GRAD TA’ BAĊILLIER TA’ L-INĠINERIJA U 
L-ARKITETTURA (BL-UNURI) - B.E. & A. (HONS.) ġ L.S.327.41 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.41
REGOLAMENTI GĦALL-GRAD TA’ BAĊILLIER 
TA’ L-INĠINERIJA U L-ARKITETTURA
(BL-UNURI) - B.E. & A. (HONS.)
7 ta’ Settembru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 118 ta’ l-1993, kif emendat bl-Avviżi Legali 4 u 93 ta’
l-1999.
Titolu.
ta’ Baċillier ta’ l-Inġinerija u l-Arkitettura (Bl-Unuri) - B.E. & A.
Eliġibbilità  għall-
Grad.
1. Kandidat ikun eliġibbli għall-għotja tal-Grad ta’ Baċillier
ta’ l-Inġinerija u l-Arkitettura (Bl-Unuri) jekk:
(a) ikun irreġistrat bħala student matrikolat skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) jissodisfa r-rekwiżiti speċjali għall-kors skond ir-
regolament 3;
(ċ) itemm il-kors ta’ l-istudji, jgħaddi fl-eżamijiet, u
jissodisfa kull rekwiżit ieħor kif imniżżel f’dawn ir-
regolamenti;
(d) jissodisfa kull rekwiżit ieħor imniżżel fi Statuti u
Regolamenti rilevanti oħra ta’ l-Università .
It-tul u l-istruttura 
tal-kors.
2.1. Il-kors ta’ l-istudju li jwassal għall-Grad ta’ Baċillier ta’ l-
Inġinerija u l-Arkitettura (Bl-Unuri) jinfirex fuq ħames snin u kull
sena akkademika tinqasam f’żewġ semestri akkademiċi.
2.2. Il-kors huwa mqassam f’żewġ partijiet, kif ġej:
L-Ewwel Parti tinfirex fuq sitt semestri akkademiċi li
jkunu komuni għal kull student.
It-Tieni Parti tinfirex fuq erba’ semestri akkademiċi, u
tkun magħmula minn numru ta’ fergħat, li minnhom
kull student jagħżel waħda.
2.3 Il-Bord tal-Fakultà  jirriserva d-dritt li jillimita n-numru ta’
fergħat ta’ studju, skond ir-riżorsi tal-Fakultà .
Rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
Sostitwit:
A.L. 4 ta’ l-1999.
3. Biex kandidat japplika biex jidħol għall-kors li jwassal
għall-Grad ta’ Baċillier ta’ l-Inġinerija u l-Arkitettura (Bl-Unuri)
irid li, barra li jissodisfa l-kondizzjonijiet biex jidħol bħala student
regolari skond ir-Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ,
jissodisfa wkoll dawn ir-rekwiżiti speċjali għall-kors:
(a) ikun għadda fil-Livell Avanzat bi Grad Ċ jew aħjar fil-
Matematika Applikata (il-Mekkanika) jew fil-
Matematika Pura; u fil-Fiżika; u
(b) ikun għadda fil-Livell Intermedju f’wieħed minn
dawn:
il-Matematika Applikata (il-Mekkanika) (jekk mhux
offruta fil-Livell Avanzat), l-Arti, il-Kimika, il-
2 L.S.327.41 ħ
GRAD TA’ BAĊILLIER TA’ L-INĠINERIJA U 
L-ARKITETTURA (BL-UNURI) - B.E. & A. (HONS.)
Computing, l-Engineering  Drawing u l-
Komunikazzjoni Grafika, l-Istorja, l-Information
Technology, il-Filosofija, il-Matematika Pura (jekk
mhux offruta fil-Livell Avanzat), is-Soċjoloġija:
Iżda kandidat li huwa gradwat ta’ università , jew li għandu
l-kwalifiki oħra li jitqiesu biżżejjed, jista’, fuq parir tal-Kumitat
għad-Dħul tal-Fakultà , jiġi meħlus mill-Bord għad-Dħul mill-
ħtieġa li jissodisfa kull waħda minn dawn ir-rekwiżiti speċjali
għall-kors jew parti minnhom.
Kurrikulu. 4. Is-suġġetti ta’ l-Ewwel Parti tal-kors li jwassal għall-Grad
ta’ Baċillier ta’ l-Inġinerija u l-Arkitettura (Bl-Unuri) huma:
L-Ewwel Sena
Disinn
Il-Bniedem u l-Ambjent
Storja u Teorija
Matematika
Teknoloġija tal-Bini
Sistemi għall-Kontroll ta’ l-Ambjent
Struttura
Inġinerija Ċivili
It-Tieni Sena
Disinn
Teorija tad-Disinn
Storja u Teorija
Matematika
Teknoloġija tal-Bini
Sistemi għall-Kontroll ta’ l-Ambjent
Struttura
Inġinerija Ċivili
It-Tielet Sena
Disinn
Storja u Teorija
Introduzzjoni għal Studji fuq il-Konservazzjoni
Teknoloġija tal-Bini
Sistemi għall-Kontroll ta’ l-Ambjent
Struttura
Inġinerija Ċivili
Studji ta’ l-Urbanistika
u dawk is-suġġetti l-oħra li s-Senat, fuq parir tal-Bord tal-Fakultà ,
jista’ jistabilixxi.
4.2. Is-suġġetti tat-Tieni Parti tal-kors huma magħmula minn
grupp ta’ suġġetti li kull student irid jieħu, kif ukoll suġġetti oħra,
GRAD TA’ BAĊILLIER TA’ L-INĠINERIJA U 
L-ARKITETTURA (BL-UNURI) - B.E. & A. (HONS.) ġ L.S.327.41 3
li flimkien jiffurmaw fergħa ta’ studju. Il-Fakultà  tintrabat li toffri
għallanqas żewġ fergħat ta’ studju, waħda li tkun prinċipalment fl-
Inġinerija Ċivili jew/u tal-Bini, u l-oħra fl-Arkitettura je/u Studji
ta’ l-Urbanistika. Il-lista ta’ fergħat li l-Fakultà  tkun se toffri tiġi
ppublikata għallanqas sena qabel ma jibdew dawk il-fergħat. Il-
kurrikulu għal kull fergħa jiġi approvat mill-Bord tal-Fakultà
għallanqas qabel it-tmien tas-semestru ta’ qabel il-bidu ta’ dik il-
fergħa. Kull fergħa tikludi dawn is-suġġetti:
Disinn
Ekonomija tal-Bini u ta’ l-Art
Amministrazzjoni ta’ Proġetti
Leġislazzjoni dwar il-Bini
Prattika Professjonali
4.3. Kull student irid jagħżel fergħa waħda, u jrid jieħu s-
suġġetti msemmija hawn fuq, kif ukoll is-suġġetti kollha li
jiffurmaw il-fergħa magħżula. Kull kandidat għandu wkoll jikteb
dissertazzjoni, u jaħdem fuq disinn għall-proġett ta’ teżi fuq
suġġetti li għandhom x’jaqsmu mal-fergħa li għażel.
4.4 Minkejja d-disposizzjonijiet tar-regolamenti 4.1 sa 4.3, il-
Bord tal-Fakultà  jista’, fl-Ewwel jew fit-Tieni Parti tal-Kors,
jippermetti student li jsegwi programm ta’ studji f’istituzzjoni
approvata barranija ta’ Edukazzjoni Għolja għal perijodu ta’ żmien
li ma jkunx itwal minn semestru akkademiku, sakemm il-Bord ikun
sodisfatt li s-suġġetti li se jiġu studjati jkunu sostanzjalment l-istess
fil-kontenut għas-suġġetti, kif preskritti għal dak l-istess semestru
akkademiku. Rigward dawk is-suġġetti, li kull student irid jieħu fit-
Tieni Parti tal-kors u li għalihom il-Bord tal-Fakultà  ma jistax
jistabbilixxi l-ekwivalenti barrani, l-istudent konċernat jista’
jintalab mill-Bord tal-Fakultà  li jsegwi dawk l-istudji addizzjonali
u joqgħod għal kull valutazzjoni li l-Bord tal-Fakultà  jista’
jiddeċiedi.
Valutazzjoni.
Emendat:
A.L. 93 ta’ l-1999.
5.1. Fit-tmiem ta’ kull semestru, jista’ jkun hemm valutazzjoni
f’xi suġġett jew is-suġġetti kollha f’dak is-semestru, jew inkella
jista’ jkun hemm valutazzjoni fl-aħħar tas-sena akkademika f’xi
suġġett jew aktar, studjat fiż-żewġ semestri ta’ dik is-sena, kif
notifikat mill-Bord tal-Fakultà  fil-bidu ta’ kull sena akkademika.
5.2. Din il-valutazzjoni tiġbor fiha r-riżultati miksuba fix-
xogħol assenjat lill-kandidat matul is-semestru, u/jew fl-eżamijiet
li jkunu saru.
5.3. Il-Bord tal-Fakultà  għandu jirrakkomanda lis-Senat il-
Bordijiet ta’ l-Eżaminaturi għal kull suġġett ta’ l-eżami u għad-
dissertazzjoni u għad-disinn għall-proġett ta’ teżi skond ir-
regolament 2 tar-Regolamenti għall-Eżamijiet ta’ l-Università .
5.4. Il-Bord tal-Fakultà  għandu jirrakkomanda wkoll lis-Senat
Bord Konġunt ta’ l-Assessuri magħmul mill-membri ta’ l-istaff
akkademiku tal-Fakultà  kollha, bid-Dekan bħala chairman, li
għandhom jiġbru r-riżultati ta’ kull Bord ta’ l-Eżaminaturi u
għandhom jevalwaw il-livell globali ta’ kull kandidat fit-tmiem ta’
kull sena, u fl-aħħar sena, jistabilixxu l-klassifikazzjoni tal-grad ta’
kull kandidat. Matul l-aħħar sena tal-kors, l-eżaminatur barrani
4 L.S.327.41 ħ
GRAD TA’ BAĊILLIER TA’ L-INĠINERIJA U 
L-ARKITETTURA (BL-UNURI) - B.E. & A. (HONS.)
f’kull fergħa għandu jkun membru addizzjonali ta’ dan il-Bord.
5.5. Meta Bord Konġunt ta’ l-Assessuri ma jkunx sodisfatt bil-
livell milħuq minn xi kandidat f’xi wieħed mis-suġġetti, kemm
wara semestru kif ukoll wara sena akkademika, dan jista’ jeħtieġ li
l-kandidat jerġa’ jkun valutat permezz ta’ eżami supplimentari, u/
jew is-sottomossjoni mill-ġdid ta’ xogħol matul il-kors, u/jew li
jissodisfa xi kondizzjoni oħra li l-Bord jista’ jimponi.
5.6. Jekk ikun hemm bżonn, issir valutazzjoni f’Jannar/Frar, u
oħra f’Mejju/Ġunju. Valutazzjoni supplementari ssir f’Settembru.
Progress fil-kors.
Emendat:
A.L. 93 ta’ l-1999.
6.1. Kandidat ma jitħalliex ikompli għas-sena ta’ wara tal-kors,
jekk il-Bord Konġunt ta’ l-Assessuri ma jkunx sodisfatt bil-livell
ta’ dak il-kandidat f’xi sena akkademika, normalment meta
kandidat jeħel f’xi suġġett ta’ l-eżami wara sessjoni ta’
rivalutazzjoni.
6.2. Kandidat li ma ngħatax permess biex jitla’ fis-sena tal-kors
li jmiss, taħt ir-regolament 6.1, jista’ jingħata permess mill-Bord
tal-Fakultà  biex jirrepeti dik is-sena tal-kors. Ebda kandidat ma
jingħata permess biex jirrepeti aktar minn darba.
Riżultati u 
klassifikazzjoni 
tal-grad.
7.1. Fit-tmiem ta’ kull semestru ta’ l-Ewwel Parti, ir-riżultat
akkademiku ta’ kull student, f’kull suġġett valutat, jiġi ppublikat,
bil-grad A, B. C, D, jew Fail.
7.2. Fit-Tieni Parti, ir-riżultati ta’ kull student matul kull sena
jinġabru flimkien, u jiġu pubblikati bħala riżultat wieħed bil-gradi
A, B, C, D, jew Fail. L-eżamijiet u x-xogħol tal-kors ta’ l-aħħar
sentejn jiġu moderati minn eżaminaturi barranin, maħtura fuq il-
parir tal-Bord tal-Fakultà .
7.3. Il-kandidati jikkwalifikaw għall-għotja tal-grad meta
jtemmu l-aħħar sena b’suċċess. Il-klassifikazzjoni finali tal-grad ta’
kull kandidat li jgħaddi tinbena fuq ir-riżultati miksuba f’kull sena
tal-kors. L-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw għall-grad ta’
B.E. & A. jiġu ppubblikati, f’ordni alfabetiku, f’lista maqsuma fil-
kategoriji: l-Ewwel Klassi Bl-Unuri, it-Tieni Klassi Bl-Unuri
(Taqsima Superjuri), it-Tieni Klassi Bl-Unuri (Taqsima Inferjuri),
it-Tielet Klassi Bl-Unuri, jew Għadd (Pass).
7.4. Il-marka li titmexxa ’l quddiem meta jkun hemm
valutazzjoni supplementarja, tkun, għall-fini tal-klassifikazzjoni
tal-grad, il-marka minima li biha kandidat jgħaddi.
7.5. Il-kandidati li fit-Tieni Parti tal-kors jirrepetu sena, jew li
jkollhom jerġgħu jippreżentaw id-dissertazzjoni jew id-disinn
għall-proġett tat-teżi, jistgħu jikkwalifikaw biss għall-grad fil-
kategorija ta’ Pass, jiġifieri il-grad ta’ B.E. & A.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 4 ta’ l-1999;
A.L. 93 ta’ l-1999.
8. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-eżamijiet
li se jsiru f’Ġunju 1999 jew wara.
