ĠENERALI DWAR IL-BORDIJIET TA’ STUDJI ġ L.S.327.64 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.64
REGOLAMENTI ĠENERALI DWAR
IL-BORDIJIET TA’ STUDJI
15 ta’ Marzu, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 39 ta’ l-1996.
Titolu.
dwar il-Bordijiet ta’ Studji.
Applikabilità .
akkademika 1994/95.
Twaqqif ta’ 
Bordijiet.
3. Għandu jkun hemm Bord ta’ Studji għal kull kors ta’ studji
li jwassal għall-għoti ta’ ċertifikat, diploma jew grad.
Kompożizzjoni tal-
Bordijiet.
4. Kull Bord ta’ Studji għandu jiġi maħtur mis-Senat u
normalment għandu jkun magħmul minn:
(a) id-Dekan tal-Fakultà  jew id-Direttur ta’ l-Istitut
rilevanti, jew id-deputat nominat minnu, bħala
Chairman, u mill-anqas tnejn iżda mhux iżjed minn
ħames membri akkademiċi maħturin fuq il-parir tal-
Bord tal-Fakultà  jew tal-Bord ta’ l-Istitut normalment
minn fost il-Kapijiet tad-Dipartimenti jew
Koordinaturi li għandhom x’jaqsmu b’mod sinifikanti
fit-tmexxija tal-kors. Fejn kors huwa koordinat minn
persuna speċifikament maħtura mill-Bord, il-
koordinatur għandu jkun il-Viċi Chairman;
(b) żewġ studenti eletti minn u fost l-istudenti tal-kors; u
(ċ) uffiċjal tal-Fakulta, jew membru mill-istaff
akkademiku nominat mir-Reġistratur, li għandu jkun
is-segretarju.
Funzjonijiet tal-
Bordijiet.
5. Il-funzjonijiet tal-Bord għandhom ikunu:
(a) li jimplementa r-regolamenti tat-tmexxija tal-kors ta’
studji, skond id-direttivi ġenerali li jingħataw mill-
Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-Istitut rilevanti;
(b) li jissorvelja u jevalwa l-programm tal-kors;
(ċ) li jagħmel proposti lill-Bord tal-Fakultà  jew ta’ l-
Istitut rilevanti għar-reviżjoni tal-programm tal-kors u
tar-regolamenti; u
(d) li jissorvelja l-proċeduri wzati fil-valutazzjoni tax-
xogħol ta’ l-istudenti.
