KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE - 
M.SC. - IN AGRICULTURAL SCIENCES ġ L.S.327.63 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.63
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD
TA’ MASTER OF SCIENCE - M.SC. - IN 
AGRICULTURAL SCIENCES
15 ta’ Marzu, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 38 ta’ l-1996.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Science - M.Sc. - in Agricultural
Sciences.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut ta’ l-Agrikoltura;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Science - M.Sc. - in
Agricultural Sciences;
"l-Istitut" ifisser l-Istitut ta’ l-Agrikoltura;
"il-kors" ifisser il-kors Ii jwassal għall-Grad ta’ Master of
Science - M.Sc. - in Agricultural Sciences.
Applikabilità .
sena akkademika 1994/95 jew wara.
Eliġibbilità  għall-
grad.
3. Biex ikun eliġibbli għall-Grad kandidat irid ikun:
(a) approvat mill-Bord u reġistrat bħala student regolari
ta’ l-Università ;
(b) temm il-kors, ġab il-kredti meħtieġa u għadda mill-
eżamijiet finali skond dawn ir-Regolamenti;
(ċ) lesta dissertazzjoni fuq tema approvat mill-Bord ta’ l-
Eżamijiet; u
(d) issodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha meħtieġa taħt dawn
ir-regolamenti u taht kull regolamenti u statuti oħra
rilevanti ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni.
Bachelor of Science fil-Kimika u l-Bioloġija (normalment ta’ l-
anqas b’kategorija IIB) minn l-Università  ta’ Malta jew grad fil-
Kimika u l-Bioloġija minn Università  oħra rikonoxxut mis-Senat
bhala ekwivalenti għall-grad ta’ Bachelor of Science fil-Kimika u l-
Bioloġija (kategorija IIB) ta’ l-Università  ta’ Malta, jew grad fil-
Bioloġija jew Kimika jew Biokimika ta’ l-Università  ta’ Malta jew
Università  oħra rikonoxxuta mis-Senat bħala ekwivalenti għall-
grad ta’ Bachelor of Science (kategorija IIB) ta’ l-Università  ta’
Malta. Jekk il-grad ikun jew fil-Kimika jew fil-Bioloġija, il-
kandidat jista’ jkun meħtieġ itemm kors fil-Bioloġija jew Kimika
skond kif ikun hemm bżonn.
(2) Kandidat li jkollu grad minn Università  oħra kif indikat fis-
subregolament (1) għandu, barra milli jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dak
2 L.S.327.63 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE - 
M.SC. - IN AGRICULTURAL SCIENCES
is-subregolament, juri li kapaċi jikteb u jitkellem bl-Ingliż.
Tul. 5. (1) Il-kors jestendi għal sentejn ta’ studji full-time jew, bil-
permess tal-Bord, għal tliet snin studji part-time.
(2) Kandidat li jingħata permess mill-Bord biex jirreġistra fuq
bażi part-time għandu jissodisfa x-xogħol tal-kors waqt l-ewwel u
t-tieni sena u jħalli t-tielet sena għad-dissertazzjoni.
(3) Il-kors jista’ jiġi mtawwal b’sena bl-approvazzjoni tal-
Bord fuq talba bil-miktub mibgħuta lid-Direttur ta’ l-Istitut.
(4) Kandidat għandu jirreġistra fil-bidu ta’ kull sena
akkademika.
Kors ta’ studji. 6. (1) Il-kors ta’ studji għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li
għalihom għandhom jiġu assenjati mhux anqas minn erbatax-il
kredtu, u fid-dissertazzjoni.
(2) Qabel il-bidu ta’ kull kors għandu jiġi ppublikat mill-Bord
katalogu ta’ taqsimiet studju f’kull modulu bil-kredti assenjati għal
kull taqsima.
Progress. 7. (1) Il-kredti għandhom jingħataw skond il-gradi li ġejjin
f’ordni mill-ogħla mertu sa l-anqas: A, B, C, D u F, fejn F tindika
Weħel.
(2) Kandidat li jeħel f’xi taqsima studju għandu jingħata l-
permess biex jerġa’ jiġi eżaminat f’dik it-taqsima darba waħda. Il-
kredti li jinkisbu fir-riparatorju jingħataw il-grad ta’ D jew F.
Eżamijiet fmali. 8. (1) L-eżamijiet finali għandhom normalment isiru f’Ġunju/
Lulju tat-tieni sena u għandhom jikkonsistu f’ħames karti bil-
miktub.
(2) Il-karti ta’ l-eżami għandhom jingħataw gradi mibdija mill-
ogħla mertu u jaslu sa l-anqas A, B, C, D u F, fejn F tindika Weħel.
(3) Kandidat li jeħel f’mhux aktar minn tliet karti ta’ l-eżami
jista’ joqgħod għall-eżami/eżamijiet supplimentari li normalment
isir/isiru f’Settembru, iżda l-grad li jingħata fl-eżami supplimentari
jkun D jew F.
(4) Biex kandidat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-eżamijiet finali
jrid jgħaddi f’kull karta.
Dissertazzjoni. 9. (1) Fi żmien tliet xhur mir-reġistrazzjoni, kandidat għandu
jgħaddi lid-Direttur ta’ l-Istitut titolu u l-linji proposti tad-
dissertazzjoni u l-isem ta’ membru ta’ l-istaff akkademiku ta’ l-
Istitut li jkun aċċetta li jagħmilha ta’ supervisor, għall-
approvazzjoni tal-Bord.
(2) Kull dissertazzjoni ppreżentata għall-Grad għandha tkun
xogħol ta’ natura oriġinali jew apprezzament oriġinali ta’ data
eżistenti u ppubblikata u li jirrapreżenta għarfien ta’ qasam ta’ l-
agrikoltura preferibbilment relatat ma’ kondizzjonijiet lokali.
(3) Id-dissertazzjoni għandha tkun ta’ tul skond kif ikun dirett
mill-Bord iżda m’għandhiex normalment tkun ta’ anqas minn
30,000 kelma u aktar minn 35,000 kelma.
(4) Id-dissertazzjoni għandha tkun ippreżentata f’dik il-forma
u għandha tiġi sottomessa f’dik in-numru ta’ kopji li l-Bord jista’
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF SCIENCE - 
M.SC. - IN AGRICULTURAL SCIENCES ġ L.S.327.63 3
jordna.
Bord ta’ l-
Eżamijiet.
10. (1) Għandu jkun hemm Bord ta’ l-Eżamijiet kompost minn
eżaminatur barrani minn Università  oħra u erba’ membri ohra mill-
istaff akkademiku. Il-Bord ta’ l-Eżamijiet għandu jkun maħtur mis-
Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
(2) Il-Bord ta’ l-Eżamijiet għandu jkun responsabbli għall-
valutazzjoni tad-dissertazzjoni u ta’ l-eżamijiet finali.
(3) Il-Bord ta’ l-Eżamijiet għandu jeħtieġ li kull kandidat
jattendi eżami viva voce.
(4) Kandidat li d-dissertazzjoni tiegħu tinsab insodisfaċenti
jista’ jiġi ordnat mill-Bord ta’ l-Eżamijiet li jerġa’ jiktibha kollha
jew in parti u li jerġa’ jissottomettiha għall-eżami wara mhux inqas
minn tliet xhur.
Riżultati.
kredti miksuba, ir-riżultati ta’ l-eżamijiet bil-miktub u l-meriti tad-
dissertazzjoni.
(2) L-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw għall-Grad
għandhom ikunu ppublikati f’ordni alfabetiku u klassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni, jew
Għadda.
