KORS GĦAD-DIPLOMA IN ENGINEERING - DIP. ENG. ġ L.S.327.54 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.54
REGOLAMENTI DWAR IL-KORS
GĦAD-DIPLOMA IN ENGINEERING - DIP. ENG.
8 ta’ Awissu, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 110 ta’ l-1995.
Titolu u tifsir.
il-Kors għad-Diploma in Engineering - Dip. Eng.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Inġinerija Mekkanika u
Elettrika;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Engineering - Dip. Eng.;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma in Engineering -
Dip. Eng.
Applikabilità .
1994 jew wara.
Eliġibbiltà  għad-
Diploma.
3. Biex ikun eliġibbli għall-għoti tad-Diploma kandidat
għandu:
(a) ikun reġistrat bħala student matrikolat skond it-termini
tar-Regolamenti tad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) itemm il-kors ta’ l-istudji, jikkwalifika fl-eżamijiet u
jimxi skond ir-rekwiżiti mfissra f’dawn ir-
regolamenti; u
(ċ) jimxi skond ir-rekwiżiti l-oħrajn kollha kif imfissra fi
statuti u f’regolamenti ta’ l-Università ;
Ir-reġistrazzjoni.
żmien speċifikat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
Il-kors ta’ l-istudji.
minimu ta’ tliet snin u f’perijodu massimu ta’ ħames snin għall-
istudji part-time.
(2) Il-kandidati għandhom jagħżlu wieħed mill-oqsma ta’
studji li ġejjin:
(a) Kwalità  totali
(b) Inġinerija industrijali.
(3) Biex itemm il-kors, kandidat irid jikseb kredti f’dawn li
ġejjin:
(a) Kwalità  totali
Teknika fil-Kwalità
Kwalità  fis-Settur tal-Manifattura
Kwalità  fis-Settur tas-Servizz
2 L.S.327.54 ħ KORS GĦAD-DIPLOMA IN ENGINEERING - DIP. ENG.
Kwalità  Totali fil-Management
Proġett Industrijali
(b) Inġinerija industrijali
Studju ta’ xogħol
Kontroll Industrijali
Pjanifikazzjoni fil-Management u Kontroll
Proġett Industrijali.
(4) Lista bit-taqsimiet studju, bil-kredti assenjati għal kull
taqsima għandha tkun approvata mill-Bord u ppublikata qabel il-
bidu ta’ kull semestru.
(5) Xi taqsimiet studju jistgħu jiġu indikati bħala obbligatorji
u oħrajn f’għażla.
(6) Xi taqsimiet studju jistgħu jinvolvu xogħol ta’ ħidma fuq
il-post li jkun iggwidat. Kandidati jistgħu jintalbu jissottomettu
rapporti bil-miktub dwar il-ħidma tagħhom fuq il-post u dawn jiġu
meqjusa bħala parti essenzjali tal-kors u kredti jiġu assenjati
għalihom.
Valutazzjoni. 6. (1) F’kull semestru tal-kors il-kandidati għandhom jiġu
eżaminati fit-taqsimiet studju li jkunu saru f’dak is-semestru skond
il-kriterji stabbiliti mill-Bord.
(2) Il-gradi li ġejjin jintużaw fl-għoti tal-kredti: A, B, C, D u F
f’ordni mill-ogħla sa l-inqas mertu, fejn F turi li weħel.
(3) Kandidat li jeħel f’xi taqsima studju jista’ jitħalla jagħmel
l-eżami mill-ġdid jew jirrepeti t-taqsima ta’ studju kollha. Kandidat
jista’ jitħalla jirrepeti l-eżami jew it-taqsima studju kollha darba
biss. F’każijiet bħal dawn, il-grad massimu li kandidat jista’ jikseb
hu D.
Proġett 
individwali.
7. (1) Kull kandidat ikun meħtieġ jikteb essay ta’ madwar
10,000 kelma fuq suġġett approvat bil-ħsieb li juri kemm l-istudent
kapaċi jintegra d-diversi aspetti tal-kors ta’ l-istudji.
(2) L-essay għandha tiġi sottomessa xahrejn qabel it-tmiem ta’
l-eżamijiet
L-eżamijiet finali. 8. (1) Eżamijiet f’kitba komprensiva jsiru fit-tmiem tal-kors.
Mill-kandidati dawk biss li jiksbu mill-inqas 24 kredtu jitħallew
jidħlu għall-eżamijiet.
(2) Kandidati jistgħu jiġu mitluba joqogħdu wkoll għal eżami
viva voce.
L-iggradar finali. 9. (1) L-iggradar finali għandu jkun ibbażat fuq it-taqsimiet
studju, l-essay u l-eżamijiet finali.
(2) L-ismijiet tal-kandidati li jkunu għaddew għad-Diploma
għandhom jiġu ppublikati f’ordni alfabetiku fil-kategoriji:
Għadda b’distinzjoni
Għadda.
(3) Kandidat ma jingħatax id-Diploma jekk ma jgħaddix minn
kull parti tal-kors ta’ l-istudji (jiġifieri fit-testijiet, fl-essay u fl-
KORS GĦAD-DIPLOMA IN ENGINEERING - DIP. ENG. ġ L.S.327.54 3
eżamijiet finali).
