KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS IN 
LEGAL AND HUMANISTIC STUDIES - 
B.A.LEG. & HUM.ST ġ L.S.327.51 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.51
REGOLAMENTI DWAR IL-KORS GĦALL-GRAD 
TA’ BACHELOR OF ARTS IN LEGAL AND 
HUMANISTIC STUDIES - B.A.LEG. & HUM.ST
17 ta’ Frar, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 21 ta’ l-1995, kif emendat bl-Avviżi Legali 11 u 180
ta’ l-1997, 8 ta’ l-1999, 20 u 116 ta’ l-2000, 143 ta’ l-2001 u 36 ta’ l-2002.
Titolu u tifsir.
il-Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Arts in Legal and Humanistic
Studies - B.A. Leg. & Hum. St.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm il-darba r-rabta tal-kliem ma
tehtieġx xort’oħra -
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Arts in Lega1 and
Humanistic Studies B.A. Leg. & Hum. St.;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal ghall-Grad ta’ Bachelor of Arts
in Legal and Humanistic Studies - B.A. Leg. & Hum. St.;
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  tal-Liġi.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 11 ta’ l-1997;
A.L. 180 ta’ l-
1997;
A.L. 8 ta’ l-1999;
A.L. 20 ta’ l-2000;
A.L. 116 ta’ l-
2000;
A.L. 143 ta’ l-
2001;
A.L. 36 ta’ l-2002.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2004 jew wara.
Eliġibiltà  għall-
Grad.
3. Biex ikun jista’ jingħata l-Grad kandidat għandu:
(a) jkun reġistrat bħala student matrikolat skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemm il-kors ta’ l-istudji, jikkwalifika fl-eżamijiet u
jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha kif hawn imniżżel
f’dawn ir-regolamenti; u
(ċ) jissodisfa r-rekwiżiti l-oħrajn kollha mniżżlin fi statuti
u f’regolamenti rilevanti oħra ta’ l-Università .
Rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
Emendat:
A.L. 11 ta’ l-1997;
A.L. 8 ta’ l-1999;
A.L. 143 ta’ l-
2001;
A.L. 36 ta’ l-2002.
4. (1) Biex jiġi rreġistrat fil-kors kandidat għandu, barra li
jissodisfa l-kondizzjonijiet speċifikati fir-Regolamenti għad-Dħul
ta’ l-Università , jgħaddi f’żewġ suġġetti fil-Livell Avanzat bi Grad
Ċ jew aħjar magħżula mill-Gruppi 1, 2, 3 jew fil-Computing/
Information Technology (Grupp 4) ta’ l-Eżami għaċ-Ċertifikat tal-
Matrikola.
(2) Kandidat li hu gradwat ta’ Università , jew għandu
kwalifiki ohra li huma meqjusin suffiċjenti, jista’ jkun eżentat mir-
rekwiżiti speċjali għall-kors fuq imsemmija kollha jew minn uħud
2 ġ L.S.327.51
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS IN 
LEGAL AND HUMANISTIC STUDIES - 
B.A.LEG. & HUM.ST
minnhom, mill-Bord tad-Dħul, bil-parir tal-Kumitat tad-Dħul tal-
Fakultà .
L-istruttura tal-
kors.
5. (1) Il-programm ta’ studju jinfirex fuq tliet snin u jkun
maqsum f’żewġ taqsimiet: l-Ewwel Parti u t-Tieni Parti.
(2) Biex itemm il-kors il-kandidat irid isegwi korsijiet f’żewġ
oqsma ta’ studju, wieħed fil-Liġi u l-ieħor f’qasam ta’ studju
approvat mill-Bord.
(3) Il-Bord jista’ jiħtieġ il-kandidati biex jirreġistraw qabel
kull sena tal-kors f’dawk it-taqsimiet studju indikati minnu.
(4) Il-Bord għandu jfassal skeda ta’ taqsimiet studju fil-qasam
tal-Liġi u tal-kredti mogħtija lil kull waħda. Il-Bord jista’ jemenda
din l-iskeda minn żmien ghal ieħor, kif jifhem li għandu jsir, bil-
kondizzjoni li dan isir qabel il-bidu tas-sena akkademika.
(5) Kandidat li jieħu taqsimiet studju f’oqsma ta’ studju ta’
Fakultà  oħra għandu jissodisfa r-regolamenti rilevanti ta’ dak il-
qasam ta’ studju u, biex jikseb kredti f’dawn it-taqsimiet studju,
jissodisfa il-kriterji ta’ valutazzjoni ta’ dik il-Fakultà .
(6) Il-Bord jista’ jeżenta kandidat mill-ħtieġa li jikseb kredtu
jekk hu jkun kiseb mill-Università  ta’ Malta, jew minn istituzzjoni
magħrufa mis-Senat għal dan il-għan, kwalifika li l-istudju għaliha,
fil-fehma tal-Bord, tkun ekwivalenti fil-kontenut u fil-livell għall-
istudju meħtieġ tal-kredtu li jkun.
L-Ewwel Parti.
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
1997.
6. (1) L-Ewwel Parti tinfirex fuq l-ewwel sena tal-kors. Biex
itemm l-Ewwel Parti tal-kors u jkompli għat-Tieni Parti kandidat
ghandu jikseb minimu ta’ 22 kredtu, li mill-inqas 14 minnhom
għandhom ikunu fil-qasam tal-Liġi u mill-inqas 8 għandhom ikunu
fil-qasam ta’ l-istudju l-ieħor magħżul, u jgħaddi mill-eżami li jsir
fi tmiem is-sena fil-qasam tal-Liġi.
(2) F’ċirkostanzi speċjali kandidat jista’ jitħalla mill-Bord
jikseb mhux aktar minn 2 mit-8 kredti fil-qasam 1-ieħor ta’ studju
magħżul fit-Tieni Parti tal-kors.
It-Tieni Parti. 7. (1) It-Tieni Parti tinfirex fuq it-tieni u fuq it-tielet sena tal-
kors. Biex itemm it-Tieni Parti tal-kors, il-kandidat għandu jikseb
minimu ta’ 50 kredtu, li minnhom millinqas 28 iridu jkunu fil-
qasam tal-Liġi u mill-inqas 16 iridu jkunu fil-qasam ta’ llistudju 1-
ieħor magħżul.
(2) Kandidat li matul l-ewwel sena tat-Tieni Parti ma jiksibx
minimu ta’ 25 kredtu, li minnħom mill-inqas 14 iridu jkunu fil-
qasam tal-Liġi, u mill-inqas 8 iridu jkunu fil-qasam ta’ l-istudju l-
ieħor, ma jitħalliex ikompli l-aħħar sena tal-kors.
(3) Kandidat li jikseb in-numru minimu ta’ kredti skond is-
subregolament (1) għandu joqgħod għall-eżamijiet finali fi tmiem
it-Tieni Parti tal-kors kif hemm ipprovdut fir-regolament 9.
(4) Qabel ma jingħata l-Grad il-kandidat għandu jikseb in-
numru minimu ta’ kredti u jgħaddi mill-eżamijiet kollha skond
dawn ir-regolamenti.
Progress. 8. (1) Il-kredti għandhom jingħataw skond dawn il-gradi
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS IN 
LEGAL AND HUMANISTIC STUDIES - 
B.A.LEG. & HUM.ST ġ L.S.327.51 3
f’ordni mill-ogħla sa l-inqas mertu: A, B, C, D u F, fejn F turi li
wieħed weħel.
(2) Kandidat li ma jirnexxilux jikseb kredtu għal taqsima
studju jitħalla jagħmel riparatorju wieħed biss. Fir-rivalutazzjoni l-
istudent jingħata l-grad ta’ D jew F.
(3) Kandidat li skond it-termini ta’ regolament 6 jew tar-
regolament 7(2) ma jitħalliex jgħaddi għas-sena ta’ wara tal-kors,
jista’ jitħalla mill-Bord li jerġa jidħol fil-kors darba biss skond it-
termini tar-regolament 13.
L-eżamijiet finali.
Emendat:
A.L. 116 ta’ l-
2000.
9. (1) L-eżamijiet finali għandhom isiru fit-tmiem tat-Tieni
Parti tal-kors, normalment f’Ġunju, u jkunu magħmula minn karta
waħda f’kull suġġett fil-qasam ta’ studju tal-Liġi mgħallma matul
it-Tieni Parti tal-kors u żewġ karti fit-tieni qasam ta’ studju, iżda l-
Bord ta’ l-Eżaminaturi jista’, għal xi karta, kull meta jidhirlu li
jkun xieraq, jeħtieġ li xi kandidat jew kandidati joqogħdu għal
eżami viva voce ukoll.
(2) Biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-eżamijiet finali, kandidat
għandu jgħaddi minn kull suġġett fil-qasam tal-Liġi u minn kull
karta fit-tieni qasam ta’ studju. Ir-regolament 8(1) għandu mutatis
mutandis jiġi applikat.
(3) Kandidat li jeħel f’suġġett wieħed jew aktar għandu jitħalla
jagħmel riparatorju f’Settembru fis-suġġett jew suġġetti li jkun
weħel fihom.
(4) Il-marka jew grad miksuba f’eżami riparatorju tkun il-
minima li Għadda jew Weħel.
(5) Il-Bord ta’ l-Eżaminaturi għandu joħroġ avviż li jsejjaħ
lill-istudenti għall-eżami viva voce mill-inqas tliet ijiem qabel l-
eżami viva voce.
Il-Grad finali.
f’konsiderazzjoni kif mar fl-eżamijiet finali kif ukoll il-kredti u l-
gradi miksuba matul il-kors ta’ l-istudju tiegħu.
(2) L-eżamijiet li jsiru fit-tmiem ta’ l-Ewwel Parti  għandhom
għaxra fil-mija (10%) u l-eżamijiet finali għandhom ħamsin fil-
mija (50%) tal-piż kollu għall-iggraddar tar-riżultat finali. L-
erbgħin fil-mija (40%) l-oħra għandhom jitqiesu fuq il-marka
medja ġenerali tal-kredti kollha miksuba. Jekk kandidat jikseb
aktar minn 75 kredtu għandhom jiġu kkunsidrati l-aħjar 75 kredtu li
jissodisfaw ir-regolamenti 6 u 7.
(3) Fir-riżultati finali l-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw
biex jingħataw il-Grad għandhom ikunu ppubblikati f’ordni
alfabetiku fil-kategoriji I, IIA, IIB, u III.
Dħul f’korsijiet 
Post-graduate.
11. Kandidati li jikkwalifikaw għall-Grad bil-mod preskritt fir-
regolamenti rilevanti għall-Grad ta’ Duttur tal-Liġi jew għal xi kors
ieħor post-graduate fil-Liġi jew fil-qasam l-ieħor ta’ studju
tagħhom għandhom jitħallew jidħlu f’dak il-kors.
4 ġ L.S.327.51
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS IN 
LEGAL AND HUMANISTIC STUDIES - 
B.A.LEG. & HUM.ST
Diploma ta’ 
Prokuratur Legali 
(P.L.).
Emendat:
A.L. 180 ta’ l-
1997.
12. (1) Kandidati li jissodisfaw ir-rekwiżiti biex jikkwalifikaw
għal Grad u li l-kredti tagħhom fil-qasam tal-Liġi jinkludu minimu
ta’ 35 kredtu f’dawk it-taqsimiet studju fil-qasam tal-Liġi indikati
għal dan il-għan mill-Bord, ikollhom jedd għad-Diploma ta’
Prokuratur Legali (P.L.).
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
kandidati li jkunu kisbu l-Grad, wara jistghu jirreġistraw għad-
Diploma ta’ Prokuratur Legali.
(3) Il-programm ta’ l-istudji tal-kandidati rreġistrati skond it-
termini tas-subregolament (2) jinfirex fuq sena u l-kandidati
għandhom jirreġistraw għall-minimu ta’ 15 u massimu ta’ 25
kredtu fil-liġi kif indikat mill-Bord tal-Fakultà  b’referenza
partikolari għal dawk il-kredti li għandhom x’jaqsmu mal-liġi tal-
proċedura.
(4) Kandidat irreġistrat skond it-termini tas-subregolament (2)
jinghata d-diploma biss jekk:
(a) jikseb in-numru minimu ta’ kredti kif speċifikat fis-
subregolament (3); u
(b) jghaddi minn eżami finali li jikkonsisti f’karta waħda u
f’eżami viva voce f’kull suġġett fil-qasam ta’ l-istudju
tal-liġi li ġie mgħallem matul is-sena.
Dħul mill-ġdid 
għall-kors.
Emendat:
A.L. 20 ta’ l-2000.
13. (1) Kandidat li interrompa l-kors ta’ l-istudji tiegħu jew
weħel f’xi sena partikolari jista’ jitħalla mill-Bord jerġa’ jidħol fil-
kors f’dik is-sena li l-Bord jidhirlu xieraq u meta jagħmel hekk il-
Bord jista’ jesiġi li dan l-istudent joqgħod għal eżamijiet oħra,
minbarra dawk li huma msemmija fir-regolament 9(1), kif jidhirlu
li hu meħtieġ.
(2) Fl-ebda każ il-Bord ma għandu jħalli kandidat itemm il-
kors ta’ l-istudji tiegħu fi żmien itwal minn erba’ snin.
F’ċirkostanzi speċjali s-Senat jista’ jagħti estensjoni oħra ta’ sena,
fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
(3) Il-kandidati li daħlu f’kors li jwassal għall-Grad ta’ LL.D.,
skond ir-regolamenti li hemm fis-seħħ sew sew qabel ir-
regolamenti preżenti u li interrompew il-kors ta’ l-istudji tagħhom
jew weħlu f’xi sena partikolari jistgħu jitħallew jidħlu fil-kors taħt
dawn ir-regolamenti f’dik is-sena li l-Bord jidhirlu xieraq, u meta
jagħmel hekk il-Bord jista’ jesiġi li dawn il-kandidati joqogħdu
għal eżamijiet oħra, minbarra dawk li huma msemmija fir-
regolament 9(1) skond kif hu jidhirlu meħtieġ.
Disposizzjoni 
transitorja.
Miżjud:
A.L. 180 ta’ l-
1997.
14. Ir-Regolament 12(2), (3) u (4) għandu japplika għall-
kandidati kollha rreġistrati għad-diploma mill-1 ta’ Ottubru, 1996.
