KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
LIBRARY AND INFORMATION STUDIES (DIP. LIB.) ġ L.S.327.56 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.56
REGOLAMENTI GĦALL-KORS
GĦAD-DIPLOMA IN LIBRARY AND INFORMATION 
STUDIES (DIP. LIB.)
5 ta’ Settembru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 121 ta’ l-1995.
Titolu u tifsir.
Kors għad-Diploma in Library and Information Studies (Dip. Lib.).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-kors" ifisser il-kors għad-Diploma in Library and Information
Studies (Dip. Lib.);
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Library and Information
Studies (Dip. Lib.).
Applikabilità .
1993 jew wara.
Eliġibilità  għad-
Diploma.
3. Biex kandidat jista’ jingħata d-Diploma għandu jkun:
(a) ġie reġistrat bħala student part-time fil-Fakultà  ta’ l-
Edukazzjoni għal mhux inqas minn sentejn;
(b) issodisfa kwalunkwe rekwiżiti speċjali li huma
meħtieġa għall-kors;
(ċ) temm il-kors ta’ studju, ikkwalifika fl-eżamijiet, u
ssodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha msemmija f’dawn ir-
regolamenti; u
(d) issodisfa kwalunkwe rekwiżiti oħra msemmija fi
kwalunkwe statuti u regolamenti oħra rilevanti ta’ l-
Università .
Ir-reġistrazzjoni 
għall-programm ta’ 
studju.
4. (1) Kandidat jista’ jiġi reġistrat bħala student part-time
għall-kors ta’ studji li jwassal għad-Diploma fil-Fakultà  ta’ l-
Edukazzjoni jekk huwa eliġibbli biex jidħol fl-Università  bħala
student regolari skond ir-Regolamenti tad-Dħul fl-Università .
(2) Kandidat għandu jirreġistra fuq il-formola preskritta fiż-
żmien speċifikat mir-Reġistratur.
(3) Student li, wara li jkun ġie debitament imwissi bil-miktub,
jippersisti f’li jonqos li jattendi għal-lectures u/jew tutorials jew li
b’xi mod ieħor ma jaqdix id-dmirijiet akkademiċi tiegħu mingħajr
ġustifikazzjoni adegwata jista’ ma jitħalliex joqgħod għal wieħed
jew aktar mill-eżamijiet mill-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni.
Il-Bord ta’ l-
Istudji.
5. (1) L-amministrazzjoni ġenerali tal-kors għandha tkun
fdata f’idejn Bord ta’ l-Istudji kompost minn Chairman,
Koordinatur u tliet membri, kollha maħtura mill-Bord tal-Fakultà
ta’ l-Edukazzjoni bl-approvazzjoni tas-Senat.
2 L.S.327.56 ħ
KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
LIBRARY AND INFORMATION STUDIES (DIP. LIB.)
(2) Il-Ko-ordinatur għandu jkun responsabbli għat-tfassil ta’
sillabi u tal-listi ta’ korsijiet, kif ukoll biex jieħu ħsieb jipprovdi
materjal ta’ għajnuna bil-koperazzjoni u l-approvazzjoni tal-Bord
ta’ l-Istudji.
Il-kors ta’ studji. 6. (1) Il-kors għandu jkun mifrux fuq perijodu ta’ sentejn
studju part-time u għandu jkun maqsum f’żewġ partijiet ta’ sena
żmien l-waħda.
(2) L-oqsma ewlenin tal-kors huma magħmulin minn:
(a) Amministrazzjoni, Organizzazzjoni u Funzjonijiet ta’
Libreriji;
(b) Għejjun ta’ informazzjoni u Xogħol ta’ riferenzi;
(ċ) Studji bibljografiċi, Indiċjar, u Sejbien ta’
informazzjoni;
(d) Awtomatizazzjoni tal-Libreriji u Amministrazzjoni ta’
l-informazzjoni.
(3) Il-kors ikun magħmul minn taqsimiet studju li għalihom
huma mogħtija mhux inqas minn 30 kredtu. Mit-30 kredtu, erbgħa
jiġu mogħtija lill-Essay Twil/Proġett ta’ Studju taħt superviżjoni u
tnejn lill-Perijodu approvat ta’ Ħidma Prattika fuq il-post.
(4) Katalogu ta’ taqsimiet studju u tal-kredti mogħtija lil kull
taqsima jkun sottomess mill-Bord ta’ l-Istudji lill-Bord tal-Fakultà
ta’ l-Edukazzjoni għall-approvazzjoni.
(5) Dan il-katalogu jiġu pubblikat qabel il-bidu tal-kors.
(6) Uħud mit-taqsimiet studju jistgħu jiġu indikati bħala
obbligatorji u oħrajn bħala għażliet.
(7) Uħud mit-taqsimiet studju jistgħu jinvolvu ħidma prattika
gwidata. Din tiġi kunsidrata bħala komponent essenzjali tal-kors li
għaliha għandhom jingħataw kredti.
(8) Il-Bord ta’ l-Istudji jista’ jindika liema taqsimiet studju
għandu jieħu kandidat biex itemm il-programm sew ta’ studju.
Il-valutazzjoni. 7. (1) Kandidat jitqies li jkun issodisfa l-kriterji tal-
valutazzjoni tal-kors jekk:
(a) itemm b’suċċess il-partijiet kollha tal-kors;
(b) jgħaddi mill-eżami finali;
(ċ) itemm b’suċċess l-Essay Twil jew il-Proġett; u
(d) itemm b’suċċess perijodu ta’ erba’ ġimgħat ta’ ħidma
prattika approvata fuq il-post.
(2) Kandidat għandu jtemm b’suċċess l-Ewwel Parti tal-kors
qabel jitħalla jgħaddi għat-Tieni Parti.
(3) Kandidat itemm b’suċċess kull parti tal-kors jekk iġib
minimu ta’ ħdax il-kredtu f’kull parti.
(4) Ir-riżultat li jinkiseb f’kull taqsima studju jingħata wieħed
minn dawn il-gradi skond il-mertu: A, B, C, D f’ordni dixxendenti;
F tfisser li kandidat weħel.
(5) Kandidat li f’parti jew oħra tal-kors iġib minimu ta’ disa’
KORS GĦAD-DIPLOMA IN 
LIBRARY AND INFORMATION STUDIES (DIP. LIB.) ġ L.S.327.56 3
kredti iżda ma jġibx ħdax-il kredtu għandu jitħalla jirrepeti darba t-
taqsimiet studju li jkun weħel fihom fi żmien tnax-il xahar mill-
bidu ta’ dik il-parti. Dawk il-kredti li jġib l-istudent wara li jkun
irrepetihom jingħataw l-inqas grad.
Proġett 
individwali.
8. Kandidat jinħtieġlu jippreżenta Essay Twil ta’ mhux inqas
minn tmint elef iżda mhux aktar minn għaxart elef kelma jew
proġett meqjus ta’ livell akkademiku ekwivalenti. Kandidat li jeħel
mill-Essay Twil/proġett jitħalla jerġa’ jippreżentah darba waħda
matul perijodu ta’ mhux itwal minn tnax-il xahar.
Eżami finali.
medja biex jitqies li jkun għadda fl-eżami finali li jkun magħmul
minn żewġ karti sinottiċi. Kandidat li jeħel mill-eżami finali
għandu jitħalla jerġa’ jagħmlu darba biss fi żmien tnax-il xahar
mit-tmiem tal-kors. L-ogħla marka li jista’ jġib f’dak il-każ hija l-
marka minima li biha jgħaddi.
(2) Il-kandidati jistgħu wkoll ikunu meħtieġa jagħmlu eżami
viva voce.
Il-grad finali.
valutazzjoni tal-kors kif preskritti fir-regolament 7.
(2) L-ismijiet tal-kandidati li jtemmu l-kors b’suċċess
għandhom jiġu ppubblikati f’ordni alfabetiku fil-kategoriji:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
