STATUT I 18 - ĊENTRU 
TA’ L-ISTUDJU FUNDAMENTALI ġ L.S.327.57 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.57
STATUT I 18 - STATUT GĦAĊ-ĊENTRU
TA’ L-ISTUDJU FUNDAMENTALI
5 ta’ Settembru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 122 ta’ l-1995.
Titolu.
ta’ l-Istudji Fundamentali.
Twaqqif taċ-
Ċentru.
2. B’dan l-istatut qed jitwaqqaf iċ-Ċentru ta’ l-Istudji
Fundamentali fl-Università  ta’ Malta, li minn hawn ’il quddiem qed
jissejjaħ "iċ-Ċentru".
Skop taċ-Ċentru.
(a) li jipprovdi lill-istudenti introduzzjoni ġenerali għall-
istudji ta’ l-Università  u din tinkludi l-mezzi u l-
metodi ta’ riċerka;
(b) li jagħmel u jorganizza attivitajiet li jservu jew iwasslu
għall-iskopijiet hawn fuq imsemmija.
Bord ta’ tmexxija.
magħmul minn:
Chairman: ir-Rettur jew id-delegat tiegħu;
Viċi-Chairman: il-Ko-ordinatur taċ-Ċentru;
Membri: persuna maħtura mill-Kunsill ta’ l-
Università ;
tliet persuni maħtura mis-Senat;
student nominat mill-Kunsill Studenti
Universitarji;
student elett mill-istudenti u minn
fosthom li jkunu qed isegwu kors
fundamentali;
ir-Reġistratur jew id-delegat tiegħu li
jservi bħala segretarju tal-Bord.
II-funzjonijiet tal-
Bord.
5. Il-funzjonijiet tal-Bord għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a) li jfassal il-pjan ta’ ħidma taċ-Ċentru biex jintlaħqu l-
għanijiet taċ-Ċentru msemmija fil-paragrafu 3;
(b) li jissottometti l-estimi ta’ kull sena għall-
approvazzjoni tal-Kunsill u li jieħu ħsieb l-
amministrazzjoni finanzjarja taċ-Ċentru;
(ċ) li jipproponi l-ħatra ta’ membri biex iservu fuq il-bord
ta’ l-istudji.
Dmirijiet tal-Ko-
ordinatur.
6. Il-Ko-ordinatur għandu jkun responsabbli għall-
amministrazzjoni ta’ kuljum taċ-Ċentru skond il-politika stabbilita
mill-Bord, it-tħejjija ta’ l-estimi ta’ kull sena u tar-rapport
2 L.S.327.57 ħ
STATUT I 18 - ĊENTRU 
TA’ L-ISTUDJU FUNDAMENTALI
finanzjarju u ta’ l-attivitajiet taċ-Ċentru biex jiġu ppreżentati lis-
Senat u lill-Kunsill ta’ l-Università .
Emendi ta’ dan l-
istatut.
7. Emendi ta’ dan l-istatut jistgħu jiġu proposti mill-Bord
għall-approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università .
