KORS TAL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS IN THEOLOGY 
AND HUMAN STUDIES (HONOURS) - B.A. (HONS.) ġ L.S.327.46 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.46
REGOLAMENTI GĦALL-KORS TAL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ARTS IN THEOLOGY AND HUMAN 
STUDIES (HONOURS) - B.A. (HONS.)
16 ta’ Settembru, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 109 ta’ l-1994, kif emendat bl-Avviż Legali 39 ta’ l-
1998.
Titolu u tifsir.
Kors tal-Grad ta’ Bachelor of Arts in Theology and Human Studies
(Honours) - B.A. (Hons.).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-kors" ifisser il-kors għall-grad ta’ Bachelor of Arts in
Theology and Human Studies (Honours) - B.A. (Hons.);
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Arts in Theology and
Human Studies (Honours) - B.A. (Hons.).
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 39 ta’ l-1998.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw minn Marzu
1996 ’l quddiem.
Eliġibilità  għall-
Grad.
3. Biex ikun jista’ jingħata l-Grad, kandidat għandu:
(a) ikun temm il-kors ta’ l-istudji mfassal għalih;
(b) ikun għadda mill-eżamijiet li kellu jagħmel; u
(ċ) ikun issodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha mniżżla f’dawn
ir-regolamenti u fi statuti u regolamenti rilevanti oħra
ta’ l-Università .
Ir-reġistrazzjoni u 
rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
Emendat:
A.L. 39 ta’ l-1998.
4. Kandidat jista’ jkun reġistrat għall-kors jekk ikollu waħda
minn dawn il-kwalidki:
(a) il-grad ta’ B.A. in Theology and Human Studies jew il-
grad ta’ B.A. in Religious Studies miksub minn l-
Università  ta’ Malta u jkun tqieghed f’Kategorija I jew
II, sakemm il-kandidati li kisbu l-B.A. in Religious
Studies qabel l-1996 u tqieghdu fil-Kategorija I, II jew
III huma wkoll eliġibbli biex jirreġistraw;
(b) grad ieħor minn l-Università  ta’ Malta jew università
oħra, iżda bil-kundizzjoni li dan il-Grad ikun jinkludi
mhux inqas minn 20 kredtu fit-Teoloġija jew Studji
Reliġjużi u l-grad medju f’dawn il-kredti jkun ta’ l-
inqas B;
(ċ) studju għal ħames snin fuq bażi full-time tal-Filosofija
u t-Teoloġija f’Seminarju Maġġuri jew f’xi
Istituzzjoni li fl-opinjoni tal-Bord tal-Fakultà , hija ta’
livell akkademiku simili u ksib ta’ mill-inqas grad
medju ta’ B fit-testijiet jew eżamijiet relattivi.
2 L.S.327.46 ħ
KORS TAL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS IN THEOLOGY 
AND HUMAN STUDIES (HONOURS) - B.A. (HONS.)
Il-Bord ta’ l-Istudji 
u l-kordinatur.
5. (1) Il-Bord tal-Fakultà  għandu jwaqqaf Bord ta’ l-Istudji
magħmul mid-Dekan u tliet membri oħra għal perjodu ta’ tliet snin
biex imexxi u jissorvelja l-kors skond dawn ir-regolamenti. Id-
Dekan għandu ikun iċ-Chairman tal-Bord ta’ l-Istudji.
(2) Il-Bord tal-Fakultà  għandu jaħtar kordinatur għall-kors
għal perjodu ta’ tliet snin minn fost il-membri tal-Bord ta’ l-studji.
It-tul tal-kors. 6. (1) Il-kors għandu jinfirex fuq perjodu ta’ sena
akkademika jekk jittieħed fuq bażi full-time, jew sentejn jekk
jittieħed fuq bażi part-time.
(2) Meta jirreġistra għall-kors kandidat għandu jgħid jekk
huwiex se jsegwi l-kors bħala student full-time jew part-time.
(3) Kandidat ma jistax itemm il-kors qabel sena akkademika u
wara ż-żmien stabilit ħlief bil-permess tas-Senat.
Il-kontenut tal-
kors.
7. (1) Biex itemm il-kors student għandu jikseb minimu ta’
22 kredtu fl-oqsma ta’ studju li ġejjin u skond dan il-proporzjon:
(a) 10 kredti fit-Teoloġija,
(b) 2 kredti fir-Reliġjonijiet tal-Mediterran,
(ċ) 4 kredti fil-Filosofija u fil-Fenomenoloġija tar-
Reliġjon, u
(d) dissertazzjoni ekwivalenti għal 6 kredti.
(2) Qabel il-bidu ta’ kull sena akkademika, il-Bord tal-Fakultà
għandu jxandar katalogu tat-taqsimiet studju u tal-kredti mogħtija
lil kull taqsima studju, wara l-approvazzjoni tiegħu mis-Senat.
L-eżami finali. 8. (1) Kandidat għandu joqgħod għall-eżami finali fit-tmiem
tal-kors wara li jkun kiseb il-kredti kollha meħtieġa skond dawn ir-
regolamenti.
(2) L-eżami finali għandu jsir normalment f’Mejju/Ġunju u
għandu jkun magħmul minn żewġ karti. Jista’ jsir ukoll eżami viva
voce.
(3) Biex jgħaddi mill-eżami finali student għandu jgħaddi
f’kull karta.
(4) Student li jeħel f’xi waħda miż-żewġ karti jista’ jagħmel ir-
riparatorju f’dik il-karta li jkun weħel fiha darba biss u dan fi żmien
sitt xhur.
(5) Il-grad miksub fir-riparatorju għandu ikun "Għadda" jew
"Weħel".
Ir-riżultat finali. 9. (1) Ir-riżultat finali għandu jitqies fuq il-grad li l-istudent
jikseb fl-eżami finali u l-gradi tal-kredti meħtieġa biex wieħed
itemm il-kors.
(2) Ir-riżultat finali għandu jiġi determinat skond dan il-
proporzjon:
l-eżami finali 45%
kredti tal-kors (barra minn dawk tad-dissertazzjoni) 45%
dissertazzjoni 10%.
(3) L-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw biex jieħdu l-Grad
KORS TAL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS IN THEOLOGY 
AND HUMAN STUDIES (HONOURS) - B.A. (HONS.) ġ L.S.327.46 3
għandhom jixxandru f’ordni alfabetiku u kklassifikati hekk:
L-Ewwel Klassi (bl-Unuri)
It-Tieni Klassi, Taqsima Superjuri (bl-Unuri)
It-Tieni Klassi, Taqsima Inferjuri (bl-Unuri)
It-Tielet Klassi (bl-Unuri)
Għadda
Għoti tal-Grad.
jingħataw il-Grad.
