STATUT I 16 - STATUT DWAR L-ISTITUT
GĦALL-IŻVILUPP TAT-TFAL ġ L.S.327.48 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.48
STATUT I 16 - STATUT DWAR L-ISTITUT
GĦALL-IŻVILUPP TAT-TFAL
16 ta’ Settembru, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 112 ta’ l-1994.
Titolu.
għall-Iżvilupp tat-Tfal.
Istitut għall-
Iżvilupp tat-Tfal.
2. B’dan qed jitwaqqaf fl-Università  ta’ Malta Istitut għall-
Iżvilupp tat-Tfal bħala istituzzjoni inter-Fakultà  u inter-Aġenzija.
Għanijiet ta’ l-
Istitut.
3. L-għanijiet ta’ l-Istitut għandhom ikunu dawn:
(a) li jorganizza riċerka u servizzi multi-dixxiplinarji fil-
qasam ta’ l-iżvilupp tat-tfal;
(b) li jorganizza, jipprovdi u jagħmel riċerka multi-
dixxiplinarja ta’ programmi għall-abilitazzjoni/
rijabilitazzjoni ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali u l-familji
tagħhom b’kollaborazzjoni ma’ aġenziji kemm
governattivi u kemm mhumiex;
(ċ) li jwaqqaf korsijiet li jwasslu għal ċertifikat, diploma,
grad jew grad post-graduate fil-qasam tat-tfal
b’diżabilità ;
(d) li jagħti servizz lill-Fakultajiet u Istituzzjonijiet oħra
fil-qasam ta’ l-iżvilupp tat-tfal b’mod speċjali fil-
qasam tat-tfal bi bżonnijiet speċjali;
(e) li jorganizza u jsostni workshops, seminarji u
konferenzi multi-dixxiplinari fuq l-iżvilupp u
diżabilitajiet tat-tfal;
(f) li jaqdi l-bżonn ta’ ċentru ta’ risorsi u joffri servizzi ta’
konsulenza fil-qasam ta’ l-iżvilupp tat-tfal lill-
individwi u lil aġenziji, kemm governattivi u kemm
mhumiex;
(g) li jidħol għal kull attività  oħra fil-qasam ta’ l-iżvilupp
tat-tfal b’kollaborazzjoni ma’ aġenziji kemm
governattivi u kemm mhumiex;
(h) li jinkoraġixxi r-rowl tal-ġenituri bħala sħab indaqs
mal-professjonisti u biex jingħatawlhom is-setgħat ta’
l-għażla fuq bażi ta’ tagħrif dwar it-tfal u l-familji
tagħhom;
(i) li jxerred il-prinċipju li t-tfal kollha għandhom l-istess
drittijiet bħal kull membru ieħor fis-soċjetà  biex jilħqu
l-iżvilupp totali tal-kapaċitajiet fiżiċi, soċjali, emottivi
u intellettwali tagħhom; u
(j) li jġib ’il quddiem id-drittijiet tat-tfal kollha għas-
servizzi integrati fi ħdan il-kommunità  u sistemi
ewlenin.
2 L.S.327.48 ħ
STATUT I 16 - STATUT DWAR L-ISTITUT
GĦALL-IŻVILUPP TAT-TFAL
Bord. 4. L-Istitut għandu jitmexxa minn Bord li jkun maghmul kif
ġej:
Chairman: Ir-Rettur jew delegat tiegħu;
Viċi Chairman: Id-Direttur ta’ l-Istitut;
iċ-Chairman tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni
b’Diżabilità  jew delegat tiegħu;
iċ-Chairman jew delegat tiegħu, u d-Direttur Eżekuttiv
tal-Fondazzjoni Eden;
ħames membri oħra maħtura mill-Bord tal-Fakultà  ta’
l-Edukazzjoni, mill-Bord ta’ l-Istitut tal-Ħarsien
Soċjali, mill-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa,
mill-Bord tal-Fakultà  tal-Mediċina u Kirurġija u mid-
Dipartiment tal-Psikoloġija, u dana kwantu għal
membru minn kull wieħed;
żewġ membri maħtura wieħed mill-Kunsill u l-ieħor
mis-Senat ta’ l-Università .
L-istess membru jista’ jirrappreżenta iżjed minn interess
wieħed.
Xogħol il-Bord. 5. Xogħol il-Bord għandu jkun li:
(a) jfassal il-pjan ta’ ħidma ta’ l-Istitut biex jintlaħqu l-
għanijiet tiegħu kif fuq imfissra;
(b) jiżgura li l-finanzi ta’ l-Istitut jiġu amministrati sew; u
(ċ) jiżgura kollaborazzjoni ma’ korpi oħrajn lokali u
barranin, meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-
Istitut.
Direttur u staff. 6. (1) L-Istitut għandu jkollu Direttur u staff.
(2) Id-Direttur għandu jinħatar għal perjodu ta’ tliet snin mill-
Kunsill ta’ l-Università  wara sejħa għall-applikazzjonijiet.
(3) Membri akkademiċi u oħrajn ta’ l-istaff għandhom jiġu
maħtura mill-Kunsill fuq rakkomandazzjoni tal-Bord, iżda l-Bord
ikun jista’ hu stess jaħtar membri mhux akkademiċi ta’ l-istaff għal
perjodi ta’ mhux aktar minn sena.
Teżorier ta’ l-
Istitut.
7. L-Uffiċjal Finanzjarju ta’ l-Università  għandu jkun it-
Teżorier ta’ l-Istitut. Id-Direttur għandu jlesti l-estmi annwali ta’ l-
Istitut u jressaqhom lill-Bord biex japprovahom. Id-Direttur għandu
wkoll jissottometti stqarrija finanzjarja lill-Kunsill u rapport
annwali fuq il-ħidma ta’ l-Istitut lis-Senat.
Emendi. 8. Emendi għal dan l-Istatut ikunu jistgħu jiġu proposti mill-
Bord għall-approvazzjoni tal-Kunsill.
