JUNIOR COLLEGE ĠIAN FRANĠISK ABELA ġ L.S.327.58 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.58
REGOLAMENTI DWAR IL-JUNIOR COLLEGE
ĠIAN FRANĠISK ABELA
5 ta’ Settembru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 123 ta’ l-1995.
Titolu.
Junior College Ġian Franġisk Abela.
Status tal-Junior 
College.
Kap. 327.
2. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-
Edukazzjoni u ta’ dawn ir-regolamenti, l-iskola magħrufa bħala
Ġian Franġisk Abela (hawn iżjed ’il quddiem imsejjħa l-Junior
College) li tidher fl-Iskeda II li tinsab ma’ l-Att dwar l-
Edukazzjoni, għandha tkompli bħala korp magħqud separat bl-
Istatut stipulat fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti, u
għandha tkun inkorporata skond dak l-Istatut ma’ l-Università  ta’
Malta.
Twettiq tas-setgħat 
tal-Ministru.
Kap. 327.
3. L-Università  għandha tipprovdi kap u persunal li jgħallem
fil-Junior College li jkun responsabbli lejn il-Ministru skond l-
artikolu 25 ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni tramite l-Bord tal-Junior
College imwaqqaf fl-Istatut ta’ l-imsemmi Junior College.
Tkomplija ta’ 
Kunsill ta’ Skola.
Kap. 327.
4. (1) Għandu jitkompla l-Kunsill ta’ Skola għall-Junior
College kif provdut fl-artikolu 23 ta’ l-Att dwar l-Edukazzjoni, u
dak il-Kunsill ta’ Skola għandu jkompli bil-funzjonijiet stipulati fl-
artikolu 24(a), (b) u (ċ) ta’ dak l-Att, sakemm il-Kunsill ta’ Skola
jagħmel ir-rapport imsemmi fil-paragrafu (ċ) ta’ dak l-artikolu
tramite l-Bord tal-Junior College stabbilit skond l-Istatut ta’ dak il-
Junior College.
L.S.327.43
Skola għandhom ikomplu japplikaw għall-Kunsill ta’ Skola tal-
Junior College bla ħsara għat-tibdil stabbilit fit-Tieni Skeda li
tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
Il-Junior College 
għandu jkompli 
juża l-proprjetà  
tiegħu.
5. Il-Junior  College għandu jkompli jagħmel użu mill-
proprjetà  mobbli u immobbli li s’issa intużat minnu.
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 2)
Statut tal-Junior College Ġian Franġisk Abela
1. Il-Junior  College Ġian Franġisk Abela, iżjed ’il quddiem
imsejjaħ il-Junior College, qiegħed b’dan jiġi inkorporat fl-
Università  ta’ Malta, u jkun ukoll responsabbli għall-Foundation
Studies Centre.
2. L-oġġettiv tal-Kulleġġ ikun li jintroduċi lil dawk l-
2 L.S.327.58 ħ JUNIOR COLLEGE ĠIAN FRANĠISK ABELA
istudenti li jkunu temmew it-tagħlim sekondarju fil-metodi ta’
studju relattivi għall-edukazzjoni terzjarja u li ġeneralment
jassistihom fl-iżvilupp personali tagħhom.
3. Il-Kulleġġ jitmexxa minn Bord.
(a) Il-Bord jintgħamel kif ġej:
(i) ir-Rettur ta’ l-Università  jew min jagħmilha
floku li jkun iċ-Chairman;
(ii) il-Prinċipal tal-Kulleġġ (li jkun Viċi-Chairman
ex officio), ilViċi-Prinċipal u l-Area co-
ordinators li jinħatru skond dan l-Istatut;
(iii) żewġ membri eletti mill-persunal akkademiku
tal-Junior College u minn fosthom;
(iv) żewġ membri eletti mill-istudenti tal-Junior
College u minn fosthom;
(v) żewġ membri li jinħatru mill-Ministru
responsabbli għall-Edukazzjoni;
(vi) tliet membri li jinħatru mis-Senat ta’ l-
Università  mill-qasam ta’ l-Umanitajiet, mill-
qasam tax-Xjenzi u mir-rappreżentanti ta’ l-
istudenti fis-Senat rispettivament;
(vii) il-Kap tat-Taqsima Akkademika ta’ MATSEC.
Ir-Reġistratur jew min jagħmilha floku jkun is-
Segretarju tal-Bord.
(b) Il-Bord jiltaqa’ mill-anqas darba kull tlett xhur.
4. Il-funzjonijiet tal-Bord ikunu -
(a) li jipproponi Regolamenti lis-Senat kif ukoll jagħmel
bye-laws skond ma jenħtieġu għall-ksib ta’ l-oġġettiv
imsemmi qabel u li jwettaq u jorganizza attivitajiet li
jkunu anċillari jew li jwasslu għal dak l-oġġettiv;
(b) li jikkonsidra l-estimi annwali sabiex jippreżentahom
quddiem il-Kunsill ta’ l-Università  u jissorvelja l-
amministrazzjoni ġenerali u finanzjarja tal-kulleġġ;
(ċ) li jirrakkomanda lill-Kunsill ta’ l-Università  ismijiet
ta’ persuni għall-karigi ta’ Prinċipal, Viċi-Prin‘ipal u
area co-ordinators;
(d) li jaħtar subject co-ordinators fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Prinċipal wara li jkun ikkonsulta
l-persunal involut;
(e) li jiżgura li jkun hemm kollaborazzjoni mal-Bord ta’
MATSEC, mat-Taqsima Edukattiva u ma’ korpi oħra
bħal dawn.
5. (1) Il-Kulleġġ ikollu Prinċipal u Persunal.
(a) Il-Prinċipal jinħatar mill-Kunsill tal-Università  (għal
perijodu ta’ erba’ snin) minn fost area u subject  co-
ordinators fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord u jkun
responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-
Kulleġġ. Il-Prinċipal ikun eliġibbli għal ħatra mill-
JUNIOR COLLEGE ĠIAN FRANĠISK ABELA ġ L.S.327.58 3
ġdid.
(b) Il-Viċi-Prinċipal jinħatar mill-Kunsill ta’ l-Università
bl-istess mod u huwa għandu jassisti l-Prinċipal u
jagħmilha minfloku.
(ċ) L-area co-ordinators jinħatru mill-Kunsill ta’ l-
Università  għal perijodu ta’ erba’ snin, fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord wara li jikkonsidra rapport
mill-Prinċipal dwar il-konsultazzjonijiet tiegħu mas-
subject co-ordinators involuti. L-area co-ordinators
ikunu eliġibbli ghal ħatra mill-ġdid.
(d) Is-subject co-ordinators jinħatru mill-Bord għal
perijodu ta’ erba’ snin wara li jikkonsidra rapport mill-
Prinċipal dwar il-konsultazzjonijiet tiegħu mal-
persunal involut. Is-subject co-ordinators ikunu
eliġibbli għal ħatra mill-ġdid.
(e) Membri oħra akkademiċi jinħatru mill-Kunsill ta’ l-
Università  skond ma hemm fl-Istatut 7.
(f) Membri oħra mhux akkademiċi jinħatru mill-Kunsill
ta’ l-Università  skond ma hemm fl-Istatut 8.
(2) Iktar minn hekk il-Kulleġġ għandu jagħmel użu mis-
servizzi ta’ persunal ta’ l-Università  f’dak li għandu x’jaqsam ma’
l-amministrazzjoni, il-fimanzi, il-librerija u għajnuna oħra
operattiva.
6. Emendi għal dan l-Istatut jistgħu jiġu proposti mill-Bord
għall-konsiderazzjoni u t-trasmissjoni mill-Kunsill għall-
approvazzjoni tal-Ministru responsabbli għall-Edukazzjoni.
7. Klawżola Transitorja:
Sa dak iż-żmien meta titwettaq il-Kostituzzjoni tal-Bord u
l-ħatra mill-Kunsill ta’ l-Università  ta’ Prinċipal, u ta’ Viċi-
Prinċipal, wara li jsiru r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord, l-imsemmi
Kunsill jista’ jaħtar żewġ Viċi-Prinċipali minflok Prinċipal u Viċi-
Prinċipal.
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 4)
L.S.327.43
1. (1) Il-Kunsill ta’ Skola tal-Junior College (hawn iżjed ’il
quddiem imsejjaħ "il-Kunsill tal-Kulleġġ") għandu jkompli jiġi
amministrat skond il-Linji Gwida fuq ix-Xogħol u t-Tmexxija tal-
Kunsilli ta’ Skola (hawn iżjed ’il quddiem imsejħa "il-Linji
Gwida") li hemm fl-Iskeda I li tinsab mar-Regolamenti dwar
Kunsilli ta’ Skola (hawn iżjed ’il quddiem imsejjħa "ir-
Regolamenti prinċipali") u skond ir-Regoli Finanzjarji għall-
Kunsilli ta’ Skola (hawn iżjed ’il quddiem imsejjħa "ir-Regoli
Finanzjarji" li hemm fl-Iskeda II tar-Regolamenti prinċipali kif
suġġetti għal dawn l-adattamenti u tibdiliet li japplikaw għall-
Kunsill tal-Kulleġġ.
4 L.S.327.58 ħ JUNIOR COLLEGE ĠIAN FRANĠISK ABELA
(2) Fil-Linji Gwida u fir-Regoli Finanzjarji kull referenza għal
"il-Kap" u "il-Kap ta’ l-Iskola" għandha tinqara u tiftiehem bħala
referenza għall-Prinċipal tal-Junior College.
2. (1) Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2.1 tal-Linji Gwida
ma għandhomx ikunu japplikaw għall-Kunsill tal-Kulleġġ.
(2) Għall-għanijiet tal-paragrafu 2.2 tal-Linji Gwida, meta
membru tal-Kunsill tal-Kulleġġ jirriżenja mill-Kunsill, il-Ministru
ta’ l-Edukazzjoni għandu jiġi mgħarraf bil-miktub mis-Segretarju/
Teżorier kemm jista’ jkun malajr tramite l-Bord tal-Junior College
(hawn iżjed ’il quddiem imsejjah "il-Bord") u meta jirriżenja l-
President tal-Kunsill tal-Kulleġġ, dik ir-riżenja għandha tintbagħat
lill-Ministru tramite il-Bord.
3. Għall-għanijiet tal-paragrafu 3.10 tal-Linji Gwida, il-
President tal-Kunsill tal-Kulleġġ għandu wkoll ikollu aċċess għal
għand ir-Rettur ta’ l-Università .
4. (1) Ir-referenzi fil-paragrafu 4.7 tal-Linji Gwida għal "ir-
regolamenti tad-Dipartiment" u għal "mid-Dipartiment" għandhom
jinqraw u jiftehmu bħala referenzi għal "ir-regolamenti ta’ l-
Università " u għal "mill-Bord" rispettivament.
(2) Ir-Rapport Annwali msemmi fil-paragrafu 4.9 tal-Linji
Gwida għandu jinghata lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni tramite l-
Bord.
5. (1) II-fondi msemmija fil-paragrafu 5.2 tal-Linji Gwida
jistgħu wkoll jinkludu dawk mgħoddija lill-Junior College u lill-
Kunsill tal-Kulleġġ mill-Università .
(2) Għall-għanijiet tal-paragrafu 5.5 tal-Linji Gwida, ikun
meħtieġ ukoll il-permess ta’ l-Università .
(3) Ir-referenza li hemm għall-Ministru ta’ l-Edukazzjoni fil-
paragrafu 5.9 tal-Linji Gwida għandha tinqara u tinftiehem bħala
referenza għall-Bord.
6. Ir-rendikont imsemmi fil-paragrafu 7.l tal-Linji Gwida
għandu jintbagħat mill-Kunsill tal-Kulleġġ lill-Ministru ta’ l-
Edukazzjoni tramite l-Bord u l-Kunsill tal-Kulleġġ għandu jkun
responsabbli lejn dak il-Ministru tramite l-istess Bord.
7. (1) Fil-paragrafu 9.2 tal-Linji Gwida ir-referenza li hemm
għad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni għandha tinqara u tiftiehem
bħala referenza għall-Bord.
(2) Għall-għanijiet tal-paragrafu 9.3 tal-Linji Gwida, il-
Kunsill tal-Kulleġġ għandu d-dmir li jiġbed l-attenzjoni tal-
Ministru ta’ l-Edukazzjoni tramite l-Bord u kull konjizzjoni u
tweġiba minn dak il-Ministru lill-Kunsill tal-Kulleġġ għandha
għalhekk ukoll issir tramite il-Bord.
8. Kull problema bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 10.2 tal-
Linji Gwida għandha tiġi rapportata mill-Kunsill tal-Kulleġġ lill-
Bord tramite s-Segretarju Teżorier/Prinċipal.
9. (1)Fil-paragrafi 1.5 u 1.9 tar-Regoli Finanzjarji, ir-
JUNIOR COLLEGE ĠIAN FRANĠISK ABELA ġ L.S.327.58 5
referenzi għad-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni għandhom
jinqraw u jiftiehmu bħala referenzi għall-Bord.
(2) Il-paragrafu 1.8 tar-Regoli Finanzjarji għandhom ikunu
japplikaw għal oġġetti li ma kienux akkwistati mill-Junior College
jew mill-Kunsill tal-Kulleġġ tramite id-Dipartiment ta’ l-
Edukazzjoni jew tramite l-Università  u fl-istess paragrafu minflok
il-kliem "fid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni (ara Regolamenti ta’ l-
Inventarju 5.1)" għandhom jidħlu l-kliem "fil-Head Office ta’ l-
Università " għall-għanijiet ta’ din l-Iskeda.
(3) Fil-paragrafu 1.9 tar-Regoli Finanzjarji, ir-referenzi għad-
Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni għandhom jinqraw u jiftehmu
bħala referenzi għall-Bord.
10. (1) Il-paragrafu 2.1 tar-Regoli Finanzjarji ma għandhomx
ikunu japplikaw għall-Kunsill tal-Kulleġġ.
(2) Ir-rendikont imsemmi fil-paragrafu 2.4 tar-Regoli
Finanzjarji għandhom jingħataw lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni
tramite l-Bord.
(3) Id-dokumentazzjoni finanzjarja tal-Kunsill tal-Kulleġġ
għandha tkun disponibbli tramite l-Bord għall-għanijiet tal-
paragrafu 2.6 tar-Regoli Finanzjarji.
11. Fil-paragrafu 3.1 tar-Regoli Finanzjarji, kull referenza
għad-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni għandha tinqara u
tiftiehem bħala referenza għall-Bord u r-referenza li hemm fis-
subparagrafu (iv) ta’ l-istess paragrafu għall-ħruġ ta’ sejħa
dipartimentali jew tat-Teżor għal tenders ma għandhiex tkun
tapplika.
