STATUT I 15 - STATUT DWAR ĊENTRU 
GĦAD-DOKUMENTAZZJONI U RIĊERKA EWROPEA ġ L.S.327.45 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.45
STATUT I 15 - STATUT DWAR ĊENTRU GĦAD-
DOKUMENTAZZJONI U RIĊERKA EWROPEA
16 ta’ Settembru, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 108 ta’ l-1994.
Titolu.
għad-Dokumentazzjoni u Riċerka Ewropea.
Ċentru għad-
Dokumentazzjoni 
u Riċerka 
Ewropea.
2. B’dan qed jitwaqqaf fl-Università  ta’ Malta iċ-Ċentru
għad-Dokumentazzjoni u Riċerka Ewropea, hawn il-quddiem
imsejjaħ "iċ-Ċentru", li jiġbor fi ħdanu ċ-Ċentru għad-
Dokumentazzjoni Ewropea, mwaqqaf biex iservi bħala depożitarju
ta’ dokumenti tal-Komunità  Ewropea kif ukoll bħala ċentru ta’
riżorsi għall-istudenti u l-pubbliku in ġenerali. Barra minn dan, iċ-
Ċentru għandu jkollu sehem importanti biex imexxi ’il quddiem l-
istudji Ewropej partikolarment billi:
(a) jorganizza u jmexxi korsijiet speċifiċi fl-istudji
Ewropej;
(b) jorganizza studji inter-dixxiplinarji;
(ċ) jagħmel u jippubblika r-riċerka;
(d) jikkollabora ma’ entitajiet oħra fl-Università , ma’ l-
Akkademja għall-Istudji Diplomatiċi, u ma’
organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi fi
proġetti ta’ interess reċiproku.
Servizzi ta’ ċentru 
ta’ 
dokumentazzjoni.
3. Iċ-Ċentru għandu jkompli jipprovdi s-servizzi ta’ Ċentru
ta’ dokumentazzjoni billi jżomm id-dokumenti tal-Komunità  f’lok
mogħti għal dan l-iskop u li jkun distint bl-aktar mod ċar minn
faċilitajiet bibblijotekarji oħra.
Bord.
ġej:
President: ir-Rettur jew id-delegat tiegħu;
Viċi-President: id-Direttur taċ-Ċentru;
membru maħtur mill-Kunsill;
żewġ membri maħtura mis-Senat;
tliet membri msejħa mill-Bord.
Il-Bord jista’ jaħtar ukoll konsulenti barranin.
(2) Xogħol il-Bord għandu jkun dan li ġej:
(a) li jfassal il-pjan ta’ ħidma taċ-Ċentru biex jintlaħqu l-
għanijiet imsemmija f’dan l-Istatut;
(b) li jirregola l-amministrazzjoni ġenerali u finanzjarja
taċ-Ċentru; u
(ċ) li jħeġġeġ kollaborazzjoni ma’ korpi oħra, kemm
lokali u barranin, biex jintlaħqu l-għanijiet taċ-Ċentru.
2 L.S.327.45 ħ
STATUT I 15 - STATUT DWAR ĊENTRU 
GĦAD-DOKUMENTAZZJONI U RIĊERKA EWROPEA
Direttur u staff. 5. (1) Iċ-Ċentru għandu jkollu Direttur u staff.
(2) Id-Direttur, maħtur mill-Kunsill ta’ l-Università  wara sejħa
għall-applikazzlonijiet, iżomm il-kariga għal tliet snin.
(3) Id-Direttur għandu jkun responsabbli biex jikkoordina l-
korsijiet immexxija miċ-Ċentru u għall-amministrazzjoni ta’
kuljum taċ-Ċentru skond il-politika stabilita mill-Bord.
(4) Id-Direttur għandu jħejji l-estimi ta’ kull sena taċ-Ċentru u
jressaqhom lill-Bord biex japprovahom. Id-Direttur jissottometti
wkoll stqarrija finanzjarja lill-Kunsill u rapport ta’ kull sena fuq il-
ħidmiet taċ-Ċentru lis-Senat u lill-Kunsill.
(5) Impjegati akkademiċi u mhux akkademiċi full-time
għandhom ikunu maħtura mill-Kunsill ta’ l-Università
b’rakkomandazzjoni mill-Bord.
(6) Il-Bord jista’ jaħtar impjegati part-time għal żmien ta’
mhux aktar minn sena.
Servizzi ta’ 
konsultazzjoni.
6. Iċ-Ċentru jista’ joffri servizzi ta’ konsultazzjoni lill-
istituzzjonijiet pubbliċi u privati li jkollhom bżonn pariri esperti
f’materji dwar il-Komunità  u dwar l-Ewropa.
Teżorier taċ-
Ċentru.
7. L-Uffiċjal Finanzjarju ta’ l-Università  għandu jkun ukoll
it-Teżorier taċ-Ċentru.
Emendi. 8. Emendi għal dan l-Istatut jistgħu jkunu proposti mill-Bord
iżda jiħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill.
