KUNSILLI TA’ SKOLA ġ L.S.327.43 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.43
REGOLAMENTI DWAR KUNSILLI TA’ SKOLA
20 ta’ Ottubru, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 135 ta’ l-1993.
Titolu.
Kunsilli ta’ Skola.
Kunsilli ta’ Skola 
għal skejjel ta’ l-
Istat.
Kap. 327.
2. L-iskejjel kollha statali, wkoll dawk mhux skedati fl-
Ewwel Skeda ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni, għandhom jitmexxew
minn kunsill ta’ skola.
Komposizzjoni, 
funzjonijiet u 
elezzjonijiet tal-
kunsilli.
Kap. 327.
3. L-artikoli 23, 24, 25 u 26 ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni
għandhom jitqiesu li japplikaw għall-iskejjel kollha ta’ l-Istat ukoll
dawk li m’humix skedati.
Setgħa tal-Ministru 
li jeżenta skola 
mit-tmexxija ta’ 
kunsill.
4. Bla ħsara għar-regolamenti ta’ qabel, il-Ministru ta’ l-
Edukazzjoni jista’ jeżenta skola partikolari, li mhux skola skedata,
mit-tmexxija ta’ kunsill.
Linji gwida għall-
kunsilli.
5. Il-kunsilli kollha fl-iskejjel ta’ l-Istat għandhom jitmexxew
skond il-linji gwida li hemm fl-Ewwel Skeda ta’ dawn ir-
regolamenti.
Regoli finanzjarji.
fondi tagħhom skond ir-regoli finanzjarji li hemm fit-Tieni Skeda
ta’ dawn ir-regolamenti.
2 L.S.327.43 ħ KUNSILLI TA’ SKOLA
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 5)
1. Il-kunsill
1.1. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ fl-iskola darba kull xahar f’ħin u data konvenjenti
għall-membri. L-ewwel laqgħa tal-Kunsill tissejjaħ mill-President tal-Kunsill.
1.2. Jekk il-membri jaqblu u jkun hemm bżonn, il-Kunsill jista’ jiltaqa’ iktar
minn darba fix-xahar, imma dawn ikunu laqgħat straordinarji, jew biex titkompla d-
diskussjoni tal-laqgħġa tax-xahar.
1.3. Għandu jkun hemm agenda għal kull laqgħa tal-Kunsill. Din, flimkien mal-
ħin u d-data tal-laqgħa tal-Kunsill li jmiss, għandha titwassal lill-membri mis-
Segretarju-Teżorier.
1.4. Il-kworum ikun ta’ żewġ membri, minbarra l-Prewsident u s-Segretarju-
Teżorier.
1.5. Is-Segretatarju-Teżorier iżomm il-minuti ta’ kull laqgħa tal-Kunsill.
1.6. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom isiru, kemm jista’ jkun, b’kunsens tal-
membri kollha preżenti.
2. Membri tal-Kunsill
2.1. Jekk, għal xi raġuni, il-President ma jattendix għal laqgħa tal-Kunsill, ikun
jista’ jiġi elett President proviżorjament għal dik il-laqgħa minn fost il-membri
preżenti, jekk dawn il-membri ma jkunux inqas minn erba’ fl-għadd, u barra s-
Segretarju-Teżorier.
2.2. Jekk membru tal-Kunsill jirreżenja mill-Kunsill, dan għandu jgħarraf lill-
President tal-Kunsill bil-miktub. Is-Segretarju-Teżorier għandu javża wkoll mill-
aktar fis lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, li jordna li jinħatar fil-Kunsill dik il-
persuna, min-naħa ta’ fejn tkun saret ir-riżenja u li jkun imiss rispettivament skond
il-votazzjoni li tkun saret fl-aħħar elezzjoni. Jekk ma jkuns hemm runners up, il-
Kunsill jista’ jkompli jiffunzjoni basta li jista’ jiltaqa’ bi kworum regolarment
kostitwit. Meta jirriżenja l-President tal-Kunsill din għandha tintbagħatr lill-
Ministru.
2.3. Fejn hemm Kunsill wieħed għal aktar minn skola waħda -
(i) il-Kunsill u l-membri tiegħu għandhom jieħdu ħsieb il-bżonnijiet ta’ l-
iskejjel kollha u mhux biss ta’ parti minn, jew ta’ skola waħda;
(ii) ix-xogħol ta’ Segretarju-Teżorier isir mill-Kap ta’ l-iskola l-iktar anzjan
fis-servizz fid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni;
(iii) il-Kap ta’ l-iskola l-oħra jattendi l-laqgħat kollha tal-Kunsill, jieħu parti
sħiħa fid-diskussjoni tal-Kunsill bħala osservatur u jaħdem id f’id mas-
Segretarju-Teżorier tal-Kunsill;
(iv) il-findi u l-assi amministrati mill-Kunsill jibbenefikaw lill-iskejjel
kollha ugwalment u skond il-kobor ta’ l-iskola u n-numru ta’ studenti;
(v) fl-assenza tal-Kap anzjan ta’ l-iskola, ikun il-Kap junior li jwettaq id-
dmirijiet minfloku.
2.4. Il-membri tal-Kunsill għandhom jingħataw kull għajnuna u rikonoxximent
sħiħ fil-qadi ta’ dmirijiethom fl-iskola.
3. Il-President
3.1. Il-President jirregola l-proċedura fil-Kunsill u jidderiġi l-Kunsill biex jilħaq
KUNSILLI TA’ SKOLA ġ L.S.327.43 3
deċiżjoni li tkun xierqa u tirrifletti l-kunsens tal-membri tal-Kunsill preżenti fil-
laqgħa.
3.2. F’nuqqas ta’ qbil serju fuq punt ta’ diskussjoni fost il-membri tal-Kunsill,
jista’ jittieħed vot; imma din id-deċiżjoni m’għandhiex tittieħed b’mod li tista’ żżid,
flok ma tneħħi, id-differenzi li jkun hemm fost il-membri tal-Kunsill.
3.3. Il-President jara li kull deċiżjoni milħuqa mill-Kunsill tkun skond dik il-
parti ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni li tirrigwarda x-xogħol u l-funzjonijiet tal-Kunsill.
3.4. Il-President u s-Segretarju-Teżorier għandhom jaraw li d-deċiżjonijiet
kollha meħudin mill-Kunsill ikunu mwettqa u implimentati.
3.5. Il-President u l-Kap/Kapijiet ta’ l-iskola jaħdmu id f’id biex:
(i) isir l-aħjar użu mill-assi u l-fondi ta’ l-iskola li huma amministrati mill-
Kunsill;
(ii) jiffissaw l-aġenda għad-diskussjoni tal-Kunsill.
3.6. Il-President għandu aċċess għall-iskola f’kull ħin bi ftehim mal-Kap ta’ l-
iskola biex jiddiskuti punti għat-twettiq tax-xogħol tal-Kunsill.
3.7. Il-President għandu jingħata l-informazzjonijiet rilevanti mitluba minnu
dwar l-iskola biex ikun f’posizzjoni aħjar li jiggwida l-Kunsill.
3.8. Il-President jikkolabora mal-Kap/Kapijiet ta’ l-iskola u, jekk ikun hemm,
Kapijiet oħra ta’ l-iskola biex jimplimentaw id-deċiżjonijiet tal-Kunsill, jiddeċiedu
fuq il-bżonnijiet ta’ l-iskola/skejjel minnhom amministrata, jeżaminaw,
jikkontrollaw u jivverifikaw il-kotba u l-kontijiet u nfiq tal-Kunsill, jistudjaw
proġetti li l-Kunsill jista’ jniedi, u jistudjaw kil il-Kunsill ikun jista’ jmexxi lilu
nnifsu u lill-iskola aħjar (dejjem skond it-termini ta’ l-artikoli rilevanti ta’ l-Att dwar
l-Edukazzjoni).
3.9. Kull korrispondenza maħruġa mill-Kunsill issir bil-kunsens tal-Kunsill.
Jixraq li dejjem toħroġ taħt l-istess firma biex ma jkunx hemm konfużjoni.
3.10. Il-President tal-Kunsill għandu aċċess għall-Minuisteru ta’ l-Edukazzjoni,
għad-Direttur ta’ l-Edukazzjoni jew uffiċjali fil-Ministeru jew fid-Dipartiment ta’ l-
Edukazzjoni mqabbda mill-Ministru għal dan l-iskop biex jiddiskuti kull problema
jew punt dwar l-iskola jew il-Kunsill.
3.11. Il-votazzjoni tal-Kunsill hi dejjem sigrieta u l-President għandu casting
vote.
3.12. Il-President ta’ Kunsill ta’ skola għandu jkun mogħti stima xierqa fl-iskola u
għandu jkun mistieden għall-funzjonijiet kollha u laqgħat uffiċjali ta’ l-iskola.
4. Is-Segretarju-Teżorier
4.1. Is-Segretrarju-Teżorier iżomm il-minuti, il-korrispondenza u l-kotba tal-
kontijiet tal-Kunsill ta’ skola.
4.2. Huwa jieħu ħsieb ukoll il-fondi tal-Kunsill u jużahom kif jiddeċiedi u
jidderiġi l-Kunsill.
4.3. Huwa responsabbli lejn il-President għat-twettiq tad-deċiżjonijiet milħuqa
mill-Kunsill u fdati lilu.
4.4. Huwa responsabbli għad-dħul u l-ħruġ ta’ flus.
4.5. Flimkien mal-President jista’ jiftaħ kont bankarju f’isem il-Kunsill u
jiddepożita u jiżbanka flus skond id-direttiva tal-President u kif deċiż mill-Kunsill.
4.6. Huwa għandu jżomm lill-Kunsill infurmat dwar il-fondi u l-assi kollha li
4 L.S.327.43 ħ KUNSILLI TA’ SKOLA
jaqgħu taħt l-amministrazzjoni tal-Kunsill.
4.7. Huwa għandu jagħti pariri lill-President fuq dawk il-ħwejjeġ li għandhom
x’jaqsmu ma’ l-amministrazzjoni ta’ l-iskola, ir-regolamenti tad-Dipartiment u
ħwejjeġ oħra relatati. F’każ ta’ diffikultà , bħala Kap ta’ l-iskola, huwa jista’ jieħu
parir mid-Dipartiment.
4.8. Huwa għandu jgħin u jagħti informazzjoni lill-membri tal-Kunsill biex
ikunu jafu aħjar kif timxi l-iskola u l-bżonnijiet tagħha.
4.9. Is-Segretarju-Teżorier, flimkien mal-President tal-Kunsill, għandu
jissottometti rapport annwali lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, skond l-artikolu 24(ċ)
ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni, mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena
skolastika. Dan ir-rapport irid jiġi moqri lil u mgħoddi mill-Kunsill, u kopja
tinżamm fil-minuti tal-Kunsill.
4.10. Dan ir-rapport għandu jkopri:
(a) in-numru ta’ laqgħat matul is-sena;
(b) punti prinċipali diskussi f’laqgħat tal-Kunsill;
(ċ) attivitajiet u xogħlijiet li twettqu mill-Kunsill;
(d) rakkomandazzjonijiet.
4.11. Għandu wkoll ikun inkluż rapport finanzjarju li jkun jittratta dwar id-dħul,
ħruġ u bilanċ ta’ flus sa’ l-aħħar laqgħa tal-Kunsill.
5. Ħidma tal-Kunsill: A. Amministrazzjoni ta’ Fondi u Assi
5.1. Wieħed mill-iskopijiet tal-Kunsill ta’ skola huwa li jamministra l-fondi u l-
assi ta’ l-iskola.
5.2. Il-fondi ta’ l-iskola jistgħu jkunu:
(i) dawk li d-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni jgħaddi lill-iskola u l-Kunsill
għal dan l-iskop;
(ii) fondi oħra li l-Kunsill jirċievi minn fondi oħra jew li jdaħħal minn
attivitajiet li jorganizza.
5.3. Il-Kunsill għandu l-ewwel u qabel kollox ikun jaf sewwa x’inhuma l-fondi u
l-istat ta’ l-assi ta’ l-iskola u jippjana:
(i) x’inhuma l-bżonnijiet ta’ l-iskola;
(ii) x’jista jagħmel biex il-Kunsill stess mingħajr għajnuna barranija, itejjeb
sa fejn jista’ dawk il-fondi u l-assi.
5.4. Billi jagħmel użu mill-fondi li jkollu f’idejh, il-Kunsill jista’:
(i) jindaħal għal tiswija żgħira ta’ l-assi ta’ l-iskola;
(ii) iforni l-iskola b’tagħmir xieraq;
(iii) isebbaħ l-ambjent fiżiku u naturali ta’ l-iskola;
(iv) jieħu ħsieb iżid il-kotba u t-tagħmir fil-librerija ta’ l-iskola.
5.5. Il-Kunsill ma jistax jidħol għal infiq ta’ natura li tbiddel il-pjanta fiżika ta’
l-iskola, mingħajr il-permess tad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni.
5.6. Il-Kunsill ma jistax jikri l-iskola għal attivitajiet ta’ partiti politiċi.
5.7. Il-Kunsill ta’ skola jista’ jitlob lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni biex
jiċċertifika lill-Ministru tal-Finanzi l-użu edukattiv ta’ l-oġġetti impurtati għall-
iskola tiegħu partikolari, għall-eżenzjoni mill-ħlas tad-dwana.
KUNSILLI TA’ SKOLA ġ L.S.327.43 5
5.8. Il-Kunsill għandu l-permess li darba fis-sena jorganizza l-bejgħ ta’ oġġetti
magħmula fl-iskola mill-istudenti (b’materjal mixtri mill-fondi tal-Kunsill). Dan
għandu jservi kemm bħala estensjoni ta’ l-edukazzjoni mogħtija mill-iskola kif ukoll
biex ikabbar il-fondi ta’ l-iskola.
5.9. Il-Kunsill jista’ wkoll jorganizza xi attività  bħal kunċert jew drama jew
serata mużiko-letterarja, jew divertiment ieħor bil-parteċipazzjoni ta’ l-istudenti, u li
għalih l-udjenza tħallas prezz għad-dħul jew donazzjoni. F’każijiet bħal dawn
jintalab permess minn qabel mingħand il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni.
5.10. Il-Kunsill, permezz tas-Segretarju-Teżorier, iżomm il-korrispondenza,
irċevuti u kontijiet oħra tad-dħul, infiq u fondi tal-Kunsill. Filwaqt li dawn jistgħu
jkunu spezzjonati u riveduti minn uffiċjali tad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni
maħtura mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, ikun jixraq li l-Kunsill kull sena jinnomina
żewġ udituri minn fost l-għalliema ta’ l-iskola u ġenituri/studenti biex jiflu l-
kontijiet u jiċċertifkaw il-korrettezza tagħhom.
6. Ħidma tal-Kunsill: B. Kuntatt mal-Ġenituri
6.1. Il-Kunsill għandu d-dmir li jistudja, flimkien mal-Kap ta’ dik l-iskola
partikolari, metodi u mezzi biex tikber il-parteċipazzjoni u kontribuzzjoni tal-
ġenituri.
6.2. Il-Kunsill jista’ jorganizza laqgħat edukattivi, kulturali u soċjali għall-
ġenituri.
6.3. Il-Kunsill jista’ jiddiskuti u jattwa metodi kif il-ġenituri jistgħu jgħinu
b’mod konkret lill-iskola fl-aspetti fiżiċi u materjali tagħha.
6.4. Il-Kunsill għandu jinforma regolarment lill-ġenituri bix-xogħol u l-
attivitajiet tiegħu.
6.5. Kull ġenitur (jew student fuq is-sittax-il sena bħala votant għall-Kunsill)
għandu d-dritt li jindirizza bil-miktub lill-Kunsill ta’ skola bis-suġġerimenti jew l-
ilmenti tiegħu fuq kull punt li jidhirlu hu. Huwa l-kompitu tal-President u s-
SegretarjuTeżorier (dan bħala Kap ta’ l-iskola) li jiflu l-korrispondenza rċevuta
mingħand il-ġenituri (jew studenti) u li jiddeterminaw liema minn dawn jaqgħu taħt
il-kompetenza tal-Kunsill u liema taħt l-amministrazzjoni ta’ l-iskola. Il-
korrispondenza kollha ndirizzata lill-Kunsill għandha tinqara waqt laqgħa tal-
Kunsill u l-President jagħti spjega ta’ liema korrispondenza tkun ser tiġi diskussa fil-
Kunsill u liema tkun ser tiġi trattata mill-Kap ta’ l-iskola.
7. Ħidma tal-Kunsill: Ċ. Il-Kunsill u l-Organizzazzjonijiet Lokali
7.1. Għalkemm il-Kunsill ta’ skola għandu jibgħat rendikont tal-ħidma tiegħu u
r-responsabbiltà  tiegħu hija lejn il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, il-Kunsill għandu
jżomm relazzjonijiet tajba mal-Kunsill Lokali fejn tkun tinsab l-iskola.
7.2. Ikun xieraq li l-Kunsill ta’ skola jagħraf liema huma dawk l-
organizzazzjonijiet lokali jew nazzjonali, dawk politiċi esklużi, li jistgħu jgħinu fl-
iżvilupp tal-Kunsill, fl-attivitajiet tiegħu u dawk ta’ l-iskola.
7.3. Il-Kunsill jista’, fuq parir jew permezz tal-Kap ta’ l-iskola, jistieden lil dawn
l-organizzazzjonijiet biex iniedu xi attività  edukattiva fost l-istudenti, bħal meta
jagħtu xi taħdita lill-istudenti, jew jistiednu l-iskola għal xi serata kulturali, jew
iniedu xi kompetizzjoni edukattiva-kulturali.
7.4. Il-Kunsill jista’ jgħin lill-organizzazzjonijiet kulturali lokali billi jislifhom
jew jikrilhom l-iskola għal xi attivitajiet tagħhom li l-Kunsill jidhirlu li huma ta’
arrikkament kulturali għan-nies tal-lokal.
7.5. Il-Kunsill jista’, fuq il-parir jew suġġeriment tal-Kap ta’ l-iskola, jidħol
6 L.S.327.43 ħ KUNSILLI TA’ SKOLA
f’kuntatt u relazzjonijiet ma’ fabbriki u ażjendi fil-lokal biex dawn jagħtu l-kontribut
tagħhom għall-edukazzjoni ta’ l-istudenti ta’ l-iskola billi jagħtu l-pariri tagħhom
fuq edukazzjoni, taħriġ u koperazzjoni bejn l-iskola u l-azjenda.
8. Ħidma tal-Kunsill: D. Il-Kunsill u l-Ħaddiema fl-Iskejjel inklużi l-
Għalliema u l-Kap/Kapijiet ta’ l-Iskola.
8.1. Il-Kunsill jista’ jiddiskuti l-ambjent u l-amenitajiet li jgawdu l-ħaddiema
kollha f’dik l-iskola u jipprova jġibhom ’il quddiem mill-aħjar li jista’.
8.2. Il-Kunsill jista’ jiddiskuti kif jista’ dejjem itejjeb ir-relazzjonijiet bejn l-
għalliema u l-ġenituri, u l-għalliema u l-Kunsill stess.
8.3. Kull għalliem fi skola jista’ jindirizza korrispondenza lill-Kunsill ta’ skola.
F’dan il-każ tapplika l-istess regola li tapplika għall-ġenituri kif imfissra fil-
paragrafu 6.5.
8.4. Il-Kunsill ma jistax jindaħal f’dawk l-aspetti ta’ tagħlim, dixxiplina u
amministrazzjoni ta’ l-iskola li huma fl-Att dwar l-Edukazzjoni espressament
riservati.
9. Ħidma tal-Kunsill: E. Il-Kunsill u t-Tmexxija ta’ l-Iskola
9.1. Huwa d-dmir tal-Kunsill li jkun jaf x’servizzi toffri l-iskola u x’amenitajiet
għandha l-iskola biex taqdi dawn is-servizzi.
9.2. Il-Kunsill jista’ jiddiskuti l-kurrikulu u s-servizzi edukattivi li toffri l-iskola,
mingħajr ma jindaħal f’każi individwali ta’ affarijiet li jolqtu l-istudenti jew l-
għalliema, kif ukoll klassifikazzjoni ta’ studenti u materji li jaqgħu taħt id-dixxiplina
jew it-tagħlim tal-membri akkademiċi ta’ l-iskola. Iżda jista’ jissuġġerixxi lid-
Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni tibdil jew żieda mal-kurrikulu.
9.3. Il-KunsiIl huwa fid-dmir li jiġbed l-attenzjoni tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni
jew l-uffiċjal inkarigat mill-Ministru, għal nuqqasijiet li jeżistu fl-iskola, kif ukoll
fuq ħwejjeġ li jmissu ma’ l-iskola. Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, jew l-uffiċjal
inkarigat mill-Ministru, jieħu konjizzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill u
jwieġeb lill-Kunsill fuq kull azzjoni li tidher xierqa li tittieħed.
10. Ħidma tal-Kunsill: F. Il-Kunsill u l-Ambjent ta’ madwar l-Iskola
10.1. Il-Kunsill għandu wkoll jikkonsidra t-titjib ta’ l-ambjent fiżiku, kulturali,
estetiku u morali ta’ l-iskola u tal-post madwar l-iskola.
10.2. Il-Kunsill għandu jiddiskuti u jissorvelja l-problemi ambjentali li jiffaċċjaw
l-istudenti u jirrapportahom immedjatament lill-uffiċjali konċernati fid-Dipartiment
ta’ l-Edukazzjoni, permezz tas-Segretarju-Teżorier/Kap ta’ l-iskola, għall-azzjoni
neċessarja.
10.3. Il-Kunsill jista’ jiddiskuti wkoll problemi ta’ trasport jew dipartimentali ta’
studenti u jagħmel is-suġġerimenti tiegħu.
KUNSILLI TA’ SKOLA ġ L.S.327.43 7
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 6)
Regoli Finanzjarji għall-Kunsilli ta’ Skola
Amministrazzjoni ta’ Fondi u Assi
l. Proprjetà
1.1. L-oġġetti kollha ta’ natura permanenti għandhom jidhru fl-inventarju ta’ l-
iskola li għandu jinżamm skond ir-Regolamenti Riveduti li Jikkontrollaw l-
Inventarju tad-19 ta’ Mejju, 1977.
1.2. Skond il-paragrafu 8.3. ta’ dawn ir-regolamenti, l-inventarju suppost jeżisti
f’kull skola u għandu jinżamm preċiż taħt ir-responsabbiltà  tal-Kap ta’ l-Iskola. Il-
Kunsilli għandhom jaraw li l-inventarju jkun jeżisti u jinżamm tajjeb.
1.3. Il-kontroll għandu jsir b’dan il-mod:
(i) Sotto-kumitat, magħmul għall-inqas minn tliet membri tal-Kunsill (li
wieħed minnhom għandu jkun is-Segretarju-Teżorier) għandu jara u
jieħu nota ta’ l-oġġetti kollha li hemm fl-iskola u iqabbilhom ma’ l-
inventarju ta’ l-iskola. Fejn l-oġġetti jaqblu eżatt mal-ktieb ta’ l-
inventarju, il-bilanċ li jidher fuq dan il-ktieb għandu jkun inizjalat mit-
tliet membri tas-Sotto-kumitat bħala prova li dan ġie verifikat. Fejn
tirriżulta diskrepanza, (sew jekk iżjed jew inqas), din għandha titniżżel
fuq lista kif deskritt hawn taħt.
(ii) Fl-aħħar ta’ dan l-eżerċizzju, flimkien mar-rapport li għandu jsir dwar
ir-riżultat, għandu jkun hemm ukoll lista tad-diskrepanzi kollha, u dawn
għandhom jintbagħtu lid-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni. Dawn il-
listi għandu jkollhom dan il-format:
(iii) Oġġetti misjuba li huma iktar milli jidher fil-bilanċ tal-ledger
għandhom immedjatament jittieħdu bħala proprjetà  ta’ l-iskola, meta
ma jirriżultax ċar li ma hux hekk.
1.4. Wara l-eżerċizzju ta’ stock-taking deskritt hawn fuq fil-paragrafi 1.3(i) u
(ii), il-Kunsill ta’ skola għandu jibqa’ jkun responsabbli għall-proprjetà  immobbli ta’
l-iskola u għandu jiżgura li l-inventarju jibqa’ jinżamm skond ir-Regolamenti.
1.5. Jekk jirriżulta, mill-eżerċizzju ta’ stock-taking, li l-inventarju huwa
antikwat, id-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni għandu jkun infurmat b’dan. Jekk
hu jaqbel, il-proċeduri għal "inventarji antikwati" (paragrafu 12.2. tar-Regolamenti)
għandhom ikunu segwiti. L-inventarji għandhom ikunu kkunsidrati bħala antikwati
wara spezzjoni mid-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni jew rappreżentant awtorizzat
minnu.
1.6. L-oġġetti kollha akkwistati mill-iskola, irrispettivament mill-metodu ta’
akkwist (bħalma hu xiri, donazzjoni, trasferiment, eċċ.) għandhom jittieħdu bħala
proprjetà  fuq l-inventarju ta’ l-iskola. Dokumenti adegwati, li jissostanzjaw dħul
bħal dan fl-inventarju, għandhom ikunu disponibbli għall-ispezzjoni, kif u meta jkun
hemm il-ħtieġa.
1.7. L-informazzjoni kollha fl-inventarju, kif ukoll id-dokumenti neċessarji dwar
kull oġġett, għandhom ikunu disponibbli biex ikunu eżaminati f’kull ħin mill-
Awditur Ġenerali jew ir-rappreżentant tiegħu.
1.8. Fil-każ ta’ oġġetti li ma kienux akkwistati mid-Dipartiment ta’ l-
Deskrizzjoni 
ta’ l-oġġett
Ledger 
Fol.
Fuq l-
Inventarju
Kif 
Instab
Kwantità 
Żejjed
Nieqes
8 L.S.327.43 ħ KUNSILLI TA’ SKOLA
Edukazzjoni dawn l-akkwisti għandhom ikunu rapportati lid-Direttur Ġenerali ta’ l-
Edukazzjoni biex ikun żgurat li jitniżżlu u jiddaħħlu wkoll fl-inventarju prinċipali, li
jinżamm fid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni (ara Regolamenti ta’ l-Inventarju 5.1.).
Il-mod ta’ l-akkwist għandu wkoll ikun indikat b’mod ċar. F’każ ta’ donazzjoni lill-
iskola, din tiġi regolata skond il-paragrafu 11 tar-regolamenti.
1.9. Meta s-surmast ta’ skola jikkonsidra li oġġett partikolari fl-inventarju
m’għadux fi stat tajjeb jew m’għadx hemm użu tiegħu, hu għandu jinforma b’dan
lid-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni u wara, fl-ewwekl laqgħa ta’ kull xahar tal-
Kunsill jitlob l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill biex jiddistruġġi jew jeħles minn dan l-
oġġett b’kull mod ieħor. Id-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza dan għandha titniżżel
fil-minuti u tiġi komunikata lid-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni. Jekk ma tasalx
kontro-ordni mingħand id-Direttur Ġenerali fi żmien għaxart ijiem, dak l-oġġett ikun
distrutt jew imneħħi b’mod ieħor. Nota li turi ċar it-trasferiment għandha mbagħad
tiddaħħal fl-inventarju.
2. Finanzi
2.1. Il-Kunsill ta’ skola għandu jirċievi somma annwali mingħand id-Direttur
Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni ekwivalenti għall-ammont ta’ flus imħallas mill-
kuntrattur relattiv għall-konċessjoni tat-tuck shop għal dik is-sena, iżda li minnha
jkun tnaqqas proporzjon li jinżamm għall-iskop li jipprovdi sussidju lill-iskejjel
b’tuck shops li ma jħallux daqshekk qligħ jew lill-iskejjel li ma għandhomx tuck
shop.
2.2. Ikun fid-diskrezzjoni tal-Kunsill ta’ skola li jorganizza bi qligħ attivitajiet
bl-iskop li jżid ir-riżorsi tiegħu, sakemm dawn l-attivitajiet ikunu kompatibbli mad-
dinjità  ta’ istituzzjoni edukattiva.
2.3. Is-Segretarju-Teżorier tal-Kunsill ta’ skola għandu jiżgura li tinżamm
dokumentazzjoni adekwata ta’ kull transazzjoni finanzjarja. Din id-dokumentazzjoni
għandha bażikament tikkonsisti fi -
(i) cash book li fih jiddaħħlu immedjatament il-pagamenti u l-irċevuti
kollha;
(ii) ledger li fih jidħlu counter entries fil-kontijiet differenti għall-iskop ta’
klassifikazzjoni ta’ nfiq. (Eżempji ta’ klassifikazzjoni: Kotba mogħtija
bħala premjijiet, manutenzjoni, apparat speċjali, attivitajiet skolastiċi,
eċċ.).
2.4. Għalkemm din id-dokumentazzjoni hija msemmija għaliex hi meqjusa bħala
l-minimu neċessarju ħalli l-Kunsill ta’ skola jkun f’posizzjoni li kull sena jagħti
rendikont adekwat lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni kif maħsub fl-artikolu 24(ċ) ta l-
Att dwar l-Edukazzjoni, il-Kunsill jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, ibiddel dawn l-
arranġamenti sakemm:
(i) id-dokumentazzjoni li tinżamm hi adekwata biex tissodisfa l-ħtiġiet ta’
l-Att dwar l-Edukazzjoni, u
(ii) ikunu biżżejjed biex juru, f’kull ħin, il-posizzjoni finanzjarja tal-Kunsill
ta’ skola.
Wieħed għandu jinnota wkoll li kotba uffiċjali ta’ l-irċevuti fornuti mid-
Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni u li jintużaw għall-ġbir ta’ fondi pubbliċi (bħal ħlas
għal kotba mitlufa) ma għandhom qatt jintużaw għal transazzjonijiet ta’ Kunsill ta’
skola. Bħala regola, fondi pubbliċi ma għandhom qatt jiġu depożitati fil-kont
bankarju tal-Kunsill ta’ skola. L-unika eċċezzjoni li teżisti bħalissa hi l-flus imprest
li l-iskola tirċievi mid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni għal manutenzjoni ordinarja ta’
l-iskola. Dawn il-fondi jkunu depożitati fil-kont bankarju tal-Kunsill għal skopijiet
KUNSILLI TA’ SKOLA ġ L.S.327.43 9
ta’ sigurezza biss u jitqiesu bħala fondi pubbliċi.
2.5. Is-Segretarju-Teżorier għandu jiżgura li flus kontanti fl-iskola għandhom
jinżammu mill-inqas bħala sigurezza. Malli jingħataw xi flus  għandhom isiru
arranġamenti biex jinfetaħ kont bankarju ma l-iktar Bank viċin ta l-iskola f’isem il-
Kunsill ta’ skola u kull pagament (barra dawk ta’ somom żgħar ħafna) għandhom
isiru b’ċekk biż-żewġ firem flimkien tal-:
(i) President u
(ii) tas-Segretarju/Teżorier.
2.6. Id-dokumentazzjoni finanzjarja tal-Kunsill ta’ skola għandha tkun f’kull
żmien disponibbli għall-ispezzjoni tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni jew ir-
rappreżentanti tiegħu.
2.7. Ir-rapport li għandu jingħata lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni skond l-artikolu
24(ċ) ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni għandu jinkludi:
(i) il-kont tad-dħul u nfiq u balance sheet;
(ii) rendikont mill-Bank li jkopri l-perijodu kollu u li jivverifika l-bilanċ
bankarju tal-kontijiet;
(iii) lista tad-donazzjonijiet kollha rċevuti mill-iskola minn egħjun barranin
tul is-sena skolastika miflija.
3. Akkwisti
3.1. Kull xiri ta’ oġġetti u, jew akkwist ta’ servizzi mill-Kunsill ta’ skola bl-użu
tal-fondi li għandu għad-disposizzjoni tiegħu għandu jsir b’konformità  ma’ dawn ir-
regoli:
(i) Il-Kunsill ta’ skola jista’ jonfoq sa Lm100 mingħajr talha għall-offerti.
(ii) Infiq ta’ aktar minn Lm100 sa Lm500 jista’ jsir mill-Kunsill ta’ skola
wara li ssir sejħa formali għall-offerti, li għandhom jinfetħu u jkunu
aġġudikati mill-Kunsill jew għallinqas minn tliet membri tal-Kunsill
delegati għal dan il-għan, u li wieħed minnhom ikun is-Segretarju-
Teżorier.
(iii) Infiq ta’ aktar minn Lm500  sa Lm1,000 għandu jsir bl-istess proċedura
li tinsab fil-paragrafu (ii); iżda d-deċiżjoni għandha tintbagħat għall-
approvazzjoni tad-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni qabel ma jsir xi
ftehim definittiv.
(iv) Għal infiq ta’ aktar minn Lm1,000 għandhom jingħataw l-
ispeċifikazzjonijiet dettaljati ta’ l-oġġetti/servizzi meħtieġa lid-Direttur
Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni li mbagħad jagħmel l-arranġamenti biex
toħroġ sejħa dipartimentali jew tat-Teżor għal tenders.
3.2. Kull dokumentazzjoni li għandha x’taqsam ma’ l-għotja ta’ l-offerti għandha
tinżamm b’attenzjoni u tkun disponibbli għall-ispezzjoni f’kull ħin kif stipulat fil-
paragrafu 2.6 dwar dokumentazzjoni ta’ kontijiet.
