STATUT I 20 - ĊENTRU GĦAL GĦAWDEX 
TA’ L-UNIVERSITÀ ġ L.S.327.59 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.59
STATUT I 20 - STATUT GĦAĊ-ĊENTRU GĦAL 
GĦAWDEX TA’ L-UNIVERSITÀ
27 ta’ Ottubru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 152 ta’ l-1995.
Titolu.
għal Għawdex ta’ l-Università .
Twaqqif taċ-
Ċentru.
2. B’dan l-istatut qed jitwaqqaf iċ-Ċentru għal Għawdex ta’ l-
Università  li minn hawn ’il quddiem qed jissejjaħ bħala "ċ-Ċentru".
Skop taċ-Ċentru.
(a) li jgħin fil-loġistika u aspetti simili ta’ korsijiet li
jwasslu għal grad, diploma jew ċertifikat li l-
Università  tista’ torganizza minn żmien għal ieħor
f’Għawdex;
(b) li jorganizza konferenzi, seminarji u attivitajiet simili
f’Għawdex;
(ċ) li jġib ’il quddiem ir-riċerka f’materji dwar Għawdex;
(d) li jiżviluppa kuntatti ma’ għaqdiet Għawdxin biex jiġu
organizzati attivitajiet flimkien magħhom;
(e) li jaghmel kull attività  oħra li sservi u twassal għall-
iskopijiet hawn fuq imsemmija.
Bord ta’ Tmexxija.
magħmul minn:
Chairman: Ir-Rettur jew id-delegat tiegħu;
Viċi-Chairman: id-Direttur taċ-Ċentru;
Membri: persuna maħtura mill-Kunsill ta’ l-
Università ;
erba’ persuni maħtura mis-Senat;
membru maħtur mill-Ministru għal
Għawdex;
student elett mill-istudenti u minn
fosthom li jkunu qed isegwu kors li
jwassal għal grad jew diploma fiċ-
Ċentru;
ir-Reġistratur jew id-delegat tiegħu li
jservi bħala Segretarju tal-Bord;
l-Uffiċjal tal-Finanzi jew id-delegat
tiegħu li jservi bħala t-Teżorier tal-Bord;
id-Direttur Ġenerali tal-Fondazzjoni
għall-Istudji Internazzjonali jew id-
delegat tiegħu.
2 L.S.327.59 ħ
STATUT I 20 - ĊENTRU GĦAL GĦAWDEX 
TA’ L-UNIVERSITÀ
Funzjonijiet tal-
Bord.
5. Il-funzjonijiet tal-Bord għandhom ikunu:
(a) li jfassal il-pjan ta’ ħidma taċ-Ċentru biex jintlaħqu l-
għanijiet taċ-Ċentru, kif jidher fil-paragrafu 3;
(b) li jissottometti l-estimi ta’ kull sena għall-
approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università  u li jieħu
ħsieb l-amministrazzjoni finanzjarja taċ-Ċentru;
(ċ) li jagħmel rakkomandazzjonijiet lis-Senat għall-
introduzzjoni ta’ korsijiet f’Għawdex li jwasslu għal
ċertifikat, diploma jew grad, u li jipproponi lill-
Fakultà  rilevanti r-regolamenti u l-ordinamenti għat-
tmexxija ta’ dawn il-korsijiet;
(d) li jipproponi lill-Fakultà  rilevanti l-ħatra ta’ membri li
jservu fuq il-bord ta’ l-istudji u l-ħatra ta’ koordinaturi
għal korsijiet, iżda l-Bord innifsu jista’ jaħtar ko-
ordinaturi għal korsijiet u għall-ħidmiet oħra taċ-
Ċentru li ma jwasslux għall-għoti ta’ grad jew
diploma;
(e) li jaħtar membri ta’ l-istaff mhux akkademiku għall-
ħatriet stabbiliti iżda biss għal perijodi f’dik is-sena li
għalihom l-estimi jkunu ġew approvati.
Il-laqgħat tal-Bord. 6. Il-Bord għandu jiltaqa’ mill-inqas tliet darbiet fis-sena, u r-
regolamenti tal-proċedura tal-laqgħat jitfasslu mill-Bord innifsu,
sakemm id-deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ materji
finanzjarji jkunu jaqblu ma’ l-estimi annwali taċ-Ċentru.
Id-Direttur taċ-
Ċentru.
7. Id-Direttur ikun responsabbli għall-amministrazzjoni ta’
kuljum taċ-Ċentru, skond il-politika stabbilita mill-Bord, għat-
tħejjija ta’ l-estimi ta’ kull sena u tar-rapport ta’ l-attivitajiet taċ-
Ċentru biex jiġu ippreżentati lill-Kunsill ta’ l-Università . L-
Uffiċjal tal-Finanzi ta’ l-Università  jkun it-Teżorier taċ-Ċentru.
Emendi. 8. Emendi għal dan l-istatut jistgħu jkunu proposti mill-Bord
iżda jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università .
