STATUT I 21 - L-ISTITUT TA’ L-ISTUDJI FORENSIĊI ġ L.S.327.60 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.60
STATUT I 21 - STATUT TA’ 
L-ISTITUT TA’ L-ISTUDJI FORENSIĊI
27 ta’ Frar, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 27 ta’ l-1996.
Titolu.
ta’ l-Istudji Forensiċi.
Istitut ta’ l-Istudji 
Forensiċi.
1. B’dan qed jitwaqqaf l-Istitut ta’ l-Istudji Forensiċi fl-
Università  ta’ Malta.
Gġanijiet ta’ l-
Istitut.
2. L-Istitut għandu jkollu dawn l-għanijiet:
(a) li jgħallem u jmexxi riċerka fix-Xjenza Forensika
(inkluża l-Mediċina Legali), Kriminoloġija,
kwistjonijiet relatati ta’ politika soċjali u oqsma simili
ta’ studju;
(b) li jservi bħala ċentru ta’ risorsi biex jipprovdi esperti u
esperjenza fid-diversi oqsma ta’ attivitajiet tiegħu lill-
Qrati tal-Ġustizzja u dan is-servizz jista’ fejn ikun
possibbli jiġi estiż lill-istituzzjonijiet,
organizazzjonijiet privati u individwi kif il-Bord jista’
minn żmien għal żmien jiddeċiedi; u
(ċ) li jservi bħala korp biex jagħti pariri lill-Gvern fuq
affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ġustizzja
kriminali.
Bord.
kif ġej:
Chairman: ir-Rettur jew id-delegat nominat tiegħu;
Viċi-Chairman: id-Direttur ta’ l-Istitut;
Membri: persuna maħtura mill-Kunsill ta’ l-
Università  għal tliet snin;
persuna maħtura mis-Senat għal tliet snin;
oersuna nominata mill-Bord tal-Fakultà
tal-Mediċina;
persuna nominata mill-Bord tal-Fakultà
tal-Liġi;
persuna nominata mill-Ministru
responsabbli għall-Ġustizzja;
persuna nominata mill-Bank tal-
Maġistrati.
Il-Bord jista’ jaħtar mhux iktar minn żewġ
persuni oħra ko-optati.
(2) Ix-xogħol tal-Bord għandu jkun li:
2 L.S.327.60 ħ STATUT I 21 - L-ISTITUT TA’ L-ISTUDJI FORENSIĊI
(a) jfassal il-pjan ta’ hidma ta’ l-Istitut biex jintlaħqu l-
għanijiet msemmija hawn fuq;
(b) jissorvelja l-amministrazzjoni, finanzjarja jew mod
ieħor ta’ l-Istitut; u
(ċ) jiżgura l-kollaborazzjoni ta’ l-Istitut ma’ korpi oħrajn,
lokali u barranin, b’mod li jwassal biex jintlaħqu l-
għanijiet ta’ l-Istitut.
Direttur u staff. 4. L-Istitut għandu jkollu Direttur u staff kif ġej:
(a) id-Direttur, maħtur għal żmien tliet snin mill-Kunsill
ta’ l-Università  wara sejħa għall-applikazzjonijiet:
(b) staff ieħor akkademiku, maħtur mill-Kunsill ta’ l-
Università  bir-rakkomandazzjoni tal-Bord;
(ċ) staff ieħor tekniku, maħtur mill-Kunsill ta’ l-
Università  bir-rakkommandazzjoni tal-Bord; u
(d) staff ieħor amministrattiv u klerikali li jinħatru mill-
Bord skond id-disposizzjonijiet ta’ l-istatuti u r-
regolamenti ta’ l-Università .
Teżorier. 5. L-Uffiċjal Finanzjarju ta’ l-Università  għandu jkun it-
Teżorier ta’ l-Istitut. Id-Direttur għandu jipprepara l-estimi ta’ kull
sena, l-istqarrija finanzjarja u rapport ta’ kull sena dwar l-
attivitajiet ta’ l-Istitut.
Membru maħtur 
bħala espert tal-
Qorti.
6. Kull membru ta’ l-istaff ta’ l-Istitut, li jiġi maħtur bħala
espert tal-Qorti għandu dejjem jimxi skond il-ġudizzju individwali
tiegħu u ma għandux ikun suġġett għal xi direttivi, ħlief dawk tal-
Qorti li minnha jkun ġie maħtur, waqt l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet
tieghu taħt dik il-ħatra.
Emendi. 7. Emendi ta’ dan l-istatut jistgħu jiġu proposti mill-Bord
għall-approvazzjoni tal-Kunsill ta’ l-Università .
