KONDIZZJONIJIET MINIMI NAZZJONALI GĦAL SKEJJEL 
LI JGĦALLMU L-INGLIŻ BĦALA ILSIEN BARRANI ġ L.S.327.65 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.65
REGOLAMENTI DWAR KONDIZZJONIJIET 
MINIMI NAZZJONALI GĦAL SKEJJEL LI 
JGĦALLMU L-INGLIŻ BĦALA ILSIEN BARRANI
9 ta’ April, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 60 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviż Legali 133 ta’ l-
1998.
Titolu.
Kondizzjonijiet Minimi Nazzjonali għal Skejjel li Jgħallmu l-Ingliż
bħala Lsien Barrani.
Tifsir.
quddiem mogħtija, il-kliem u l-frażijiet għandu jkollhom l-istess
tifsir mogħti lilhom fl-Att:
"assoċjazzjoni" tfisser assoċjazzjoni ta’ skejjel li jgħallmu l-
Ingliż bħala lsien barrani li fil-fehma tal-Ministru -
(a) tirrappreżenta dak l-għadd ta’ skejjel li jkunu matul is-
sena li tkun ġiet minnufih qabel, taw servizz lill-akbar
għadd ta’ studenti; u
(b) tkun stabbiliet għall-iskejjel assoċjati magħha dawk il-
linji ta’ prinċipju li jkollhom l-għan li jassiguraw
livelli akkademiċi li għall-inqas ikunu jħarsu l-htiġiet
ta’ dawn ir-regolamenti;
Kap. 327.
"Bord" tfisser il-Bord ta’ Sorveljanza mwaqqaf bir-regolament 5;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni;
"pakkett li jinkludi kollox" tfisser it-tagħlim irranġat minn qabel
ġewwa skola li mill-anqas jitlaqqa’ ma’ xi servizz mhux
akkademiku ieħor imsemmi hawn aktar ’il quddiem, meta dan jiġi
offrut minn skola, sew bi prezz inklużiv jew separatament, u meta
dak il-pakkett ikun ikopri perijodu ta’ iktar minn erbgħa w għoxrin
siegħa, ikun jinkludi wkoll -
(a) akkommodazzjoni jew alloġġ ta’ kull xorta;
(b) servizzi oħra li mhumiex anċillari għall-
akkommodazzjoni u ekwivalenti mill-anqas għal kwart
mill-ħin dedikat għat-tagħlim inkluż fil-pakkett;
"servizz mhux akkademiku" tfisser kull servizz provdut minn
skola bħala parti minn pakkett li jinkludi kollox minbarra għal dak
li hu tagħlim;
"skola" tfisser skola skond ma jitfisser fl-Att, li jkollha bħala
attività  prinċipali tagħha t-taghlim ta’ l-Ingliż bħala lsien barrani.
Għan.
kondizzjonijiet minimi nazzjonali għal dawk l-iskejjel li l-attività
prinċipali tagħhom hi li jorganizzaw korsijiet għat-tagħlim ta’ l-
2 L.S.327.65 ħ
KONDIZZJONIJIET MINIMI NAZZJONALI GĦAL SKEJJEL 
LI JGĦALLMU L-INGLIŻ BĦALA ILSIEN BARRANI
Ingliż bħala lsien barrani lil studenti li ma jkunux ċittadini ta’
Malta.
Kondizzjonijiet 
minimi nazzjonali.
4. (1) Il-kondizzjonijiet minimi nazzjonali għall-iskejjel
kollha għall-għanijiet ta’ l-artikolu 7 ta’ l-Att huma dawk stabbiliti
fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
(2) Ħlief għal dawk l-iskejjel li jkollhom liċenza debitament
maħruġa taħt l-Att u li jkunu jħarsu d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti, ħadd ma jista’ b’xi mod li jkun jindika jew iqiegħed
lilu nnifsu bħala li għandu liċenza jew approvazzjoni tal-Ministru,
jew li juża kliem li jkunu juru l-istess ħaġa f’xi kartolerija,
brochure jew dokument ieħor.
L.S.327.12 (3) Id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti li jistabilixxu l-
Kondizzjonijiet Minimi Nazzjonali għall-Iskejjel Kollha ma
għandhomx jibqgħu japplikaw għal dawk l-iskejjel fejn isir it-
tagħlim ta’ l-Ingliż bħala lsien barrani b’effett mill-bidu fis-seħħ
ta’ dawn ir-regolamenti.
Bord ta’ 
Sorveljanza.
5. (1) Għandu jitwaqqaf Bord, li jkun magħruf bħala Bord ta’
Sorveljanza, li jkollu dawk il-funzjonijiet u s-setgħat li hemm
stabbiliti fis-subregolamenti (5) u (6).
(2) Il-Bord jintgħamel minn sitt membri li jinħatru kif ġej:
(a) Chairperson u membru wieħed ieħor li jinħatar mill-
Ministru;
(b) membru li jinħatar mill-Ministru responsabbli għat-
turismu;
(ċ) membru li jinħatar mir-Rettur ta’ l-Università  ta’
Malta;
(d) membru li jinħatar mill-assoċjazzjoni;
(e) membru li jiġi elett minn fost kapijiet ta’ skola li
jkollhom liċenza.
(3) Il-Bord għandu jinħatar għal perijodu ta’ mhux aktar minn
sentejn.
(4) Qabel ma ssir l-ewwel laqgħa tal-Bord, iċ-Chairperson u t-
tliet membri l-oħra maħtura skond ir-regolament 5(2)(b) u (ċ)
għandhom ilaqqgħu il-kapijiet ta’ kull skola li jkollha liċenza
sabiex jeleġġu lil dak il-membru tal-Bord li għandu jiġi elett skond
ir-regolament 5(2)(e). Din il-laqgħa għandha titlaqqa’ fi żmien
xahrejn mill-ħatra taċ-Chairperson.
(5) Il-Bord ikollu dawn il-funzjonijiet li ġejjin:
(a) li jagħti parir lill-Ministru dwar il-hruġ ta’ liċenzi, il-
kondizzjonijiet tal-ħruġ u r-revoka tagħhom;
(b) li jissorvelja l-iskejjel li jħarsu d-disposizzjonijiet ta’
l-Att, il-kondizzjonijiet tal-liċenza u ta’ dawn ir-
regolamenti, u li jirrelata dwar dan lill-Ministru;
(ċ) li jirrakkomanda lill-Ministru dawk il-miżuri li l-Bord
jista’ jqis xierqa li jittieħdu kontra kull skola li tikser
id-disposizzjonijiet ta’ l-Att, tal-kondizzjonijiet tal-
liċenza u ta’ dawn ir-regolamenti;
KONDIZZJONIJIET MINIMI NAZZJONALI GĦAL SKEJJEL 
LI JGĦALLMU L-INGLIŻ BĦALA ILSIEN BARRANI ġ L.S.327.65 3
(d) b’mod ġenerali li jagħti parir u jagħmel
rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar kull ħaġa li
tolqot dawk l-iskejjel; u
(e) li jwettaq dawk il-funzjonijiet l-oħra li l-Ministru jista’
jistabbilixxi minn żmien għal żmien.
(6) Mingħajr preġudizzju għall-jeddijiet tal-Ministru skond l-
Att, il-Bord ikollu dawk is-setgħat u kull awtorità  li jistgħu
jenħtieġu għat-twettiq sew minnu ta’ xi waħda jew kull waħda mill-
funzjonijiet stabbiliti fis-subregolament (5). Mingħajr preġudizzju
għal dak imsemmi qabel is-setgħat tal-Bord għandhom jinkludu s-
setgħa li jagħmel investigazzjonijiet u spezzjonijiet ta’ skejjel u li
jagħmel intervisti ma’ kull min ikollu x’jaqsam mat-tmexxija ta’ xi
skola bil-għan li jissorvelja u jwettaq it-tħaris tad-disposizzjonijiet
ta’ l-Att, tal-kondizzjonijiet tal-liċenza u ta’ dawn ir-regolamenti, u
li jirrelataw dwar dan lill-Ministru.
Pakkett li jinkludi 
kollox.
6. L-iskejjel kollha għandhom iħarsu d-disposizzjonijiet
stabbiliti fit-Taqsimiet A u B ta’ l-Iskeda. Dawk l-iskejjel li
jipprovdu pakkett li jinkludi kollox għandhom, minbarra li jħarsu t-
Taqsimiet A u B ta’ l-Iskeda, iħarsu kif ukoll jimxu skond il-
kondizzjonijiet minimi stabbiliti fit-Taqsima Ċ ta’ l-Iskeda.
Pakkett turistiku.
mill-pakkett turistiku offert, organizzat jew mod ieħor avvanzat
minn xi ħadd kemm-il darba dik l-iskola ma tkunx qeghda twettaq
xi kuntratt bil-miktub magħmul ma’ dik il-persuna. Dak il-kuntratt
għandu jkun jipprovdi li dik il-persuna għandha twettaq dawk il-
miżuri u tuteli għall-ħarsien u l-benesseri ġenerali ta’ studenti li
jkunu għadhom m’għalqux it-tmintax-il sena, liema miżuri u tuteli
għandhom mill-inqas ikunu daqs dawk li l-iskola nnifisha kienet
twettaq li kieku kienet l-istess skola li kienet qed tipprovdi pakkett
li jinkludi kollox.
Reati u pieni.
disposizzjoni ta’ dawn ir-regolamenti, ikun ħati ta’ kontravvenzjoni
u jeħel, meta jinsab ħati, piena ta’ mhux iżjed minn mitejn lira u
piena addizzjonali ta’ għaxar liri għal kull ġurnata li matulha
jkompli r-reat fil-każ ta’ reat kontinwu.
Emendata:
A.L. 133 ta’ l-
1998.
SKEDA
(Regolament 6)
TAQSIMA A - AKKOMMODAZZJONI FIL-KLASSI
1. Il-bini ta’ l-iskola għandu:
(a) jkun f’kondizzjoni strutturali tajba u jkun imżejjen
sew;
(b) jkun ventilat sew u arjuż, protett mis-sħana, mill-kesħa
u l-umdità  u mdawwal sew;
(ċ) jkun dejjem nadif, ikun konformi ma’ kull regolament
sanitarju dwar il-bini tal-iskejjel, u ssirlu
manutenzjoni regolari;
4 L.S.327.65 ħ
KONDIZZJONIJIET MINIMI NAZZJONALI GĦAL SKEJJEL 
LI JGĦALLMU L-INGLIŻ BĦALA ILSIEN BARRANI
(d) jkun ħieles minn kull periklu għall-persuna u għas-
saħha, u jkollu sinjali biżżejjed ta’ minn fejn wieħed
jista’ joħroġ f’każ ta’ ħruq kif ukoll tagħmir biżżejjed
biex jitfi n-nar;
(e) jkollu għadd biżżejjed ta’ klassijiet biex ikun hemm
akkommodazzjoni tajba għall-istudenti kollha li jiġu
aċċettati fl-iskola f’kull waqt.
2. Il-Kapijiet ta’ l-iskejjel għandhom jagħtu lil kull persuna li
tiġi hekk awtorizzata mid-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni li
jispezzjona lil xi skola, kull kooperazzjoni u għajnuna li tista’
skond il-liġi hekk tenħtieġ minn dik il-persuna. L-iskejjel tista’
wkoll issirilhom spezzjoni mill-ispetturi tas-saħħa f’kull żmien, u
dawn għandhom iharsu dawk l-istruzzjonijiet leġittimi li jingħataw
minn dawk l-ispetturi. L-ispezzjonijiet jistgħu wkoll isiru minn, u
fuq talba tal-Bord ta’ Sorveljanza, f’liema każ dak l-uffiċjal tad-
Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni li jkun qed jagħmel l-ispezzjoni
għandu jwassal kopja tar-rapport fuq l-ispezzjoni liċ-Chairperson
tal-Bord tramite d-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni.
3. Il-klassijiet għandu jkollhom dawk il-qisien u jkun hemm
ġewwa fihom dik l-għamara li tkun tiżgura li kull student li jkun
ġie akkomodat fihom ikollu fejn ikun jista’ joqgħod bilqegħda u
jikteb b’mod komdu. L-iskrivaniji, s-siġġijiet, l-imwejjed u kull
għamara oħra għandhom ikunu fi stat ta’ manutenzjoni tajba u
għandhom jaghtu lok li jkun hemm flessibilità  fil-medda tal-klassi.
4. Il-klassijiet għandhom ikunu mgħammra sew b’kull
teaching aid skond id-daqs tal-klassi u l-livelli ta’ tagħlim. Kull
klassi għandu mill-inqas ikollha board u/jew xi mezz ieħor ta’
turija grafika li tkun kbira biżżejjed għal dik il-klassi u li titqiegħed
f’pożizzjoni li jkunu jistghu jarawha l-istudenti kollha.
5. Kull klassi għandu jkollha dħul indipendenti.
6. L-iskejjel għandhom jipprovdu żoni komuni adegwati u
aċċessibbli, li jkunu adatti fid-daqs skond l-għadd sħiħ ta’ studenti
li jkun hemm fi ħdan l-iskola f’kull waqt. Iż-żoni komuni
għandhom ukoll jipprovdu faċilitajiet xierqa għal-
akkommodazzjoni ta’ studenti matul il-ħin tal-break u l-istudenti
għandu jkollhom aċċess għalihom bejn lezzjoni w oħra.
7. Il-faċilitajiet tat-toilette u dawk sanitarji għandhom jiġu
approvati mill-awtoritajiet tas-saħħa kompetenti. Dawk il-
faċilitajiet għandom ikunu skond l-għadd sħiħ ta’ studenti li jkun
hemm fil-bini tal-iskola f’kull waqt. Faċilitajiet ta’ toilette separati
għall-irġiel u għan-nisa għandhom jiġu provduti bir-rata ta’ toilette
għal kull 50 student. Il-persunal ta’ dawk li jgħallmu u persunal
ieħor għandu jkollhom it-toilette u l-faċilitajiet sanitarji separati
tagħhom. Kull toilette u faċilita sanitarja għandhom ikunu nodfa u
iġjeniċi.
8. Kull deskrizzjoni miktuba u/jew tpinġija grafika, inkluża
kull xbiha fotografika jew b’kull mezz ieħor, li jkunu użati biex
iġibu ’l quddiem, jagħtu pubbliċità  jew jiddeskrivu l-faċilitajiet ta’
l-iskola, għandhom ikunu xbiha ta’ l-iskola u tal-faċilitajiet tagħha
fidila u preċiża u għandha tkun taqbel ma’ l-istat veritier ta’ l-
KONDIZZJONIJIET MINIMI NAZZJONALI GĦAL SKEJJEL 
LI JGĦALLMU L-INGLIŻ BĦALA ILSIEN BARRANI ġ L.S.327.65 5
iskola, tal-klassijiet u taż-żoni komuni li jkunu qeghdin jiġu
deskritti, impinġija jew murija.
9. Kull deskrizzjoni jew xbiha li jkollhom skop li jagħmlu
pubbliċità , iġibu ’l quddiem jew ibiegħu is-servizzi u l-faċilitajiet,
inklużi teaching aids, materjal ta’ tagħlim, klassijiet, tagħmir,
faċilitajiet audio-viżivi u audio-lingwali ta’ l-iskola għandhom
ikunu deskrizzjoni jew xbiha fidila u preċiża tas-servizzi u
faċilitajiet attwalment provduti minn dik l-iskola.
TAQSIMA B - PERSUNAL AKKADEMIKU
1. Direttur ta’ l-Istudji.
1.1 Kap ta’ Skola għandu jaħtar Direttur ta’ l-Istudji li jkollu
responsabbiltà  sħiha fuq kull ħaġa akkademika ta’ l-iskola. Ħlief
għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1.3 li hemm hawn iktar ’il
quddiem, ebda ħaġa msemmija f’din id-disposizzjoni ma għandha
tipprojbixxi lil Kap ta’ Skola milli jagħmilha ta’ Direttur ta’ l-
Istudji.
1.2 Kull min jinħatar biex jagħmilha ta’ Direttur ta’ l-Istudji
għandu jkollu dik il-ħatra fuq bażi esklusiva, u fi żmien definit ikun
jista’ jagħmilha biss ta’ tali direttur fi skola waħda biss.
1.3 Id-Direttur ta’ I-Istudji għandu jkollu l-kwalifiki hawn
iktar ’il quddiem stabbiliti:
(a) warrant ta’ għalliem permanenti/temporanju;
(b) minimu ta’ 1,000 siegħa tagħlim ta’ l-Ingliż bħala
lsien barrani;
(ċ) first degree fl-Ingliż maħruġ minn Università
rikonoxxuta jew diploma jew kwalifika ogħla maħruġa
minn istituzzjoni rikonoxxuta ghat-tagħlim ta’ l-Ingliż
bħala lsien barrani.
1.4. Id-Direttur tal-Istudji jkun responsabbli għall-
amministrazzjoni ta’ kuljum ta’ l-iskola u għall-affarijiet
akkademiċi kollha ta’ l-iskola. Id-Direttur ta’ l-Istudji għandu jkun
preżenti fi ħdan l-iskola f’kull waqt meta jkunu qed isiru l-korsijiet.
Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità  ta’ dak imsemmi qabel, id-
dmirijiet u r-responsabbiltajiet tad-Direttur ta’ l-Istudji għandhom
jinkludu:
(a) it-tfassil u t-twettiq tal-kors;
(b) il-preparazzjoni ta’ kull test ta’ kollokament u finali u
l-ħruġ ta’ ċertifikati;
(ċ) ir-reklutaġġ u t-taħriġ in-service li jsir ta’ l-għalliema;
(d) li jiġu stabbiliti u jinżammu livelli akkademiċi minimi;
(e) il-benesseri akkademiku ta’ l-istudenti u ta’ l-
għalliema;
(f) iż-żamma sew ta’ rassenja ta’ attendenza ta’ l-
istudenti;
(g) li jikkoordina bejn l-iskola u d-Dipartiment ta’ l-
Edukazzjoni dwar ħwejjeġ akkademiċi;
(h) li jħares kull ħtieġa fuqu imposta li jirrelata li tista’
6 L.S.327.65 ħ
KONDIZZJONIJIET MINIMI NAZZJONALI GĦAL SKEJJEL 
LI JGĦALLMU L-INGLIŻ BĦALA ILSIEN BARRANI
leġittimament minnu tintalab minn żmien għal żmien
mid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni jew mill-Bord ta’
Sorveljanza b’mod preċiż u fi żmien stipulat; u
(i) li jħares kull liġi u regolament li jkunu japplikaw dwar
dan.
2. Għalliema
2.1 Ebda skola m’għandha timpjega jew mod ieħor tqabbad
għalliema li ma jkollhomx il-kwalifiki minimi stabbiliti b’dawn ir-
regolamenti.
2.2 Il-kwalifiki minimi għall-għalliema huma dawn li ġejjin:
L-għalliema:
(a) għandhom ikunu għalqu t-tmintax-il sena;
(b) għandu jkollhom warrant ta’ għalliem permanenti/
temporanju;
(ċ) għandu jkollhom livell edukattiv fil-grad ta’ matrikola;
(d) għandhom ikunu għamlu b’suċċess kors ta’ dħul fil-
metodoloġija tat-tagħlim ta’ l-Ingliż bħala lsien
barrani, kif approvat mill-Ministru fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord;
(e) għandu jkollhom ċertifikat fl-Ingliż fil-grad ta’
Advanced Level maħruġ minn istituzzjoni rikonoxxuta,
jew kwalifiki komparabbli.
2.3 Kull min ikollu mill-inqas ħames snin ta’ esperjenza mhux
interrotta fit-taghlim ta’ l-Ingliż bħala lsien barrani qabel ma jidħlu
fis-seħħ dawn ir-regolamenti għandu jitqies bħala li jissodisfa l-
ħtieġa ta’ kwalifika skond il-paragrafu 2.2(ċ) ta’ hawn aktar qabel.
2.4 Skola tista’, skond ma jidhirlu d-Direttur ta’ l-Istudji,
tqabbad is-servizzi ta’ nies speċjalizzati sabiex dawn jagħtu
lezzjonijiet ta’ l-Ingliż għal għanijiet speċifiċi jew f’suġġetti
speċjalizzati. Min jiġi hekk imqabbad m’għandux, għall-għanijiet
ta’ dawn ir-regolamenti, jitqies li jagħmel sehem mill-persunal ta’
l-għalliema ta’ l-iskola u ma jkunx meħtieġ li jkollu l-ħtiġiet
stabbiliti fil-paragrafu 2.2(b), (ċ) u (d) ta’ hawn aktar qabel.
Minkejja dak li ntqa1 qabel id-Direttur ta’ l-Istudji jkollu r-
responsabbiltà  li jiżgura li kull min jiġi hekk imqabbad ikun jista’
jiggarantixxi livell sodisfaċenti ta’ Ingliż mitkellem u ta’ tagħlim
f’dak il-qasam speċjalizzat, u li dik il-persuna tkun kwalifikata fil-
qasam speċjalizzat li jirrigwarda dawk il-lezzjonijiet. Dawk il-
persuni għandhom jaħdmu flimkien mal-persunal tat-tagħlim
regolari biss kemm-il darba dan ikun jenħtieġ minħabba fil-
lezzjonijiet f’dak il-qasam speċjalizzat.
3. Ċertifikati
3.1 L-iskejjel għandhom joħorġu ċertifikat ta’ attendenza, li
jkun iġib il-firma tad-Direttur ta’ l-Istudji, għal kull student u dan
ikun juri x’kien it-titolu u l-livell tal-kors li jkun għamel, flimkien
mad-dati ta’ l-attendenza u l-għadd ta’ sigħat li dak l-istudent ikun
fil-fatt attenda matulhom.
KONDIZZJONIJIET MINIMI NAZZJONALI GĦAL SKEJJEL 
LI JGĦALLMU L-INGLIŻ BĦALA ILSIEN BARRANI ġ L.S.327.65 7
3.2 Meta student ikun speċifikament hekk jeħtieġ, skola
għandha tohroġ skritt dwar il-kors li jfassal x’kienu l-oqsma jew is-
suġġetti trattati matul il-kors, kif ukoll x’kienet il-profiċjenza
miksuba minn dak l-istudent.
TAQSIMA Ċ - AFFARIJIET MHUX AKKADEMIĊI
1. Dawk l-iskejjel li jkunu joffru servizzi mhux akkademiċi
lill-istudenti bħala parti minn pakkett li jinkludi kollox għandhom
jaħtru Amministratur li jkollu responsabbiltà  sħiħa għas-servizzi
mhux akkademiċi kollha offerti mill-iskola. L-Amministratur jista’
jkun l-istess persuna maħtura bħala Direttur ta’ l-Istudji, f’liema
każ dik il-persuna għandha b’żieda ma’ dmirijietħa bħala Direttur
ta’ l-Istudji, jkollha wkoll ir-responsabbiltajiet ta’ Amministratur.
2. Id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet ta’ Amministratur
jistgħu jiġu fdati lil Bord ta’ Amministrazzjoni, f’liema każ ir-
responsabbiltajiet ta’ Amministratur ikunu kollettivament vestiti
fil-membri kollha tal-Bord ta’ Amministrazzjoni.
3. Sew jekk is-servizzi mhux akkademiċi provduti mill-iskola
jkunu qegħdin hekk jingħataw direttament mill-iskola jew tramite
aġenti jew sub-appaltaturi, l-iskola għandha tibqa’ responsabbli
għall-għoti ta’ dawk is-servizzi u l-Amministratur għandu jiżgura li
s-servizzi mhux akkademiċi li setgħu ġew offerti f’pakkett li
jinkludi kollox jiġu effettivament provduti f’livelli li jkunu skond
ma soltu jsir fl-għoti ta’ dawk is-servizzi u b’mod konformi ma’ l-
obbligi kontrattwali relattivi.
4. Id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet ta’ Amministratur għal
servizzi mhux akkademiċi għandhom ikunu jinkludu dan li ġej:
4.1 l-għoti ta’ servizz ta’ pariri u ta’ tagħrif lil studenti
matul is-sigħat ta’ l-iskola normali;
4.2 li jikkoordina l-affarijiet ma’ kull persuna jew enti li
permezz tagħhom l-iskola tkun tipprovdi
akkommodazzjoni jew alloġġ għall-istudent;
4.3 li jikkoordina l-affarijiet ma’ kull persuna jew enti li
permezz tagħhom l-iskola tkun tipprovdi arranġamenti
ta’ trasport, rikreazzjoni, divertiment u attivitajiet
kulturali f’Malta;
4.4 fil-każ ta’ studenti li jkunu għadhom ma għalqux it-
tmintax-il sena:
(a) li ssirilhom superviżjoni adegwata f’dawk l-
attivitajiet li jistgħu jiġu organizzati mill-iskola
minn żmien għal żmien;
(b) l-għoti ta’ servizz ta’ emerġenza matu1 24
siegħa lil mexxeja ta’ studenti, aġenziji u
awtoritajiet kompetenti u lil dawk l-istudenti
meta jkun hemm minorenni li jkunu qeghdin
jivvjaġġaw waħedhom mingħajr ħadd ma
jmexxiħom;
(ċ) li jittieħdu dawk il-miżuri li jistgħu jenħtieġu
sabiex jiġi tutelat il-benesseri ġenerali ta’ l-
istudenti matul iż-żjara tagħhom f’Malta;
8 L.S.327.65 ħ
KONDIZZJONIJIET MINIMI NAZZJONALI GĦAL SKEJJEL 
LI JGĦALLMU L-INGLIŻ BĦALA ILSIEN BARRANI
4.5 l-approvazzjoni ta’ faċilitajiet għall-ikel u alloġġ u
sabiex jiġi żgurat li dawk il-faċilitajiet ikunu f’kull
waqt konformi mal-kondizzjonijiet kollha tal-liċenza
kif ukoll ma’ kull regolament li japplika, u li jkunu
sewwasew dak li kien ġie offrut lill-istudent bħala
parti mill-pakkett li jinkludi kollox;
4.6 l-iskrutinar tal-permessi u awtorizzazzjonijiet
meħtieġa minn kull sub-appaltatur/aġent jew persuni
oħra li jkunu qegħdin jagħtu xi servizz lill-istudenti
f’isem l-iskola;
4.7 li jiżgura li kull deskrizzjoni jew xbiha magħmula
mill-iskola li tkun intiża jew magħmula bil-għan li
jinbiegħu, jiġu pubbliċizzati jew xort’oħra jinġiebu ’l
quddiem is-servizzi mħux akkademiċi offruti mill-
iskola, tkun deskrizzjoni jew xbieha fidila u preċiża
tas-servizzi u faċilitajiet effettivament provduti.
5. L-Amministratur għandu jiżgura li l-iskola tħares ir-
regolamenti kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-impieg ta’ persuni
hekk kif dawn jolqtu lill-impjegati kollha ta’ l-iskola.
