KORS TAD-DIPLOMA IN EDUCATION 
(CHILDREN WITH SPECIAL NEEDS) - DIP. ED. ġ L.S.327.62 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.62
REGOLAMENTI GĦALL-KORS
TAD-DIPLOMA IN EDUCATION (CHILDREN WITH 
SPECIAL NEEDS) - DIP. ED.
15 ta’ Marzu, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 37 ta’ l-1996.
Titolu u tifsir.
Kors tad-Diploma in Education (Children with Special Needs) -
Dip. Ed.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Education (Children with
Special Needs) - Dip. Ed.;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma.
Applikabilità .
akkademika 1994/95.
Eliġibilità .
għandhom ikunu:
(a) ġew irreġistrati bħala studenti regolari;
(b) temmew il-kors ta’ l-istudji, għaddew l-eżami finali, u
ssodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’dawn
ir-regolamenti; u
(ċ) issodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti fi statuti
u regolamenti oħra kollha rilevanti ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni.
Edukazzjoni għall-kors ta’ studji li jwassal għad-Diploma jew għal
Ċertifikat fl-Edukazzjoni tat-Tfal bi Bżonnijiet Speċjali, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, jekk ikollhom kwalifika
fit-tagħlim rikonoxxuta mill-Bord tal-Fakultà  u mill-inqas sena
esperjenza fit-tagħlim.
Il-programm tal-
kors.
5. (1) Il-kors ta’ l-istudji li jwassa1 għad-Diploma għandu
jinfirex fuq żmien ta’ sentejn studju part-time.
(2) Kandidat m’għandux jagħmel l-eżami finali iktar kmieni
minn sentejn jew iktar tard minn erba’ snin mill-ewwel
reġistrazzjoni ħlief f’ċirkostanzi speċjali bl-approvazzjoni tas-
Senat.
(3) Il-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li għalihom
għandhom jiġu moghtija mhux inqas minn tletin kredtu.
(4) Il-kors għandu jkun organizzat f’żewġ Partijiet, jiġifieri l-
Ewwel Parti u t-Tieni Parti, u kull parti tkun mifruxa fuq żmien ta’
sena skond il-kalendarju studju part-time.
(5) L-Ewwel Parti għandha tittieħed fl-ewwel sena skond il-
2 L.S.327.62 ħ
KORS TAD-DIPLOMA IN EDUCATION 
(CHILDREN WITH SPECIAL NEEDS) - DIP. ED.
kalendarju tal-kors.
(6) L-Ewwel Parti għandha tikkonsisti f’taqsimiet studju li
għalihom għandhom jingħataw mhux inqas minn ħmistax-il kredtu,
fil-moduli li ġejjin:
Modulu A: Diżabilità  u l-kontesti tagħha
Modulu B: Provvedimenti ta’ kurrikulu u bżonnijiet
speċjali
Modulu Ċ: Strateġiji għall-provvedimenti ta’
individwalizazzjoni
Modulu D: Promozzjoni ta’ support networks
Modulu E: Metodu ta’ riċerka
Modulu F: Prattiku.
(7) Katalogu ta’ taqsimiet studju f’kull modulu flimkien mal-
kredti li jingħataw għal kull wiehed, għandu jiġi ppubblikat qabel
il-bidu ta’ kull kors.
(8) Il-kandidati li jirnexxielhom itemmu b’suċċess l-Ewwel
Parti tal-kors għandhom jingħataw grad globali A, B, Ċ jew D li
jibdew bl-ogħla grad u jispiċċaw bl-inqas wieħed.
(9) Il-kandidati li jagħżlu li ma jkomplux għat-Tieni Parti tal-
kors, għandhom jingħataw ċertifikat li temmew l-Ewwel Parti jekk
ikunu temmew b’suċċess it-taqsimiet kollha obbligatorji għall-
Ewwel Sena skond il-kalendarju u kisbu minimu ta’ erbatax-il
kredtu.
(10) It-Tieni Parti tal-kors għandha tikkonsisti f’taqsimiet
studju li għalihom għandhom jiġu mogħtija mhux inqas minn
ħmistax-il kredtu, fl-istess modu1i bħal fl-Ewwel Parti, iżda
applikati għall-forma partikolari tal-provvediment ta’ edukazzjoni
speċjali jew inklużiva.
(11) Il-Bord tal-Fakultà  għandu joffri oqsma speċjalizzati li
jistgħu jintagħżlu fit-Tieni Parti li għandhom jiġu ppubblikati qabel
il-bidu tat-Tieni Parti tal-kors.
(12) Il-kandidati li bi ħsiebħom isegwu studji f’qasam
partikolari ta’ speċjalizazzjoni li mhux offrut f’sena partikolari,
jistgħu jinterrompu l-kors wara l-Ewwel Parti u jerġgħu jidħlu fit-
Tieni Parti tal-kors meta l-għażla rilevanti hija offruta.
(13) Il-kandidati jistgħu jirreġistraw għat-Tieni Parti tal-kors
jekk jirnexxielhom itemmu l-Ewwel Parti b’minimu ta’ grad
globali B jew aħjar.
(14) Il-Bord tal-Fakultà  jista’ jħalli kandidati oħra jirreġistraw
għat-Tieni Parti tal-kors jekk huma jkunu kisbu minn l-Università
ta’ Malta jew oħra kwalifika ekwivalenti għall-Ewwel Parti tal-kors
b’minimu ta’ Grad B jew aħjar, iżda l-Bord jista’ jeħtieġ li dawn il-
kandidati itemmu b’suċċess taqsimiet studju partikolari mill-Ewwel
Parti.
(15) Biex ikunu jistgħu jingħataw id-Diploma l-kandidati
għandhom jiksbu minimu ta’ erbatax-il kredtu fit-Tieni Parti tal-
kors.
KORS TAD-DIPLOMA IN EDUCATION 
(CHILDREN WITH SPECIAL NEEDS) - DIP. ED. ġ L.S.327.62 3
(16) Il-Bord tal-Fakultà  bil-parir tal-Bord ta’ l-Istudji, jista’
jistabilixxi liema taqsimiet studju kandidat għandu jieħu biex
itemm il-Parti rilevanti tal-kors.
Valutazzjoni.
li jibdew mill-ogħla mertu u jaslu sa l-inqas: A, B, C, D u F, fejn F
tindika li kandidat ikun weħel.
(2) Il-kandidati li jeħlu f’xi taqsima studju għandhom jitħallew
jagħmlu riparatorju f’dik it-taqsima studju, darba biss. Il-kredti
miksuba fir-riparatorju għandhom jkollhom il-grad minimu ta’ min
jgħaddi jekk il-kandidat ikun għadda.
Eżamijiet.
Ewwel Parti kif preskritt fir-regolament 5 għandhom jagħmlu
Eżami fl-Ewwel Parti tal-kors.
(2) L-eżami għall-Ewwel Parti għandu jsir fl-aħħar ta’ l-ewwel
sena skond il-kalendarju tal-kors, u għandu jikkonsisti f’karta
waħda sinottika.
(3) Il-kandidati li kisbu n-numru minimu ta’ kredti fit-Tieni
Parti kif preskritt fir-regolament 5 għandhom jagħmlu eżami finali
li għandu jsir fl-aħħar tat-Tieni Parti tal-kors, u għandu jikkonsisti
f’żewġ karti sinottiċi.
(4) Il-karti ta’ l-eżami fiż-żewġ Partijiet għandhom jiġu
mmarkati bl-istess mod bħal kredti.
(5) Il-kandidati li jehlu fl-eżami għall-Ewwel Parti jew fl-
eżami finali jkunu jistgħu jagħmlu riparatorju darba fi żmien tnax-
il xahar mit-tmiem ta’ kull parti rilevanti tal-kors. F’dawn il-
każijiet, l-ogħla grad li jista’ jingħata għandu jkun il-grad minimu
ta’ min għadda.
Riżultati finali.
l-għemil tal-kandidat fil-komponimenti kollha tal-kors.
(2) Fir-riżultati finali l-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw
għad-Diploma għandhom jiġu ppubblikati f’ordni alfabetika.
