KORS LI JWASSAL GĦALL-GRAD TA’ 
SACRAE TEOLOGIAE DOCTOR - S.TH.D. ġ L.S.327.44 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.44
REGOLAMENTI GĦALL-KORS LI JWASSAL 
GĦALL-GRAD TA’ SACRAE TEOLOGIAE DOCTOR - 
S.TH.D.
11 ta’ Marzu, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 31 ta’ l-1994.
Titolu u tifsir.
Kors li jwassal għall-Grad ta’ Sacrae Theologiae Doctor - S.Th.D.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad ta’ Sacrae
Theologiae Doctor - S.Th.D.; 
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Sacrae Theologiae Doctor - S.Th.D.
Applikabilità .
f’Ottubru 1991 jew wara.
Eliġibilità  ghall-
Grad.
3.  Biex kandidat ikun jista’ jieħu l-Grad irid:
(a) jirreġistra bħala student tal-Fakultà  tat-Teoloġija fl-
Università ;
(b) ikun tal-grad ta’ liċenzjat fis-Sagra Teoloġija ta’ l-
Università  jew grad jew kwalifika oħra li s-Senat
jikkunsidra bħala ekwivalenti għalih;
(ċ) jissottometti teżi fejn juri li huwa kapaċi jagħmel
riċerka xjentifika u li fiha joffri kontribut oriġinali
għax-xjenzi teoloġiċi;
(d) jiddefendi t-teżi oralment fil-pubbliku;
(e) jippubblika t-teżi kollha jew parti minnha; u
(f) jissodisfa kull ma jitolbu dawn ir-regolamenti u l-
ordinamenti relattivi.
Tul tal-kors.
taħtu, biż-żieda ta’ żmien raġonevoli mogħti mil-Bord tal-Fakultà
għar-revizzjoni, jekk ikun il-każ, tat-teżi, u għad-difiza orali u
pubblikazzjoni tagħha.
Teżi.
għandu jiġi sottomess mill-kandidat għall-approvazzjoni mill-Bord
tal-Fakultà  fi żmien tliet xhur mir-reġistrazzjoni. Kull bdil tas-
suġġett wara li jiġi aċċettat mill-Bord tal-Fakultà  jeħtieġ l-
approvazzjoni ta’ dak il-Bord.
(2) It-teżi trid tiġi ppreżentata fi żmien ta’ mhux inqas minn
sentejn u mhux aktar minn erba’ snin minn meta s-suġġett tagħha
jkun ġie approvat mill-Bord tal-Fakultà . Dan iż-żmien jista’,
f’ċirkostanzi speċjali, jiġi mqassar jew imtawwal mis-Senat, jekk,
wara ir-rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Fakultà , is-Senat
jikkonsidra dan ġustifikat.
2 L.S.327.44 ħ
KORS LI JWASSAL GĦALL-GRAD TA’ 
SACRAE TEOLOGIAE DOCTOR - S.TH.D.
(3) Wara l-approvazzjoni tas-suġġett tat-teżi, il-Bord tal-
Fakultà  għandu jaħtar:
(a) superviżur, li normalment ikun wieħed mill-għalliema
permanenti fil-Fakultà  biex imexxi u jieħu ħsieb ix-
xogħol ta’ l-istudent; u
(b) Bord ta’ Eżaminaturi magħmul mis-superviżur u żewġ
membri oħra mill-għalliema fil-Fakultà.
(4) It-teżi ma tiġix ikkunsidrata jekk kienet ġa sottomessa jew
ikun maħsub li tiġi sottomessa fl-istess żmien għal grad ieħor jew
kwalifika oħra postgradwali. F’każ li parti mit-teżi tkun ġa ġiet
sottomessa għal grad ieħor jew kwalifika oħra postgradwali jew
ġiet ippubblikata indipendentement, trid issir dikjarazzjoni bil-
miktub f’dan is-sens mill-kandidat meta jippreżenta t-teżi.
(5) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jissottometti, fiż-żmien
determinat mill-Bord tal-Fakultà , rapport lilu fuq il-valur tat-teżi u
fuq jekk tissodisfax dak li jitlob ir-regolament 3(ċ).
(6) Jekk it-teżi titqies li mhix tajba, il-Bord ta’ l-Eżaminaturi
jista’ jirrakkomanda lill-Bord tal-Fakultà  biex il-kandidat jagħmel
iktar riċerka fis-suġġett tat-teżi, u wara jitħalla jippreżentaha mill-
ġdid f’forma riveduta f’tul ta’ żmien stabilit mill-Bord tal-Fakultà .
Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jissottometti lill-Bord tal-Fakultà
rapport fuq it-teżi fil-forma riveduta tagħha.
(7) Il-Bord tal-Fakultà , f’dawk il-każijiet imsemmija fis-
subregolamenti (5) u (6), għandu, meta jirċievi r-rapporti relattivi
tal-Bord ta’ l-Eżaminaturi, jiddeċiedi jekk jaċċettax jew jirrifjutax
it-teżi jew jekk il-kandidat jeħtiġlux jagħmel aktar riċerka skond is-
subregolament (6).
(8) Meta t-teżi tiġi aċċettata mill-Bord tal-Fakultà , il-kandidat
jibqa’ sejjer bir-rekwiżit tar-regolament 3(4).
(9) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu jagħti rapport bil-miktub
lill-Bord tal-Fakultà  dwar ir-riżultat tad-difiża orali.
Gradazzjoni, 
pubblikazzjoni tar-
riżultati u 
reġistrazzjoni mill-
ġdid.
6. (1) Il-Bord tal-Fakultà , wara li jirċievi r-rapport imsemmi
fir-regolament 5(9), jagħti l-gradazzjoni finali lill-kandidati li
jkunu għaddew jew bil-grad "Għadda b’Distinzjoni" jew bil-grad
"Għadda".
(2) Lista ta’ l-ismijiet tal-kandidati li t-teżi tagħhom tkun ġiet
aċċettata u li jkunu għamlu b’suċċess id-difiża orali tagħha
għandha tiġi ppublikata fl-Università  b’ordni alfabetiku u turi l-
gradazzjoni miksuba minn dawn il-kandidati.
(3) Il-kandidati li l-ismijiet tagħhom ma jidhrux f’din il-lista
jkunu meqjusa li weħlu, iżda jistgħu f’kull żmicn jerġgħu
jirreġistraw għall-kors.
