KORS LI JWASSAL GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS 
(DIPLOMATIC STUDIES) - M.A. (DIP.ST.)  ġ L.S.327.42 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.42
REGOLAMENTI TAL-KORS LI JWASSAL GĦALL-
GRAD TA’ MASTER OF ARTS (DIPLOMATIC 
STUDIES) - M.A. (DIP.ST.)
7 ta’ Settembru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 119 ta’ l-1993, kif emendat bl-Avviż Legali 224 ta’ l-
1998.
Titolu u tifsir.
Kors li jwassal għall-Grad ta’ Master of Arts (Diplomatic Studies -
M.A. (Dip.St.).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort oħra -
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Arts (Diplomatic Studies -
M.A. (Dip.St.);
"il-kors" ifsser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Master of Arts
(Diplomatic Studies - M.A. (Dip.St.).
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 224 ta’ l-
1998.
 2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw minn Marzu
1996 ’il quddiem.
Kwalifiki għad-
dħul.
3. (1) Kandidati għad-dħul fil-kors iridu jkollhom il-grad ta’
Baċillier għall-inqas fit-tieni klassi bl-unuri mill-Università  ta’
Malta jew grad rikonoxxut mis-Senat bħala ekwivalenti tal-gradi
tagħha ta’ Baċillier għallinqas fit-tieni klassi bl-unuri.
(2) Kandidati li l-ewwel grad tagħhom m’huwiex fil-liġi, fl-
ekonomija, fl-istorja jew fix-xjenza politika jistgħu jiddaħħlu
skond ir-riżultat ta’ intervista li matulha tiġi mistħarrġa l-ħila tal-
kandidat li jtemm l-istudji proposti b’suċċess.
It-tul tal-kors.
Sostitwit:
A.L. 224 ta’ l-
1998.
4. It-tul tal-kors huwa ta’ mhux anqas minn tnax-il xhar ta’
studju fuq bażi full-time.
Ix-xogħol tal-kors.
Emendat:
A.L. 224 ta’ l-
1998.
5. (1) Il-kandidati għall-grad għandhom jiġbru sittax-il
kredtu u jiktbu dissertazzjoni. Minħabba in-natura pluridisciplinary
tal-kors, il-kandidati għandhom ikunu meħtieġa jsegwu total ta’
tmien taqsimiet studju, li għal kull waħda huma assenjati zewġ
kredti, fil-moduli li ġejjin:
Liġi Internazzjonali
Ekonomija Internazzjonali
Relazzjonijiet Internazzjonali
Storja Internazzjonali.
(2) Kandidat jista’ jagħżel li jistudja qasam ewlieni wieħed.
Madankollu hu jrid jattendi għallinqas kors wieħed f’kull wieħed
mill-oqsma l-oħra. Kandidat li m’għandu ebda għarfien
2 L.S.327.42 ħ
KORS LI JWASSAL GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS 
(DIPLOMATIC STUDIES) - M.A. (DIP.ST.) 
akkademiku f’xi qasam imsemmi għandu jattendi kors introduttiv
f’dak il-qasam matul l-ewwel semestru.
(3) Il-kandidati kollha għandhom jattendu wkoll seminar dwar
il-metodi u l-kitba tar-riċerka.
Valutazzjoni tax-
xogħol matul il-
kors u ta’ l-
eżamijiet finali.
Sostitwit:
A.L. 224 ta’ l-
1998.
6. (1) It-taqsimiet studju għandhom ikunu valutati u mogħtija
kredtu skond il-gradi li ġejjin: A, B, Ċ, u D, fejn A huwa l-ogħla
grad, jew F tindika li Weħel.
(2) Kandidat li jeħel f’mhux aktar minn żewġ taqsimiet studju
(erba’ kredti) matul il-kors għandu jkun valutat mill-ġdid. Fil-
valutazzjoni mill-ġdid, l-ogħla grad li jista’ jingħata huwa l-Grad
D.
(3) Il-kandidati li jiksbu sittax-il kredtu jkunu eliġibbli biex
jersqu għall-Eżamijiet Finali, li jikkonsistu f’erba’ karti bil-miktub:
karta f’kull wieħed mill-erba’ moduli mniżżla fir-regolament 5(1).
(4) Il-karti ta’ l-eżami għandhom jingħataw il-gradi A, B, Ċ, u
D, fejn A huwa l-ogħla grad, jew F jindika li Weħel.
(5) Kandidat li jeħel f’mhux aktar minn waħda mill-karti bil-
miktub għandu jitħalla joqgħod għall-karta li weħel fiha f’sessjoni
riparatorja, normalment f’Settembru.
Id-dissertazzjoni.
Sostitwit:
A.L. 224 ta’ l-
1998.
7. (1) Id-dissertazzjoni hija element obbligatorju tal-kors.
M’għandhiex taqbeż l-40,000 kelma u għandha tkun fuq suġġett li
jaqa’ taħt wieħed jew aktar mill-oqsma msemmija fir-regolament
5(1).
(2) Il-kandidat għandu jippreżenta proposta tad-dissertazzjoni
mhux aktar tard minn sitt xhur mill-bidu tal-kors. Is-suġġett tad-
dissertazzjoni għandu jkun approvat mill-Bord ta’ l-Istudji ta’ l-
Akkademja li għandu jaħtar superviżur għall-kandidat. Id-
dissertazzjoni għandha tkun sottomessa għall-eżami mhux aktar
tard minn tnax-il xhar mill-bidu tal-kors.
(3) Il-Bord ta’ l-Istudji ta’ l-Akkademja jista’ fid-diskrezzjoni
tiegħu, jagħti kandidat li jista’ jipprovdi raġunijiet validi,
estensjoni ta’ mhux aktar minn tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni
msemmija fis-subregolament (2).
(4) Id-dissertazzjoni għandha tkun eżaminata minn Bord ta’ l-
Eżaminaturi maħtur mis-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord
ta’ l-Istudji ta’ l-Akkademja.
(5) Il-kandidat għandu jissottometti tliet kopji tad-
dissertazzjoni li għandhom ikunu ffirmati mis-superviżur, li b’hekk
jiċċertifika li d-dissertazzjoni hija xogħol il-kandidatu tikkonforma
mar-rekwiżiti mniżżla fis-subregolament (1).
(6) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jissejjaħ miċ-Chairman
tiegħu biex jiddiskuti d-dissertazzjoni. Jekk jitqis neċessarju, huwa
jista’ ukoll isejjaħ lill-kandidat biex jiddefendi d-dissertazzjoni.
(7) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’ japprova d-dissertazzjoni u,
bla ħsara għar-regolament 8(1), jirrakkomanda l-għoti tal-grad.
Jista’ jitlob lill-kandidat jikkorreġi jew jikteb id-dissertazzjoni
mill-ġdid fiż-żmien li jiġi stipulat. Jista’ jirrifjuta d-dissertazzjoni
għal kollox.
KORS LI JWASSAL GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS 
(DIPLOMATIC STUDIES) - M.A. (DIP.ST.)  ġ L.S.327.42 3
(8) Kandidat li d-dissertazzjoni tiegħu tiġi rrifjutata jew li l-
korrezzjonijiet jew il-kitba mill-ġdid ikunu kkonsidrati mhux
sodisfaċenti jew li ma jissottomettihix fiż-żmien stipulat ma
għandux jingħata l-Grad.
L-għoti tal-Grad.
Sostitwit:
A.L. 224 ta’ l-
1998.
8. (1) Kandidat li jgħaddi mill-Eżamijiet Finali u li d-
dissertazzjoni tiegħu tkun approvata għandu jingħata l-Grad. Għall-
għanijiet tal-klassifikazzjoni tal-Grad, il-gradi tal-kredti għandhom
30% tal-piż, il-gradi ta’ l-Eżamijiet Finali għandhom 40% tal-piż u
l-grad tad-dissertazzjoni gġandu t-30% l-oħra.
(2) L-ismijiet tal-kandidati li jgħaddu għandhom ikunu
ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku klassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
