EŻAMI GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA ġ L.S.327.55 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.55
REGOLAMENTI DWAR L-EŻAMI GĦAĊ-
ĊERTIFIKAT TA’ L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA
8 ta’ Awissu, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 111 ta’ l-1995.
Titolu.
Eżami għaċ-Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja.
Applikabilità .
ta’ Jannar 1996.
Ġenerali.
Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja. L-Ewwel Sessjoni ssir
f’Mejju u Sessjoni Supplimentari ssir f’Settembru.
(2) Dan l-Eżami għandu jkun suġġett ukoll għal regolamenti
oħra li minn żmien għal żmien ikunu fis-seħħ għat-tmexxija tiegħu
u ta’ l-Eżami tal-Matrikola.
Is-suġġetti ta’ l-
eżami.
3. (1) Fl-Ewwel Sessjoni s-suġġetti għandhom ikunu dawn:
l-Accounting, l-Arti, il-Bioloġija, il-Business Studies,
id-Disinjar Tekniku, l-Ekonomija, il-Fiżika, il-Franċiż,
il-Ġeografija, il-Grieg, il-Home Economics, l-Ilsien
Ingliż, l-Ispanjol, l-Istorja, l-Istudji Ambjentali, l-
Istudji Soċjali, l-Istudji tal-Kompjuter, il-Kimika, il-
Kultura u ċ-Ċiviltà  Klassika, il-Kummerà , il-Latin, il-
Malti, il-Matematika, l-Għarbi, ir-Russu, it-Taljan, it-
Tagħlim Reliġjuż, it-Tedesk u t-Tessuti u d-Disinn.
(2) Fis-Sessjoni Supplimentari s-suġġetti għandhom ikunu
dawn:
il-Fiżika, l-Ilsien Ingliż, il-Malti u l-Matematika.
L-għażla tas-
suġġetti.
4. (1) Kandidat ma jistax joqgħod għal eżami f’suġġett fl-
Eżami għaċ-Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja u fl-Eżami
għaċ-Ċertifikat tal-Matrikola fl-istess sessjoni.
(2) Kandidat ma jistax joqgħod għall-eżami fil-Business
Studies fl-istess sessjoni bħall-eżamijiet fl-Accounting, l-
Ekonomija u l-Kummerċ.
(3) Fis-Sessjoni Supplimentari kandidat għandu jitħalla
jirreġistra għall-eżami jekk ma jkunx ġab għallinqas grad 5 waqt is-
sessjoni ta’ l-eżamijiet ta’ Mejju f’xi wieħed mill-erba’ suġġetti
mressqa.
Ir-riżultati.
Edukazzjoni Sekondarja għandu jiġi ndikat bil-gradi 1 sa 7, 1 huwa
l-ogħla grad u 7 huwa l-aktar wieħed baxx. Il-kandidati li jingħataw
mill-grad 1 sal-grad 5 jkunu laħqu l-livell korrispondenti ta’ min
għadda f’dak li qabel kien l-Eżami tal-Matrikola u l-Eżami ta’
Tmiem l-Iskola fil-Livell Ordinarju, il-grad 6 jindika livell inferjuri
u l-grad 7 jindika l-livell l-aktar baxx li l-Panel tal-Markers iqis ta’
2 L.S.327.55 ħ EŻAMI GĦAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA
livell suffiċjenti biex jiġi rreġistrat.
(2) Ir-riżultati ta’ kandidati li ma jiksbux għallinqas grad 7 ma
jingħatawx klassifika.
Id-dati ta’ l-eżami. 6. (1) L-orarji għall-Ewwel Sessjoni u għas-Sessjoni
Supplimentari ghandhom ikunu ppubblikati fuq in-Notice Boards
ta’ l-Università  u fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta qabel l-aħħar ta’
Novembru u l-aħħar ta’ Lulju rispettivament.
(2) L-Ewwel Sessjoni u s-Sessjoni Supplimentari jistgħu
jibdew f’xi jum f’Mejju u f’Settembru rispettivament.
Min jista’ 
jirreġistra.
7. Għandhom jitħallew jirreġistraw għall-Eżami għaċ-
Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja biss dawk il-kandidati li
jtemmu l-istudji tagħhom fil-Klassi V jew li jagħlqu s-sittax-il sena
sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ l-eżami.
Ir-reġistrazzjoni. 8. (1) L-applikazzjonijiet ghar-reġistrazzjoni, fuq il-formoli
proprji u bil-ħlas meħtieġ, għandhom isiru sad-data ta’ l-għeluq kif
ippubblikata fl-avviż għar-reġistrazzjoni.
(2) Applikazzjonijiet għall-Ewwel Sessjoni ppreżentati wara
d-data ta’ l-gheluq iżda qabel il-31 ta’ Jannar għandhom jintlaqgħu
jekk jitħallas il-ħlas żejjed.
(3) Għall-Ewwel Sessjoni r-Reġistratur jista’ jilqa’
applikazzjonijiet wara d-data ta’ l-għeluq skond statuti u
regolamenti li jkunu jgħoddu f’dak iż-żmien.
(4) Applikazzjonijiet għas-Sessjoni Supplimentari jintlaqgħu
biss fil-ġimgħa wara li joħorġu r-riżultati tas-sessjoni ta’ Mejju.
(5) Tibdil fil-formola tar-reġistrazzjoni jista’ jsir biss mill-
kandidat bl-istess kondizzjonijiet u bil-ħlasijiet żejda li jgħoddu
għal reġistrazzjoni li tidħol tard.
Iċ-Ċertifikati. 9. Ċertifikat, li juri l-grad miksub f’kull suġġett, għandu
jinħareġ lil kull kandidat li jġib minn grad 1 sa 7.
