STATUT I 17 - TWAQQIF TAL-FOUNDATION FOR INTER-
NATIONAL STUDIES BĦALA ENTI TA’ L-UNIVERSITÀ ġ L.S.327.50 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.50
STATUT I 17 - STATUT GĦAT-TWAQQIF TAL-
FOUNDATION FOR INTERNATIONAL STUDIES 
BĦALA ENTI TA’ L-UNIVERSITÀ
17 ta’ Frar, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 20 ta’ l-1995.
Titolu.
Twaqqif tal-Foundation for International Studies bħala Enti ta’ l-
Università .
Twaqqif bħala enti.
fi Triq San Pawl, il-Belt, li fih qabel kienet tinsab l-Università , hija
b’dan imwaqqfa bħala enti ta’ l-Università  bl-istatut tagħha kif
muri fl-Iskeda ta’ hawn taħt.
SKEDA
L-Istatut tal-Foundation for International Studies
L-Ewwel Artikolu
1. L-isem tal-fondazzjoni għandu jkun il-Foundation for
International Studies li għandha tkun korp awtonomu u jinsab fil-
bini fi Triq San Pawl, il-Belt fejn kien hemm l-Università , jew
f’kull post ieħor kif jiddetermina l-Bord minn żmien għal żmien
mill-Bord imsemmi fit-Tielet Artikolu.
It-Tieni Artikolu
2. L-ghanijiet tal-Foundation għandhom ikunu:
(a) li jġib ’il quddiem, u jgħin Istituti, Ċentri jew
taqsimiet oħra ta’ l-Università  ta’ xejra internazzjonali
jew dawk il-korpi oħra skond ma tindika l-Università  u
skond ma taghraf il-Foundation;
(b) l-organizzazzjoni ta’ konferenzi, korsijiet, seminarji,
workshops u attivitajiet ohra ta’ xejra internazzjonali;
(ċ) it-tmexxija ’l quddiem ta’ korsijiet universitarji,
faċilitazzjoni ta’ bdil ta’ studenti u staff u li jieħu ħsieb
l-ħtiġiet ta’ studenti barranin li jsegwu korsijiet lokali;
(d) li jikseb riżorsi finanzjarji u ohrajn minn barra minn
Malta li jgħinu l-għanijiet imsemmija hawn fuq.
It-Tielet Artikolu
(i) Il-Foundation għandha tkun immexxija minn Bord ta’
Trustees li jkun responsabbli b’mod finali għall-amministrazzjoni
tal-proprjetà  mobbli u immobbli moghtija lil jew miksuba mill-
Foundation.
2 L.S.327.50 ħ
STATUT I 17 - TWAQQIF TAL-FOUNDATION FOR INTER-
NATIONAL STUDIES BĦALA ENTI TA’ L-UNIVERSITÀ
(ii) (a) Il-Bord għandu jkun kompost mill-membri li ġejjin:
- ir-Rettur ta’ l-Università  (bħala Chairman);
- id-Direttur Ġenerali tal-Foundation (Deputat
Chairman) li għandu jkun maħtur, taħt
kondizzjonijiet xierqa għall-perijodu ta’ ħames
snin mill-Prim Ministru wara konsultazzjoni
mal-Kunsill ta’ l-Università  u mal-Bord;
- persuna maħtura mill-Kunsill ta’ l-Università ;
- żewġ persuni maħtura mis-Senat ta’ l-
Università ;
- id-Direttur Ġenerali ta’ l-UNESCO ex officio;
- id-Direttur Eżekuttiv ta’ l-UNCP ex officio;
- mhux aktar minn tliet diretturi eżekuttivi jew id-
delegati tagħhom, ta’ organizzazzjonijiet
governattivi internazzjonali jew reġjonali
interessati fl-għanijiet tal-Foundation, li
għandhom jiġu maħtura mill-Prim Ministru;
- mhux aktar minn erba’ studjużi ta’ fama maħtura
mill-Bord stess;
- mhux aktar minn membru wieħed maħtur minn
kull korp jew persuna li jkun ikkontribwixxa
mill-inqas ħamsa u għoxrin elf lira (Lm25,000)
jew l-ekwivalenti tagħhom lill-Foundation.
(b) Iċ-Chairman tal-Bordijiet ta’ l-Istituti mgħejjuna mill-
Foundation jew ir-rappreżentanti tagħhom, jistgħu jiġu
mistiedna biex jattendu għal-laqghat tal-Bord bħala
osservaturi.
(ċ) Il-persuni nominati għandhom iservu għal tliet snin u
jistgħu jiġu appuntati mill-ġdid.
(iii) Il-Bord għandu jiddetermina l-politika ġenerali dwar l-
attivitajiet, l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni finanzjarja tal-
Foundation u għandu japprova l-budget tagħha.
(iv) Il-Bord għandu jiddetermina r-regoli tal-proċedura tiegħu
stess. Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jittieħdu b’maġġoranza
sempliċi.
(v) Il-Bord għandu jiġi mlaqqa’ mill-anqas darba fis-sena.
(vi) Il-quorum tal-Bord għandu jkun ta’ erbghin fil-mija tal-
membri li għandhom dritt jivvotaw.
Ir-Raba’ Artikolu
(i) Il-Foundation għandha tkun rappreżentata mid-Direttur
Ġenerali jew minn persuna debitament nominata għal dan il-għan
mill-Bord.
(ii) L-amministrazzjoni ordinarja tal-Foundation għandha tkun
vestita fid-Direttur Ġenerali li għandu jkun l-uffiċjal akkademiku u
amministrattiv prinċipali tal-korp. Hu għandu jkun ukoll membru
ex officio tal-Bord ta’ l-Istituti li huma mgħejjuna mill-Foundation.
(iii) Id-Direttur-Ġenerali għandu s-setgħa li jidħol f’kuntratti
STATUT I 17 - TWAQQIF TAL-FOUNDATION FOR INTER-
NATIONAL STUDIES BĦALA ENTI TA’ L-UNIVERSITÀ ġ L.S.327.50 3
ta’ servizz u jagħmel ħatriet f’isem il-Foundation skond il-politika
stabbilita mill-Bord.
Il-Ħames Artikolu
(i) Il-kontijiet verifikati tal-Foundation għandhom ikunu
preżentati mid-Direttur-Ġenerali biex jiġu eżaminati u approvati
mill-Bord. Kopja tal-kontijiet verifikati, flimkien ma’ rapport ta l-
attivitajiet tal-Foundation għandha tkun preżentata lill-Kunsill ta’
l-Università  kull sena.
(ii) L-awdituri tal-Foundation għandhom ikunu maħtura kull
sena mill-Bord.
Is-Sitt Artikolu
L-Istatut jista’ jiġi emendat mill-Bord, sakemm żewġ terzi
tal-membri il-Bord jiwotaw favur l-emenda, bl-approvazzjoni tal-
Kunsill ta’ l-Università .
Is-Seba’ Artikolu
F’każ ta’ xoljiment tal-Foundation fuq ir-
rakkomandazzjoni għal dan l-effett magħmula minn mhux inqas
minn żewġ terzi tal-Bord ta’ Trustees, il-proprjetà  tal-Foundation
għandha tmur għand l-Università  ta’ Malta iżda jsir provvediment
biex jiġu mħarsa d-drittijiet tal-benefatturi u d-donaturi ta’ l-
istituzzjoni.
