KORS TAD-DIPLOMA IN 
ADULT EDUCATION ġ L.S.327.53 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.53
REGOLAMENTI GĦALL-KORS
TAD-DIPLOMA IN ADULT EDUCATION
2 ta’ Ġunju, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 77 ta’ l-1995.
Titolu u tifsir.
Kors tad-Diploma in Adult Education.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm il-darba r-rabta tal-kliem ma
tehtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji mwaqqaf skond ir-
regolament 5(1);
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Adult Education;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma in Adult
Education.
Applikabilità .
f’Ottubru ta’ l-1993 jew wara.
Eliġibbilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikun eliġibbli għall-għoti tad-Diploma, kandidat
għandu jkun:
(a) reġistrat bħala student part-time fil-Fakultà  ta’ l-
Edukazzjoni;
(b) temm il-kors ta’ l-istudji (ix-xogħol ta’ matul il-kors,
il-practicum u l-proġett) fl-Edukazzjoni għall-Adulti;
(ċ) għadda mill-eżamijiet kollha preskritti; u
(d) issodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha meħtieġa f’dawn ir-
regolamenti.
Reġistrazzjoni.
Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni fuq il-formola preskritta fiż-żmien
speċifikat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) Kandidat jista’ jirreġistra bħala student part-time għall-
kors jekk ikun eliġibbli għad-dħul fl-Università  bħala student
regolari skond ir-Regolamenti tad-Dħul ta’ l-Università .
(3) Applikanti għandhom jattendu għal intervista mmexxija
mill-Bord ta’ l-Istudji bl-iskop li jiġu valutati l-abbilitajiet u l-
isfond tagħhom skond ir-Regolamenti tad-Dħul ta’ l-Università .
Bord ta’ l-istudji.
fdata lill-Bord ta’ l-Istudji maħtur mill-Bord tal-Fakultà  ta’ l-
Edukazzjoni bl-approvazzjoni tas-Senat u magħmul minn
Chairman, Ko-ordinatur u żewġ membri.
(2) Il-Ko-ordinatur għandu jkun responsabbli biex ifassal is-
sillabi u l-listi tal-korsijiet, kif ukoll għat-tħejjija (jew biex
jipprovdi għad-disponibilità ) ta’ materjal ta’ għajnuna, bil-
koperazzjoni u bl-approvazzjoni tal-Bord.
2 L.S.327.53 ħ
KORS TAD-DIPLOMA IN 
ADULT EDUCATION
Kors ta’ studji. 6. It-tul tal-kors ta’ l-istudji għad-Diploma għandu jkun ta’
sentejn u għandu jikkonsisti f’dan li ġej:
(a) taqsimiet studju li għandu jkollhom assenjat lilhom 20
kredtu;
(b) proġett li għalih għandhom jiġu assenjati 5 kredti;
(ċ) practicum li għalih għandhom jiġu assenjati 5 kredti; u
(d) eżami finali.
Valutazzjoni. 7. (1) Kandidat jitqies li ssodisfa l-kriterji tal-valutazzjoni
tal-kors jekk:
(a) itemm b’suċċess l-Ewwel u t-Tieni Parti tal-Kors;
(b) jgħaddi fil-practicum;
(ċ) jgħaddi mill-eżami finali; u
(d) itemm b’suċċess il-proġett.
(2) L-Ewwel Parti tikkonsisti fi 15-il kredtu li jikkonstitwixxu
x-xoghol magħmul tul l-ewwel sena. Kandidati li ma jtemmux
b’suċċess l-Ewwel Parti ma jitħallewx ikomplu għat-Tieni Parti.
(3) F’kull semestru tal-kors, il-kandidati għandhom ikunu
eżaminati fit-taqsimiet studju li jkunu għamlu f’dak is-semestru
skond il-kriterji stabiliti mill-Bord.
(4) Il-kredti għandhom jingħataw skond il-gradi f’dan 1-ordni,
li jibda bl-ogħla mertu u jasal sa l-inqas: A, B, C, D u F, fejn F
tindika li wieħed ikun weħel.
(5) Kandidat li jeħel f’xi taqsima studju jista’ jitħalla jagħmel
riparatorju fit-test jew jirrepeti t-taqsima studju kollha darba biss.
F’każijiet bħal dawn, il-grad massimu li kandidat jista’ jieħu jkun
D.
Il-proġett. 8. Kull kandidat għandu jissottometti proġett li jiffoka fuq
aspett partikolari ta’ l-edukazzjoni għall-adulti. Hu jista’ jippjana u
jiżviluppa proġett-pilota qasir fl-edukazzjoni għall-adulti f’lokalità
partikolari. Il-long essays m’għandhomx ikunu inqas minn 8,000
kelma u m’għandomx jaqbżu l-10,000. F’kull każ, il-proġett
għandu jkun diskuss mill-kandidat ma’ tutur tal-kors u approvat
mill-Ko-ordinatur. Il-proġett għandu jiġi sottomess għal
konsiderazzjoni xahrejn kalendarji qabel it-tmiem tal-parti bil-
miktub ta’ l-eżami finali.
L-eżami finali. 9. (1) L-eżami finali għandu jikkonsisti f’żewġ partijiet: (a)
practicum u (b) erba’ karti bil-miktub.
(2) Il-kandidati għandhom ikunu mqiegħda f’kuntatt ma’
aġenzija ta’ edukazzjoni Maltija għall-adulti, rikonoxxuta mill-
Bord, għall-perijodu ta’ ħames ġimgħat li fihom għandhom
jagħmlu xogħol edukattiv ma’ l-adulti. Tul dawn il-ġimgħat, huma
għandhom ikunu mgħejjuna kif ukoll evalwati minn tutur maħtur
għalihom.
(3) Fi tmien il-kors, il-kandidati għandhom joqogħdu għal
eżami komprensiv bil-miktub. Dawk il-kandidati biss li jottjenu 20
kredtu u jtemmu b’suċċess il-practicum għandhom jitħallew
joqogħdu għall-eżamijiet. Il-kandidati li jeħlu f’mhux aktar minn
KORS TAD-DIPLOMA IN 
ADULT EDUCATION ġ L.S.327.53 3
tnejn mill-erba’ karti miktuba għandhom jitħallew joqogħdu għal
riparatorju darba biss fi żmien tliet xhur. Il-grad li jista’ jingħata
f’riparatorju għandu jkun jew D jew F. Kandidat li ma jkunx temm
il-practicum b’suċċess jista’ jingħata opportunità  oħra biex itemmu
fi żmien xahrejn.
II-gradi finali.
valutazzjoni tal-kors kif preskritti fir-regolament 7.
(2) L-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw għad-Diploma
għandhom jiġu ppublikati f’ordni alfabetiku fil-kategoriji:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
(3) Kandidati m’għandhomx jingħataw id-Diploma jekk ma
jiksbux Pass f’kull parti tal-kors ta’ l-istudji (jiġifieri fit-tests, fil-
proġett, fil-practicum u fl-eżami finali).
