STATUT I 14 - STATUT DWAR
L-ISTITUT TA’ L-AGRIKULTURA ġ L.S.327.37 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.37
STATUT I 14 - STATUT DWAR
L-ISTITUT TA’ L-AGRIKULTURA
23 ta’ Frar, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 20 ta’ l-1993.
Titolu.
ta’ l-Agrikultura.
Istitut ta’ l-
Agrikultura.
1. B’dan qed jitwaqqaf fl-Università  l-Istitut ta’ l-
Agrikultura.
Skopijiet ta’ l-
Istitut.
2. L-Istitut għandu dawn l-iskopijiet:
(a) li jorganizza korsijiet li jwasslu għal gradi u diplomi
fix-xjenzi ta’ l-agrikultura;
(b) li jagħmel tiftix fix-xjenzi ta’ l-agrikultura b’riferenza
partikolari għall-ħtiġiet ta’ l-agrikultura Maltija;
(ċ) li jgħin fl-iżvilupp tal-pjanijiet nazzjonali ta’ l-
agrikultura u għall-użu effiċjenti tar-riżorsi agrikoli
lokali;
(d) li jipprovdi servizzi ta’ pariri professjonali u extension
services lill-komunità  agrikola lokali; u
(e) li jservi ta’ pijunier f’teknoloġiji ġodda u moderni fl-
agrikultura Maltija.
Bord.
President: Ir-Rettur jew delegat tiegħu;
Viċi-President: Id-Direttur ta’ l-Istitut;
id-Direttur ta’ l-Agrikultura jekk mhux ġa membru tal-
Bord;
rappreżentant għall-Ministru responsabbli għall-
Agrikultura;
il-koordinaturi ta’ kull wieħed mill-programmi ta’
studju;
tliet membri maħtura mis-Senat għal tliet snin;
membru elett mill-istaff akkademiku ta’ l-Istitut u
minn fosthom;
żewġ membri eletti mill-istudenti u minn fosthom; u
membri oħra li jistgħu jkunu msejħa mill-Bord
sakemm in-numru totali tal-membri fuq il-Bord ma
jkunx aktar minn ħdax.
(2) Il-Bord ikollu, dwar l-Istitut, is-setgħa li:
(a) jipproponi regolamenti lis-Senat, u li jagħmel jew
jirrevoka ordinamenti;
(b) jissorvelja d-direzzjoni ġenerali tal-materji akkademiċi
2 L.S.327.37 ħ
STATUT I 14 - STATUT DWAR
L-ISTITUT TA’ L-AGRIKULTURA
kollha, inklużi l-programmi tal-korsijiet ta’ studju,
kwalifiki għad-dħul ta’ studenti, eżamijiet u gradi;
(ċ) jipproponi l-istituzzjoni, is-sospensjoni u t-tneħħija ta’
karigi akkademiċi u mhux akkademiċi; u
(d) jinnomina l-Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi u l-
koordinaturi għall-programmi ta’ l-istudji.
(3) Il-funzjonijiet tal-Bord huma li:
(a) jiddeċiedi l-pjan ta’ ħidma ta’ l-Istitut biex jintlaħqu l-
iskopijiet imsemmija aktar ’il fuq;
(b) iħares il-finanzi ta’ l-Istitut; u
(ċ) jiżgura li l-Istitut jaħdem id f’id ma’ korpi oħrajn,
lokali u barranin kif meħtieġ biex jintlaħqu l-iskopijiet
tiegħu.
Direttur u staff. 4. (1) L-Istitut għandu jkollu Direttur u staff.
(2) Id-Direttur maħtur mill-Kunsill ta’ l-Università  wara sejħa
għall-applikazzjonijiet iżomm il-kariga għal tliet snin u jista’ jerġa’
jiġi maħtur.
(3) Il-membri akkademiċi l-oħra jiġu maħtura miIl-Kunsill ta’
l-Università  b’rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istitut.
(4) L-istaff amministrattiv u ta’ skrivani jista’ jiġi maħtur mill-
Bord ta’ l-Istitut.
Teżorier ta’ l-
Istitut.
5. L-Uffiċjal Finanzjarju ta’ l-Università  jkun it-Teżorier ta’
l-Istitut. Id-Direttur għandu jħejji l-estimi ta’ kull sena ta’ l-Istitut
u jressaqhom lill-Bord biex japprovahom. Hu għandu wkoll
jissottometti stqarrija finanzjarja lill-Kunsill u rapport ta’ kull sena
fuq il-ħidma ta’ l-Istitut lis-Senat u lill-Kunsill.
Emendi. 6. Emendi għal dan l-istatut jistgħu jkunu proposti mill-Bord
ta’ l-Istitut għall-approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università .
