KORS GĦAD-DIPLOMA IN SCHOOL COUNSELLING ġ L.S.327.61 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.61
REGOLAMENTI DWAR IL-KORS
GĦAD-DIPLOMA IN SCHOOL COUNSELLING
15 ta’ Marzu, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 36 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviż Legali 54 ta’ l-
2000.
Titolu u tifsir.
il-Kors għad-Diploma in School Counselling.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’ohra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in School Counselling;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma in School
Counselling.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 54 ta’ l-2000.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
bdew fl-1996 jew wara.
Eliġibilità  għad-
Diploma.
3. Biex ikunu eliġibbli għad-Diploma il-kandidati għandhom:
(a) ikunu reġistrati bħala studenti part-time fil-Fakultà  ta’
l-Edukazzjoni;
(b) ikunu temmew il-programm rilevanti ta’ l-istudju;
(ċ) ikunu ssodisfaw il-kriterji rilevanti tal-valutazzjoni; u
(d) ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti
f’dawn ir-regolamenti u f’kull statut u regolamenti
oħra rilevanti ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni.
time fil-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni jekk ikollhom kwalifika tat-
tagħlim maghrufa mill-Università  u mhux inqas minn ħames snin
esperjenza fit-tagħlim wara li ġabu l-kwalifika tat-tagħlim.
(2) Il-kandidati għandhom jippreżentaw bil-miktub stqarrija
ta’ l-interess u l-għanijiet tagħhom u jagħtu żewġ ismijiet bl-
indirizzi ta’ nies li jistgħu jkunu referees u li jistghu jikkonfermaw
il-potenzjal ta’ l-applikant bħala counsellor.
(3) Il-kandidati jkollhom jattendu għal intervista.
Il-kors ta’ l-istudju.
Emendat:
A.L. 54 ta’ l-2000.
5. (1) Il-programm tal-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet
studju, li għalihom mhux anqas minn 30 kredtu huma assenjati, fil-
komponenti tal-kors li ġejjin:
(a) Counselling Theory and Practice
(b) Guidance and Guidance Services
(ċ) Personal and Professional Development
(d) Sociological and Psychological Perspectives
2 L.S.327.61 ħ KORS GĦAD-DIPLOMA IN SCHOOL COUNSELLING
(e) Design of Educational Investigation.
(2) Il-kors għandu jkun mifrux fuq sentejn ta’ studju part-time
u mqassam f’żewġ partijiet ugwali ta’ sena l-wahda.
Valutazzjoni.
Emendat:
A.L. 54 ta’ l-2000.
6. (1) Il-kandidati għandhom jitqiesu li ssodisfaw il-kriterji
tal-valutazzjoni tal-kors jekk:
(a) itemmu b’suċċess l-Ewwel Parti u t-Tieni Parti tal-
kors; u
(b) jgħaddu mill-eżamijiet finali.
(2) Il-kandidati huma meħtieġa jtemmu b’suċċess l-Ewwel
Parti tal-kors qabel ma jkomplu għat-Tieni Parti.
(3) Il-kandidati għandhom jingħataw Cerificate in Helping
Skills għall-Ewwel Parti tal-kors, jekk huma jtemmu b’suċċess it-
taqsimiet studju obbligatorji kollha u jiksbu mill-anqas 15-il
kredtu.
(4) F’kull semestru tal-kors il-kandidati għandhom jiġu
valutati fit-taqsimiet studju li jkunu għamlu f’dak is-semestru
skond il-kriterji li jistabilixxi l-Bord.
(5) Il-gradi li għandhom jiġu wżati fl-għoti tal-kredti
għandhom ikunu dawn: A, B, C, D u F, fejn F tfisser li l-persuna
weħlet.
(6) Il-kandidati għandhom jiġu kkonsidrati li temmew l-Ewwel
Parti tal-kors b’suċċess jekk ikunu ġiebu mill-inqas grad medju ta’
C fuq kollox fil-kredti u jgħaddu fl-eżami orali fit-tmiem tat-tieni
semestru.
(7) Dawk il-kandidati biss li jiksbu mill-anqas 25 kredtu
b’medja ta’ grad C u li jkunu attendew regolarment matul il-kors
għandhom jitħallew jirreġistraw għall-eżamijiet finali.
(8) Kandidati li jeħlu f’xi taqsima studju jistgħu jitħallew
jerġgħu jiġu vvalutati. Il-kandidati jistgħu jitħallew jerġgħu jiġu
vvalutati darba biss. F dan il-każ l-ogħla grad li l-kandidati jistgħu
jiksbu hu ta’ D.
(9) Eżami komprensiv bil-miktub li jikkonsisti f’żewġ karti u
f’eżami orali għandu jsir fl-ahhar tal-kors. Kandidati li jeħlu
jistgħu jerġgħu jagħmlu l-eżami darba fi żmien sitt xhur mid-data
tal-pubblikazzjoni tar-riżultat.
Il-gradi finali. 7. (1) Il-gradi finali għandhom jiġu bbażati fuq it-taqsimiet
studju u fuq l-eżamijiet finali.
(2) L-ismijiet tal-kandidati li jgħaddu għad-Diploma
għandhom jiġu ppubblikati f’ordni alfabetiku f’dawn il-kategoriji:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
