KORS TAD-DIPLOMA IN HEALTH SCIENCE - DIP. 
HEALTH SCIENCE ġ L.S.327.52 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.52
REGOLAMENTI GĦALL-KORS TAD-DIPLOMA IN 
HEALTH SCIENCE - DIP. HEALTH SCIENCE
17 ta’ Frar, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 45 ta’ l-1995, kif emendat bl-Avviżi Legali 96 u 168
ta’ l-1998, 37 ta’ l-1999 u 147 ta’ l-2001.
Titolu u tifsir.
Kors tad-Diploma in Health Science - Dip. Health Science.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm il-darba r-rabta tal-kliem ma
tehtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Health Science - Dip. Health
Science;
"ix-Xjenza tas-Saħħa" tfisser waħda mill-għażliet imniżżla fl-
Ewwel Skeda.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 96 ta’ l-1998;
A.L. 168 ta’ l-
1998;
A.L. 37 ta’ l-1999;
A.L. 147 ta’ l-
2001.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw mill-4 ta’ Mejju
2001 ’il quddiem.
Eliġibilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikun jista’ jingħata d-Diploma kandidat għandu:
(a) ikun irreġistrat fl-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa għal
perjodu minimu ta’ tliet snin u nofs, li minnhom minn
ta’ l-anqas ikun għadda sentejn bħala student regolari;
(b) ikun temm kors ta’ studju u għadda mill-eżami skond
kif mitlub minn dawn ir-regolamenti;
(ċ) ikollu ċertifikat ta’ kondotta tajba kif jixraq lil persuna
li trid taħdem professjonalment fix-Xjenza tas-Saħħa,
liema ċertifikat għandu jkun iffirmat mill-Bord; u
(d) ikun issodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha mniżżlin
f’dawn ir-regolamenti u fi statuti u regolamenti
rilevanti oħra ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni.
Emendat:
A.L. 147 ta’ l-
2001.
4. (1) Il-kandidat jista’ jiġi rreġistrat bħala student fil-kors
jekk:
(a) ma jkunx iżgħar minn sbatax-il sena fi żmien tliet xhur
kalendarji mid-data ta’ meta jibda l-kors;
(b) jissodisfa r-rekwiżiti bħala student proviżorju jew
regolari skond kif jitolbu r-Regolamenti tad-Dħul ta’ l-
Università , u jekk ikun student proviżorju, jissodisfa r-
regolamenti tad-dħul murija fir-regolament 5;
2 L.S.327.52 ħ
KORS TAD-DIPLOMA IN HEALTH SCIENCE - DIP. 
HEALTH SCIENCE
(ċ) ikollu x-xejriet meħtieġa biex jagħmel il-kors.
(2) Il-kandidat irid jippreżenta ċertifikat mediku li juri li jista’
jaqdi dmirijietu tajjeb fix-Xjenza tas-Saħħa.
(3) Studenti barranin għandhom ukoll juru kapaċita fl-Ingliż
kemm bil-miktub u kemm bil-fomm.
(4) Is-Senat, li jaġixxi fuq il-parir tal-Bord, jista’ jillimita l-
għadd ta’ studenti li jistgħu jidħlu f’kull qasam ta’ studju offrut fil-
kors. F’dan il-każ, is-Senat għandu jagħmel regolamenti għall-
għażla ta’ l-applikanti għad-dħul.
Rekwiżiti tad-dħul. 5. Biex jitħalla jissieħeb fil-kors, il-kandidat jeħtieġ ikollu
wieħed minn dan li ġej:
(a) sitt passes f’Livell Ordinarju, fosthom il-Malti, il-
Lingwa Ingliża, il-Matematika u suġġett tax-Xjenza;
jew
(b) ċertifikat mill-Prevocational School (Studji tas-Saħħa)
bi grad C jew aħjar f’sitt suġġetti; fosthom il-Malti, il-
lingwa Ingliża, il-Matematika u suġġett tax-Xjenza;
jew
(ċ) il-kwalifiki tad-dħul ta’ studenti maturi skond kif
jitolbu r-Regolamenti tad-Dħul ta’ l-Università .
It-tul tal-kors. 6. (1) ll-kors jinfirex fuq perjodu ta’ tliet snin u nofs. Il-
kandidat ma jistax jagħmel l-eżami finali qabel tliet snin u nofs jew
wara ħames snin u nofs minn mindu beda l-kors ħlief bil-permess
tal-Bord.
(2) Il-Programm Bażiku fix-Xjenza tas-Saħħa jsir tul l-ewwel
tmintax-il xahar tal-kors.
(3) Dak l-istudent li jtemm b’suċċess il-Programm Bażiku
jitħalla jirreġistra bħala student matrikolat ta’ l-Università .
(4) Wara li jtemm il-Programm Bażiku b’suċċess, l-istudent
għandu jkompli l-istudji tiegħu fix-Xjenza tas-Saħħa għal sentejn
oħra.
L-għażla tax-
Xjenza tas-Saħħa.
7. (1) L-istudent għandu jagħżel li jistudja xi waħda mix-
Xjenzi tas-Saħħa fil-bidu tal-kors. Xi wħud biss mix-Xjenzi tas-
Saħħa mniżżlin fl-Ewwel Skeda jistgħu jiġu offruti f’kull sena
akkademika.
(2) L-istudent għandu jitħalla jibdel ix-Xjenza tas-Saħħa li
jkun għażel:
(a) jekk jagħmel talba bil-miktub li trid tasal mhux aktar
tard minn tmiem l-ewwel semestru tal-Programm
Bażiku;
(b) wara r-rakkomandazzjoni bil-miktub taż-żewġ Kapijiet
ta’ Studji rilevanti; u
(ċ) bl-approvazzjoni ta’ din il-bidla mill-Bord.
Il-Programm 
Bażiku.
8. (1) Tul il-Programm Bażiku tal-kors, l-istudenti għandhom
jitħejjew biex jiksbu t-tagħrif, il-kapaċitajiet u x-xejriet meħtieġa
biex jaqdu dmirijiethom fix-Xjenza tas-Saħħa. L-istudenti
KORS TAD-DIPLOMA IN HEALTH SCIENCE - DIP. 
HEALTH SCIENCE ġ L.S.327.52 3
għandhom jitħejjew ukoll għall-iżvilupp akkademiku u
professjonali li jeħtieġu aktar ’il quddiem.
(2) Il-kors għandu jkun magħmul minn moduli li kull wieħed
minnhom iħaddan komponent teoriku u prattiku u jikkonċentra fuq
qasam partikolari fix-Xjenza.
(3) L-istudenti għandhom ikunu vvalutati kemm fit-teorija u l-
prattika ta’ dmirijiethom, rilevanti għax-Xjenza tas-Saħħa
b’valutazzjoni kontinwa.
(4) It-taqsima prattika tkun ivvalutata minn tutors fix-Xjenza
tas-Saħħa jew minn demonstrators prattiċi li jaħdmu f’oqsma ta’
prattika rilevanti.
Tmiem il-
Programm Bażiku 
b’suċċess.
Emendat:
A.L. 96 ta’ l-1998.
Sostitwit:
A.L. 147 ta’ l-
2001.
9. (1) Biex itemm il-Programm Bażiku b’suċċess u jkompli l-
kors, huwa meħtieġ li student joqgħod għall-eżami komprensiv tal-
Programm Bażiku, u jgħaddi mill-karti kollha, wara li jissodisfa r-
rekwiżiti mitluba hawn taħt:
(a) jgħaddi fil-moduli teoriċi bi grad medju ta’ Ċ;
(b) jgħaddi fil-moduli prattiċi kollha.
(2) Student li fi tmiem il-Programm Bażiku ma jgħaddix
f’aktar minn tnejn mill-moduli (teoriċi u/jew prattiċi) li jkun
għamel ma jitħalliex ikompli l-kors.
(3) Student li jeħel f’mhux aktar minn żewġ moduli skond is-
subregolament (1)(a) jew (b), jew f’mhux aktar minn modulu
wieħed minn kull wieħed mill-paragrafi (a) u (b) ta’ hawn fuq,
huwa intitolat li jirrepeti dawk il-moduli, u, bl-apptrovazzjoni tal-
Bord, xi taqsimiet studju oħra għall-għan li jtejjeb il-grad globali,
darba biss matul sena addizzjonali ta’ studju. Student li, wara li
jagħmel sena addizzjonali ta’ studju, jerġa’ ma jgħaddix f’xi
wieħed minn dawk il-moduli li jkun irrepeta, u/jew ma jirnexxilux
jikseb il-grad medju ta’ Ċ kif mitlub fis-subregolament (1)(a), ma
għandux jitħalla jkompli l-kors ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bil-
permess tal-Bord.
(4) Student li jgħaddi mill-moduli kollha skond is-
subregolament (1)(a) iżda li ma jġibx grad medju ta’ Ċ għandu
jitħalla jagħmel sena addizzjonali ta’ studju sabiex jagħmel dawk
it-taqsimiet studju indikati mill-Bord. Jekk iġib il-grad medju ta’ Ċ,
wara li jkun għamel l-eżamijiet għall-ewwel u għat-tieni darba,
huwa jkun intitolat li joqgħod għall-eżami komprensiv tal-
Programm Bażiku. Jekk ma jirnexxilux iġib il-grad medju ta’ Ċ kif
imsemmi hawn fuq, huwa ma jitħalliex ikompli l-kors.
(5) Student li jeħel mill-eżami komprensiv tal-Programm
Bażiku għandu jkun meħtieġ jerġa’ jagħmel l-eżami fl-ewwel
sessjoni ta’ l-eżamijiet li jmiss. Jekk ma jgħaddix fis-sessjoni
supplimentari, l-istudent jista’ jitħalla jagħmel sena addizzjonali
ta’ studju, taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord jista’ jimponi,
qabel ma jerġa’ joqgħod għall-eżami komprensiv tal-Programm
Bażiku, sakemm dan huwa permess taħt id-disposizzjonijiet tar-
regolament 6(1).
Programm tad-
Diploma.
10. (1) Wara l-Programm Bażiku, l-istudent għandu jkompli
jistudja sentejn oħra biex jikseb id-Diploma skond il-kors ta’ studju
4 L.S.327.52 ħ
KORS TAD-DIPLOMA IN HEALTH SCIENCE - DIP. 
HEALTH SCIENCE
li jagħżel.
(2) Il-prograrnrn tad-Diploma hu magħmul minn żewġ
elementi:
(a) Studji Professjonali - taqsimiet-studju f’livell ta’
Diploma marbutin mat-teorija u l-prattika tax-Xjenza
tas-Saħħa;
(b) Studji tad-Diploma - taqsimiet studju fit-tagħrif
professjonali li jeħtieġu l-istudenti fix-Xjenza tas-
Saħħa.
Studji 
Professjonali għall-
Programm tad-
Diploma.
11. (1) L-Istudji Professjonali għandhom jitqassmu f’moduli
ta’ tagħlim.
(2) Kull modulu jitqies bħala taqsima studju distinta għal rasha
li tħaddan kredti teoretiċi u prattiċi tal-laboratorji.
(3) Il-Kap ta’ l-Istudji fix-Xjenza tas-Saħħa għandu jiddeċiedi
l-ordni tal-moduli li student jista’ jieħu.
Il-komponent 
teoretiku ta’ l-
istudji 
professjonali.
12. (1) Kull modulu għandu jingħata numru speċifiku ta’
kredti teoretiċi.
(2) In-numru ta’ kredti teoretiċi mogħtija fl-istudji
professjonali fid-diversi Xjenzi tas-Saħħa għandhom ikunu dawk
imniżżla fit-Tieni Skeda.
(3) Is-suġġetti koperti f’kull modulu huma relatati bejniethom
u għaldaqstant għandhom jiġu vvalutati bħala taqsima waħda ta’
tagħlim.
(4) Malli jtemm kull modulu, l-istudent għandu jingħata grad
li juri l-livell milħuq minnu fil-valutazzjonijiet teoretiċi. Il-gradi
għandhom ikunu kif ġej:
A - Eċċellenti
B - Tajjeb Ħafna
C - Sodisfaċenti
D - Għadda
F - Weħel.
(5) L-istudent għandu jerġa’ joqgħod għall-valutazzjoni tiegħu
darba biss jekk jeħel f’xi wieħed mill-moduli. Jekk jgħaddi mir-
riparatorju, jista’ jingħata biss il-Grad D. Jekk jeħel l-istudent
għandu jitħalla jirrepeti l-modulu sħiħ darba biss fi tmiem il-kors.
Dawk l-istudenti li jerġgħu jeħlu fit-tieni opportunità  ma jitħallewx
ikomplu l-kors ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bil-permess tal-Bord.
Jista’ jiġi ripetut modulu wieħed biss.
Il-komponent 
prattiku ta’ l-istudji 
professjonali.
13. (1) Il-komponent prattiku ta’ l-element tad-diploma tal-
kors għandu jkun magħmul minn għadd ta’ taqsimiet studju ta’
prattika/prattika laboratorja. In-numru ta’ kredti mogħtija f’dawn
it-taqsimiet studju għal kull Xjenza tas-Saħħa għandhom ikunu
dawk imniżżla fit-Tieni Skeda.
(2) L-istudenti għandhom joqogħdu għall-pjazzamenti prattiċi/
laboratorji f’oqsma speċifikati mill-Kap ta’ l-Istudji tax-Xjenza tas-
Saħħa.
KORS TAD-DIPLOMA IN HEALTH SCIENCE - DIP. 
HEALTH SCIENCE ġ L.S.327.52 5
(3) It-tmiem b’suċċess ta’ modulu prattiku/laboratorju għandu
jiġi determinat b’valutazzjoni kontinwa intermittenti.
(4) Dawk l-istudenti li jeħlu f’modulu prattiku/laboratorju
għandhom jitħallew jirrepetu l-modulu darba biss fi tmiem il-kors.
(5) Dawk l-istudenti li jeħlu f’aktar minn modulu prattiku/
laboratorju wieħed f’xi sena ma għandhomx jitħallew ikomplu l-
kors u lanqas ma għandhom jitħallew jagħmlu l-eżami finali
komprensiv ħlief f’ċirkostanzi speċjali u bil-permess tal-Bord.
Il-Programm tad-
Diploma - Studji 
tad-Diploma.
14. (1) L-istudji tad-diploma għandhom ikunu magħmula
minn studji professjonali meħtieġa mill-istudenti tax-Xjenza tas-
Saħħa.
(2) L-istudji tad-diploma għandhom jingħaqdu ma’ l-istudji
professjonali u għandhom isiru sessjonijiet komuni ma’ studenti
oħra kif ikun xieraq. Ġurnata waħda kull ġimgħa għandha titħalla
għal dan il-għan.
(3) L-istudji tad-diploma għandhom ikunu magħmula minn
għadd ta’ taqsimiet studju li għalihom jingħataw numru ta’ kredti
skond kif jidher fit-Tieni Skeda.
(4) Il-Bord għandu jiddeċiedi liema kredti u f’liema ordni l-
kandidat jista’ jeħodhom biex itemm il-kors.
(5) Malli jtemm kull kredtu, l-istudent għandu jingħata grad li
juri l-livell milħuq minnu fil-valutazzjoni tal-kredti. Il-gradi
għandhom ikunu kif ġej:
A - Eċċellenti
B - Tajjeb Ħafna
C - Sodisfaċenti
D - Għadda
F - Weħel.
(6) L-istudent għandu jittħalla jerġa’ joqgħod għall-
valutazzjoni tiegħu darba biss jekk jeħel f’xi wieħed mill-kredti.
Jekk jgħaddi mir-riparatorju jista’ jingħata biss il-grad D. Jekk
jeħel, l-istudent għandu jirrepeti l-kredtu u jekk itemmu b’suċċess
jista’ jingħata biss il-grad D.
(7) Student li f’xi sena jonqos li jikseb tmenin fil-mija (80%)
tan-numru totali tal-kredti mogħtija ma għandux jitħalla jkompli l-
kors jew jagħmel l-eżami finali komprensiv ħlief f’ċirkostanzi
speċjali u bil-permess tal-Bord. Student bħal dan għandu jikseb il-
kredti nieqsa qabel tmiem il-kors.
Tmien il-kors.
Emendat:
A.L. 96 ta’ l-1998.
15. (1) Biex itemm il-kors, l-istudent għandu:
(a) jtemm b’suċċess il-Programm Bażiku;
(b) jikseb ċertifikati ta’ kredtu fil-kredti professjonali,
teoretiċi u tad-diploma kollha indikati għax-Xjenza
tas-Saħħa rilevanti skond kif jidher fit-Tieni Skeda; u
(ċ) jikseb il-kredti teoretiċi u prattiċi fix-Xjenza tas-Saħħa
rilevanti kif minn żmien ghal żmien jistgħu jkunu
meħtieġa biex jissodisfaw id-Diretttivi ta’ l-Unjoni
6 L.S.327.52 ħ
KORS TAD-DIPLOMA IN HEALTH SCIENCE - DIP. 
HEALTH SCIENCE
Ewropea.
(2) Il-Bord jista’ jeżenta student mir-rekwiżit li jikseb
ċertifikat ta’ kredtu għal xi taqsima studju partikolari jekk ikun
kiseb mill-Università  jew minn istituzzjoni rikonoxxuta mis-Senat
għal dan il-fini, kwalifika li l-istudju għaliha hu fil-fehma tal-Bord,
ekwivalenti fil-kontenut u fil-livell għal dik li hi meħtieġa għaċ-
ċertifikat tal-kredtu li għandu x’jaqsam. L-istudenti jistgħu jiġu
eżentati biss sa wieħed minn ħamsa tal-komponent teoretiku.
L-eżami 
komprensiv finali.
16. (1) Kandidat għandu jagħmel l-eżami komprensiv finali
wara li jikseb ir-rekwiżiti kollha tar-regolament 15.
(2) Fi tmiem il-kors, l-istudent għandu jagħmel l-eżami
komprensiv finali. Is-sura ta’ dan l-eżami għal kull Xjenza tas-
Saħħa għandha tkun kif tidher fit-Tielet Skeda.
(3) L-istudent jista’ jeħtieġlu wkoll jagħmel eżami viva voce u
jkun mistenni jiddiskuti aspetti tal-proġett speċjali, fejn japplika.
(4) L-eżami komprensiv finali għandu jitfassal normalment tul
l-aħħar ġimgħa tal-kors.
(5) Il-valutazzjoni globali ta’ l-istudent għad-Diploma
għandha tikkonsidra x-xogħol tiegħu fl-eżami komprensiv finali kif
ukoll iċ-ċertifikat tal-kredti u l-gradi miksuba matul il-kors.
(6) Student li jeħel f’karta waħda biss għandu jitħalla jerġa’
jagħmel l-eżami f’dik il-karta. Student li jeħel f’aktar minn karta
waħda għandu jerġa’ jagħmel l-eżami kollu, fiż-żmien stabbilit
mill-Bord.
(7) Student jista’ jitħalla jagħmel l-eżami komprensiv finali
tliet darbiet biss.
Ir-riżultati.
Sostitwit:
A.L. 96 ta’ l-1998.
17. L-ismijiet ta’ l-istudenti li jikkwalifikaw għall-ghoti tad-
Diploma għandhom jiġu ppublikati fi tliet kategoriji (Distinzjoni,
Kredtu u Għadda) f’ordni alfabetiku.
Sostitwita:
A.L. 96 ta’ l-1998.
L-EWWEL SKEDA
XJENZI TAS-SAĦĦA
Id-Diploma tista’ tingħata f’waħda mill-oqsma ta’ studju li
ġejjin:
(a) Teknoloġija Dentali
(b) Saħħa Ambjentali
(ċ) Xejnza tal-Laboratorju Mediku
(d) Terapija Professjonali (Occupational Therapy)
(e) Fiżjoterapija
(f) Radjografija
(g) Podjatrija
KORS TAD-DIPLOMA IN HEALTH SCIENCE - DIP. 
HEALTH SCIENCE ġ L.S.327.52 7
Sostitwita:
A.L. 96 ta’ l-1998;
A.L. 37 ta’ l-1999.
IT-TIENI SKEDA
 NUMRU TA’ KREDTI FIL-PROGRAMM TAD-DIPLOMA
STUDJI PROFESSJONALI
Numru ta’ Kredti Teoretiċi
(a) Teknoloġija Dentali 20
(b) Saħħa Ambjentali 14
(ċ) Xjenza tal-Laboratorju Mediku 18
(d) Terapija Professjonali (Occupational Therapy) 18
(e) Fiżjoterapija 18
(f) Radjografija 13
(g) Podjatrija 12,
iżda n-numru ta’ kredti teoretiċi fi:
(a) ix-Xjenza tal-Laboratorju Mediku għandu jkun ta’ 19
mit-18 ta’ Jannar 1997 ’il quddiem; u
(b) ir-Radjografija għandu jkun 15 għall-programmi tad-
diploma li jibdew f’Ottubru 1998 jew wara.
Numru ta’ Kredti Prattiċi
(a) Teknoloġija Dentali 24
(b) Saħħa Ambjentali 14
(ċ) Xjenza tal-Laboratorju Mediku 20
(d) Terapija Professjonali (Occupational Therapy) 14
(e) Fiżjoterapija 14
(f) Radjografija 18
(g) Podjatrija 15,
iżda n-numru ta’ kredti prattiċi fi:
(a) ix-Xjenza tal-Laboratorju Mediku għandu jkun ta’ 25
mit-18 ta’ Jannar 1997 ’il quddiem; u
(b) ir-Radjografija għandu jkun 25 għall-programmi tad-
diploma li jibdew f’Ottubru 1998 jew wara.
Studji tad-Diploma
(a) Teknoloġija Dentali 14
(b) Saħħa Ambjentali 17
(ċ) Xjenza tal-Laboratorju Mediku 14
(d) Terapija Professjonali (Occupational Therapy) 14
(e) Fiżjoterapija 14
(f) Radjografija 18
(g) Podjatrija 15,
iżda n-numru ta’ kredti ta’ l-istudji tad-diploma fix-Xjenza tal-
Laboratorju Mediku għandu jkun ta’ 12 mit-18 ta’ Jannar 1997 ’il
quddiem.
8 L.S.327.52 ħ
KORS TAD-DIPLOMA IN HEALTH SCIENCE - DIP. 
HEALTH SCIENCE
Emendata:
A.L. 96 ta’ l-1998;
A.L. 168 ta’ l-
1998.
IT-TIELET SKEDA
L-Eżami Komprensiv Finali
(a) Teknoloġija Dentali
L-ewwel karta: Xjenza, Anatomija, Teknika tal-
Laboratorji Dentali
It-tieni karta: Xjenza/Materjali Dentali
Prattiku: Eżami fuq xi parti mill-kors
marbut mal-kapaċitajiet
meħtieġa fil-Laboratorji/u
Dentali
Diskussjonijiet ta’ Każ: Eżami viva voce fuq tliet tipi
differenti ta’ għodod magħżula
mill-Bord ta’ l-Eżaminaturi
(b) Saħħa Ambjentali
L-ewwel karta: Teorija tas-Saħħa Ambjentali
It-tieni karta: Eżami Prattiku fis-Saħħa
Ambjentali
It-tielet karta: Żvilupp u Tmexxija
Professjonali
Proġett Speċjali
(ċ) Xjenza tal-Laboratorju Mediku
L-ewwel karta: Teorija u Prattika tal-Kimika
Klinika
It-tieni karta: Teorija u Prattika tal-
Ħematoloġija u tal-Mediċina
tat-Trasfużjoni
It-tielet karta: Teorija u Prattika ta’ l-
Immunoloġija
Ir-raba’ karta: Teorija u Prattika tal-
Mikrobijoloġija
Il-ħames karta: Teorija u Prattika tal-Patoloġija
Ċellulari
Proġett Speċjali,
iżda l-eżami komprensiv finali għandu jikkonsisti f’dan li ġej mit-
18 ta’ Jannar 1997 ’il quddiem:
L-ewwel karta: Kimika Klinika
It-tieni karta: Ħematoloġija u tal-Mediċina
tat-Trasfużjoni
It-tielet karta: Immunoloġija
Ir-raba’ karta: Mikrobijoloġija
Il-ħames karta: Patoloġija Ċellulari
Proġett Speċjali
KORS TAD-DIPLOMA IN HEALTH SCIENCE - DIP. 
HEALTH SCIENCE ġ L.S.327.52 9
(d) Terapija Professjonali (Occupational Therapy)
L-ewwel karta: Teorija ta’ l-Inkapaċità  Fiżika I
It-tieni karta: Teorija ta’ l-Inkapaċità  Fiżika II
It-tielet karta: Teorija ta’ l-Inkapaċità
Psikosoċjali
Proġett Speċjali
(e) Fiżjoterapija
L-ewwel karta: Prattika tal-Fiżjoterapija
It-tieni karta: Teorija tal-Fiżjoterapija
Valutazzjoni klinika Trattament u eżami viva voce
Proġett Speċjali
(f) Radjografija
(i)  tliet karti ta’ l-eżami bil-miktub kif ġej:
L-ewwel karta: Prinċipji u Prattika tar-
Radjografija - Applied Imaging
It-tieni karta: Prinċipji u Prattika tar-
Radjografija - Imaging Physics
It-tielet karta: Żvilupp Professjonali tar-
Radjografija - Riċerka, Ħarsien
tal-Kwalità  u Żviluppi fl-
Imaging
(ii) Proġett Speċjali: Proġett ta’ mhux inqas minn 5000 kelma
dwar suġġett approvat
(iii) Eżami tal-prattika klinika
(g) Podjatrija
L-ewwel karta: Podjatrija u Terapewtika
It-tieni karta: Prattika tal-Podjatrija
Proġett Speċjali,
iżda l-eżami komprensiv finali għandu jikkonsisti f’dan li ġej mis-6
ta’ Marzu 1998 ’il quddiem:
L-ewwel karta: Podjatrija
It-tieni karta: Terapewtika
Proġett Speċjali
Eżami kliniku.
