KORS GĦAD-DIPLOMA 
IN PSYCHIATRUC NURSING - DIP.PSYCH.NURS. ġ L.S.327.49 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.49
REGOLAMENTI DWAR IL-KORS GĦAD-DIPLOMA 
IN PSYCHIATRUC NURSING - DIP.PSYCH.NURS.
4 ta’ Novembru, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 150 ta’ l-1994.
Titolu u tifsir.
il-Kors għad-Diploma in Psychiatric Nursing - Dip. Psych. Nurs.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Psychiatric Nursing - Dip.
Psych. Nurs;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma in Psychiatric
Nursing - Dip. Psych. Nurs.
Applikabilità .
1992 jew wara.
Eliġibilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikun jista jingħata d-Diploma kandidat irid:
(a) ikun irreġistrat bħala student regolari ta’ l-Università ;
(b) ikun temm il-kors u jkun għadda mill-eżamijiet
rilevanti skond dawn ir-regolamenti; u
(ċ) ikun issodisfa r-rekwiżiti l-oħra preskritti fi statuti u
regolamenti rilevanti oħra ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni.
kemm-il darba jissodisfa:
(a) ir-rekwiżiti tad-dħul bħala student regolari skond ir-
Regolamenti tad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) lill-Bord li għandu x-xejriet meħtieġa għall-infermier
psikjatriku wara li, jekk il-Bord jeħtieġ hekk, jattendi
intervista għal dan l-iskop;
(ċ) ir-rekwiżiti għal reġistrazzjoni effettiva bħala Nurse
Rreġistrat mill-Istat (S.R.N.) f’Malta; u
(d) lid-Dipartiment tas-Saħħa li hu f’sikktu fiżikament
biex jaqdi dmirijietu bħala nurse.
(2) Studenti barranin għandhom ukoll juru kapaċità  fl-Ingliż
kemm bil-miktub u kemm bil-fomm.
It-tul tal-kors.
mifruxa fuq sentejn. Il-kandidat ma jistax jagħmel l-eżami
komprensiv finali qabel għoxrin xahar jew wara tliet snin minn
mindu beda l-kors, ħlief f’ċirkostanzi speĊjali u bil-permess tas-
Senat.
Il-kors ta’ l-istudju.
2 L.S.327.49 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA 
IN PSYCHIATRUC NURSING - DIP.PSYCH.NURS.
(a) taqsimiet studju li għalihom għandhom jingħataw
mhux anqas minn erbgħin kredtu u li għandhom
jinqasmu kif ġej:
29 kredtu fit-Teorija tan-Nursing;
11-il kredtu f’suġġetti marbuta man-Nursing; u
(b) proġett individwali taħt superviżjoni.
(2) Katalogu ta’ taqsimiet studju bil-kredti assenjati lil kull
waħda minnhom għandu jiġi ppubblikat qabel il-bidu ta’ kull sena
akkademika.
(3) Il-Bord għandu jiddeċiedi liema taqsimiet studju u f’liema
ordni l-kandidat jista’ jieħu biex itemm il-kors.
Valutazzjoni 
kontinwa.
7. (1) F’kull semestru tal-kors il-kandidati għandhom
jingħataw test, skond il-kriterji stabbiliti mill-Bord, f’kull taqsima
studju li tkun saret tul dak is-semestru.
(2) Fl-għoti tal-kredti għandhom jintużaw dawn il-gradi: A, B,
C, D u F, fejn A hi l-ogħa grad u F tfisser li weħel.
(3) Kandidat jista’ jitħalla jerġa’ joqgħod għall-valutazzjoni
tiegħu jekk jeħel f’xi wieħed mill-kredti. Jekk jgħaddi mir-
riparatorju, jingħata biss il-grad minimu ta’ min jgħaddi. Jekk
jerġa’ jeħel, il-kandidat għandu jirrepeti l-kredtu u jekk jgħaddi
jista’ jingħata biss il-grad minimu ta’ min jgħaddi.
(4) Kandidat li f’xi sena akkademika (żewġ semestri) -
(a) jonqos li jikseb 80% tan-numru totali ta’ kredti
mogħtija, jew
(b) jonqos li jikseb 80% tal-kredti f’xi waħda minn dawn:
Teorija tan-Nursing
Suġġetti Marbuta man-Nursing,
m’għandux jitħalla jkompli l-kors jew jagħmel l-eżami komprensiv
finali, ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bil-permess tas-Senat.
L-eżami 
komprensiv finali.
8. (1) Kandidat għandu jagħmel l-eżami komprensiv finali
wara li jikseb minn ta’ l-anqas in-numru minimu ta’ kredti
speċifikat fir-regolament 7(4).
(2) L-eżami komprensiv finali għandu jkun magħmul minn tliet
karti meħudin fl-istess sessjoni kif ġej:
L-ewwel karta: Ħarsien tas-Saħħa Primarja
It-tieni karta: Saħħa Mentali: Teorija u Prattika tan-
Nursing
It-tielet karta: Żvilupp Professjonali u Tmexxija tan-
Nursing.
(3) Il-kandidat jista’ jkun meħtieġ jagħmel eżami viva voce.
(4) Kandidat li jeħel f’waħda jew aktar mill-karti ta’ l-eżami
komprensiv finali jkollu jirrepeti l-karta jew karti darba biss fi
żmien speċifikat mill-Bord normalment fi żmien erba’ xhur minn
tmiem il-kors.
KORS GĦAD-DIPLOMA 
IN PSYCHIATRUC NURSING - DIP.PSYCH.NURS. ġ L.S.327.49 3
(5) F’ċirkostanzi speċjali u bil-permess tas-Senat, il-kandidat
jista’ jitħalla jirrepeti l-eżami komprensiv finali kollu fi żmien
tnax-il xahar minn tmiem il-kors skond il-kondizzjonijiet
determinati mis-Senat, bil-parir tal-Bord.
Il-gradi finali.
teoriċi u kliniċi, il-proġett u l-eżami komprensiv finali.
(2) L-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw għall-għoti tad-
Diploma jkunu ppubblikati fl-ordni alfabetiku f’dawn it-tliet
klassijiet:
Distinzjoni
Kredtu
Għadda.
(3) Kandidat li jitħalla jirrepeti parti jew l-eżami komprensiv
finali kollu jista’ jingħata biss il-grad li Għadda.
