta’ Malta.
Bord.
President: Ir-Rettur jew id-delegat tiegħu;
Viċi-President: maħtur mill-Kunsill ta’ l-Università ;
id-Direttur taċ-Ċentru;
mhux inqas minn erba’ u mhux aktar minn għaxar
persuni maħtura mill-Kunsill ta’ l-Università .
Funzjonijiet tal-
Bord.
4. Xogħol il-Bord hu li:
(a) jfassal il-pjan ta’ ħidma taċ-Ċentru biex jintlaħqu l-
għanijiet msemmija hawn fuq;
(b) jara li l-finanzi taċ-Ċentru jitħaddmu tajjeb;
(ċ) jiżgura li ċ-Ċentru jilħaq l-għanijiet tiegħu billi
jaħdem id f’id ma’ l-istituzzjonijiet oħrajn, kemm
Maltin kif wkoll barranin.
Direttur u staff.
(2) Id-Direttur jinħatar għal tliet snin mill-Kunsill ta’ l-
Università , wara sejħa għall-applikazzjonijiet.
2 L.S.327.35 ħ
STATUT I 12 - STATUT DWAR ĊENTRU GĦALL-ISTUDJI 
FIL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI
(3) Membri oħra akkademiċi jinħatru mill-Kunsill ta’ l-
Università  bir-rakkomandazzjoni tal-Bord. Il-Bord innifsu jista’
jaħtar membri ta’ l-istaff mhux akkademiċi għall-perijodi ta’ mhux
aktar minn sena.
(4) Membri amministrattivi u klerikali jinħatru mill-Bord.
Teżorier taċ-
Ċentru.
6. It-Teżorier taċ-Ċentru jkun l-Uffiċjal tal-Finanzi ta’ l-
Università , iżda, bl-approvazzjoni bil-miktub tar-Rettur, jista’
jinnomina membru anzjan ta’ l-istaff biex iservi minfloku.
Tmexxija taċ-
Ċentru.
7. Id-Direttur ikun responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum taċ-
Ċentru, skond il-politika stabbilita mill-Bord, għall-preparazzjoni
ta’ l-estmi ta’ kull sena, għall-istqarnjiet finanzjarji u għar-rapporti
dwar l-attivitajiet taċ-Ċentru lill-Kunsill.
Emendi. 8. Il-Bord jista’ jressaq emendi għall-Istatut għall-
approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università .
