KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS 
IN THEOLOGY AND HUMAN STUDIES - B.A. ġ L.S.327.47 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.47
REGOLAMENTI GĦALL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF ARTS IN THEOLOGY AND HUMAN 
STUDIES - B.A.
16 ta’ Settembru, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 111 ta’ l-1994, kif emendat bl-Avviżi Legali 205 ta’ l-
1998 u 177 ta’ l-2001.
Titolu u tifsir.
Kors tal-Grad ta’ Bachelor of Arts in Theology and Human Studies
- B.A.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-kors" ifisser il-kors għall-grad ta’ Bachelor of Arts in
Theology and Human Studies - B.A.;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Arts in Theology and
Human Studies - B.A.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 205 ta’ l-
1998;
A.L. 177 ta’ l-
2001.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2001 jew wara.
Eliġibilità  għall-
Grad.
Emendat:
A.L. 177 ta’ l-
2001.
3. Biex ikun jista’ jingħata l-Grad, student għandu:
(a) ikun irreġistra bħala student matrikolat skond ir-
Regolamenti għad-Dħul fl-Università ;
(b) ikun irreġistra għall-kors sħiħ ta’ studji skond dawn ir-
regolamenti u temmu b’suċċess;
(ċ) ikun għadda mill-Eżamijiet Sinttiċi tal-kors; u
(d) issodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha meħtieġa f’dawn ir-
regolamenti u fi statuti u regolamenti rilevanti oħra ta’
l-Università .
Il-Bord ta’ l-Istudji 
u l-kordinatur.
4. (1) Il-Bord tal-Fakultà  għandu jwaqqaf Bord ta’ l-Istudji
magħmul mid-Dekan u tliet membri oħra għaż-żmien ta’ tliet snin
biex imexxi u jissorvelja l-kors skond dawn ir-regolamenti. Id-
Dekan għandu ikun iċ-Chairman tal-Bord ta’ l-Istudji.
(2) Il-Bord tal-Fakultà  għandu jaħtar kordinatur għall-kors
għal perjodu ta’ tliet snin minn fost il-membri tal-Bord ta’ l-studji.
It-tul tal-kors.
(2) Il-Bord tal-Fakultà  jista’ jħalli student itawwal il-kors
b’sena meta dan, għal tajba u suffiċjenti, ma jkunx jista’ itemm il-
kors fi tliet snin.
(3) Kandidat ma jistax itemm il-kors qabel tliet snin jew wara
erba’ mid-data tad-dħul tiegħu fil-kors, ħlief f’ċirkostanzi speċjali
bil-permess tas-Senat.
2 L.S.327.47 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS 
IN THEOLOGY AND HUMAN STUDIES - B.A.
Il-kors ta’ l-istudji.
Emendat:
A.L. 177 ta’ l-
2001.
6. (1) Biex itemm il-kors u jkun eliġibbli għall-għoti tal-
Grad, l-istudenti għandhom jiksbu 90 kredtu kif ġej:
(a) 36 kredtu għal taqsimiet studju fit-Teoloġija u l-Istudji
Reliġjużi;
(b) 30 kredtu għal taqsimiet studju f’qasam ewlieni ta’
studju approvat jew 15-il kredtu għal taqsimiet studju
f’kull waħda minn żewġ oqsma sekondarji ta’ studju
approvati;
(ċ) 10 kredti għal taqsimiet studju fil-Filosofija, jew jekk
il-Filosofija tkun magħżula bħala qasam ta’ studju taħt
il-paragrafu (b), f’qasam ta’ studju ieħor approvat
mill-Bord tal-Fakultà ;
(d) 8 kredti għall-erba’ karti ta’ l-Eżamijiet Sinottiċi (2
kredti għal kull karta); u
(e) 6 kredti għal taqsimiet studju fakultattivi.
(2) L-oqsma ta’ studju approvati jkunu l-Filosofija, it-
Teoloġija u kull qasam ieħor li l-Bord tal-Fakultà  japprova wara li
jikkonsulta d-Dipartiment, l-Istitut jew il-Fakultà  rilevanti.
(3) Malli jirreġistra għall-kors student għandu jirreġistra għall-
qasam jew oqsma ta’ studju approvati.
(4) Il-Bord tal-Fakultà  jista’ jillimita l-għażliet li jkunu jistgħu
jittieħdu jew l-abbinamenti possibbli ta’ oqsma ta’ studju li jistgħu
jingħażlu bħala oqsma ta’ studju approvati.
(5) Il-Bord tal-Fakultà  jista’ jħalli student ibiddel il-qasam jew
oqsma ta’ studju approvati qabel il-bidu tat-tieni sena tal-kors,
sakemm din il-bidla tkun taqbel mar-regolamenti.
(6) Katalogu ta’ taqsimiet studju, bil-kredti mogħtija lil kull
taqsima, għandu jkun ippublikat qabel il-bidu ta’ kull sena
akkademika.
(7) Id-Dekan jista’ jeżenta student fuq ir-rakkomandazzjoni
tal-Kap tad-Dipartiment rilevanti, milli jikseb ċertifikat ta’ kredtu
għal taqsima studju partikolari jekk ikun diġà  kiseb mill-Università
jew minn xi istituzzjoni magħrufa mis-Senat għal dan il-għan,
kwalifika li hija sostanzjalment ekwivalenti. Student ma jistax jiġi
eżentat minn aktar minn terz tal-kors kollu.
Progress.
Emendat:
A.L. 177 ta’ l-
2001.
7. (1) It-taqsimiet studju għandhom ikunu mfasslin b’mod li
l-kors ikun jista’ jsir fi tliet snin.
(2) F’kull sena tal-kors l-istudent huma meħtieġa jirreġistraw
għall-għadd ta’ taqsimiet studju li għalihom total ta’ mhux inqas
minn 22 u mhux aktar minn 30 kredtu huma assenjati.
(3) Il-kredti għandhom jingħataw skond dawn il-gradi li
jibdew mill-għola wieħed f’dan l-ordni ta’ mertu: A, B, Ċ, D u F
fejn tfisser "Weħel".
(4) Student li jonqos li jikseb kredtu għal taqsima studju
għandu normalment jitħalla jagħmel riparatorju darba biss, u jekk
meħtieġ jerġa’ jsegwi t-taqsima studju darba biss, u f’dan il-każ il-
valutazzjoni tiegħu għandha tkun jew D jew F.
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS 
IN THEOLOGY AND HUMAN STUDIES - B.A. ġ L.S.327.47 3
(5) Studenti li jiksbu anqas minn 18-il kredtu f’kull waħda
minn xi sentejn tal-kors ma għandhomx jitħallew ikomplu l-kors
jew jagħmlu l-Eżamijiet Sinottiċi, ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bl-
approvazzjoni tas-Senat.
L-Eeżamijiet 
Sinottiċi.
Emendat:
A.L. 205 ta’ l-
1998;
A.L. 177 ta’ l-
2001.
8. (1) L-istudenti jkunu eliġibbli biex jagħmlu l-Eżamijiet
Sinottiċi, li jsiru fit-tmiem tat-tielet sena tal-kors, jekk:
(a) sa tmiem it-tielet sena, huma jkunu rreġistraw għal, u
temmew, taqsimiet studju li għalihom minimu ta’ 82
kredtu huma assenjati u jkunu kisbu mill-anqas 76
kredtu; u
(b) huma jieħdu sehem f’seminarji integrattivi kif mitluba
mill-Bord tal-Fakultà ".
(2) L-Eżamijiet Sinottiċi għandhom jikkonsistu f’żewġ karti
ta’ tliet sigħat-il waħda fit-Teoloġija u fil-Filosofija, u żewġ karti
ta’ tliet sigħat-il waħda fil-qasam ewlieni ta’ studju approvat jew
kartaħda ta’ tliet sigħat f’kull wieħed miż-żewġ oqsma sekondarji
ta’ studju. Jista’ jsir ukoll eżami viva voce.
(3) L-istudenti għandhom jgħaddu minn kull karta ta’ l-
Eżamijiet Sinottiċi.
(4) Il-karti għandhom jiġu mmarkati skond dawn il-gradi li
jibdew mill-ogħla wieħed f’dan l-ordni ta’ mertu: A, B, Ċ, D u F
fejn F tfisser "Weħel".
(5) Student li jeħel f’xi karta jew karti jista’ jagħmel ir-
riparatorju f’dik il-karta jew f’dawk il-karti li fihom ikun weħel
darba biss u dan fi żmien sitt xhur.
(6) Il-grad miksub fir-riparatorju għandu ikun "D" jew "F".
Ir-riżultat finali.
Sostitwit:
A.L. 177 ta’ l-
2001.
9. (1) Ir-riżultat finali għandu jqis il-grad miksuba fit-
taqsimiet studji magħżula kollha u fl-Eżamijiet Sinottiċi li
għamdhom jingħataw il-piż kif ġej:
it-taqsimiet studju 50%
l-eżamijiet sinottiċi 50%.
(2) L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu ppubblikati f’lista f’ordni alfabetiku fil-
kategoriji li ġejjin: Kategorija I, IIa, IIb u III.
Għoti tal-Grad.
jingħataw il-Grad.
