TMEXXIJA TA’ L-EŻAMIJIET TAL-MATRIKOLA U 
TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA ġ L.S.327.66 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.66
REGOLAMENTI GĦAT-TMEXXIJA TA’
L-EŻAMIJIET TAL-MATRIKOLA U TAĊ-
ĊERTIFIKAT TA’ L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA
12 ta’ April, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 62 ta’ l-1996.
Titolu.
Tmexxija ta’ l-Eżamijiet tal-Matrikola u taċ-Ċertifikat ta’ l-
Edukazzjoni Sekondarja.
Ġenerali.
tal-Matrikola fil-Livell Avanzat u fil-Livell Intermedju u għall-
Eżami għaċ-Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja mmexxi mill-
Bord u mis-Support Unit ta’ l-Eżamijiet tal-Matrikola u taċ-
Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja, (il-Bord tal-MATSEC) kif
provdut fl-Istatut 4 ta’ l-Università  ta’ Malta.
(2) Minbarra dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw ir-
Regolamenti għall-Eżami tal-Matrikola u għall-Eżami għaċ-
Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja ppubblikati kull sena.
Il-Kumitati tas-
Suġġett.
3. (1) Kumitat tas-Suġġett għandu jiġi mwaqqaf għal kull
suġġett jew grupp ta’ suġġetti offruti fi ħdan l-Eżami tal-Matrikola
fil-Livell Avanzat u f’dak Intermedju u ta’ l-Eżami għaċ-Ċertifikat
ta’ l-Edukazzjoni Sekondarja.
(2) Kull Kumitat tas-Suġġett għandu jikkonsisti:
(a) f’Panel tas-Sillabu, maħtur għal perijodu ta’ sentejn;
(b) f’Panel tal-Paper Setters, maħtur għal perijodu ta’
sena; u
(ċ) f’Panel tal-Markers, maħtur għal perijodu ta’ sena.
(3) Il-ħatra ta’ persuni fuq dawn il-panels tista’ tiġġedded.
Il-kompożizzjoni 
tal-Kumitati tas-
Suġġett.
4. (1) Panel tas-Sillabu: Panel tas-Sillabu hu magħmul minn
numru ta’ membri ta’ l-istaff akkademiku ta’ l-Università , id-
Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni u l-Assoċjazzjoni ta’ l-Iskejjel
Privati kif xieraq, magħżula għall-kapaċitajiet li jistgħu joffru għal
Panel tas-Sillabu u wara konsultazzjoni mal-korpi konċernati.
Wieħed mill-membri jkun iċ-Chairman.
(2) Fil-każ ta’ l-Eżami għaċ-Ċertifikat ta’ l-Edukazzjoni
Sekondarja:
(a) in-numru ta’ membri ta’ l-istaff akkademiku ta’ l-
Università  m’għandux jeċċedi, sakemm hu possibbli,
in-nofs tan-numru totali tal-membri tal-panels; u
(b) in-numru ta’ panels tas-Sillabu mmexxija minn
membri ta’ l-istaff akkademiku ta’ l-Università  ma
jeċċedix in-nofs tal-membri tal-panels.
(3) Panel tal-Paper Setters: Panel tal-Paper Setters għandu
2 L.S.327.66 ħ
TMEXXIJA TA’ L-EŻAMIJIET TAL-MATRIKOLA U 
TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA
jkun magħmul minn mill-inqas tnejn jew l-aktar tliet membri li
wieħed minnhom ikun iċ-Chairman. F’ċirkostanzi eċċezzjonali,
jista’ jinħatar membru addizzjonali. Il-panel jinħatar mill-Kunsill
ta’ l-Università  bir-rakkomandazzjoni tal-Bord tal-MATSEC u tas-
Senat.
(4) Panel tal-Markers: Panel ta’ Markers ikun magħmul minn
mill-inqas tliet membri, li wieħed minnhom ikun iċ-Chairman. Il-
panel jinħatar mill-Kunsill ta’ l-Università  bir-rakkomandazzjoni
tal-Bord tal-MATSEC u tas-Senat. Markers addizzjonali jistgħu
jinħatru jekk in-numru ta’ kandidati li rreġistraw għall-eżami
f’suġġett partikolari jitlob hekk.
Ir-rwol tal-
Kumitati tas-
Suġġett.
5. (1) Panel tas-Sillabu: Panel tas-Sillabu huwa responsabbli
prinċipalment biex jinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-kurrikulu fl-iskejjel
u biex jitfassal sillabu fis-suġġett/i li għalih jiġi maħtur. Dan is-
sillabu għandu jiġi sottomess għall-approvazzjoni tal-Bord tal-
MATSEC u tas-Senat u jiġi ppubblikat normalment kull sena u
għallinqas kull sentejn qabel id-data ta’ l-eżami li għalih jirreferi.
(2) Panel tal-Paper Setters: Panel tal-Paper Setters huwa
responsabbli għat-thejjija tal-karti ta’ l-eżami u għal skema ta’
marki fis-suġġett jew suġġetti għal kull sessjoni ta’ l-eżami. Il-karti
ta’ l-eżami għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti u l-għanijiet tal-
valutazzjoni, u għandhom ikopru l-kontenut tas-suġġett, kif
speċifikat fis-sillabu. Il-karti ta’ l-eżami għandhom ikunu
sottomessi lir-Reġistratur ta’ l-Universitià  għall-istampar mhux
aktar tard minn tliet ġimgħat qabel l-eżami rispettiv.
(3) Panel tal-Markers: Il-membri ta’ kull Panel tal-Markers
għandhom ikunu responsabbli biex jimmarkaw l-iskritti ta’ l-eżami
mqassma lilhom mill-persuna li tkun tagħmilha ta’ Chairman tal-
panel skond skema ta’ marki li jaqbel maghha l-Panel tal-Paper
Setters. Il-persuna li tmexxi l-panel ma timmarka l-ebda skritt iżda
għandha taqra kampjun rappreżentattiv u taġixxi bħala moderatur
biex tiżgura li l-markers kollha qed jaderixxu ma’ l-istess
standards. F’suġġetti fejn il-valutazzjoni mill-għalliema hija
pprovduta, il-Panels tal-Markers jistgħu jieħdu in konsiderazzjoni
l-valutazzjonijiet tal-proġetti, il-valutazzjonijiet u l-profiċjenza
orali mogħtija minn għalliema awtorizzati, approvati mill-Bord tal-
MATSEC, skond il-proċeduri stabbiliti minn dak il-Bord. Sakemm
ma jingħadx mod ieħor fis-sillabi rilevanti, il-marki miksuba fi
proġett jew valutazzjoni fl-ewwel sessjoni jistgħu jibqgħu l-marki
applikabbli għas-sessjonijiet li jmiss ta’ l-eżami. Meta meħtieġ,
membru tal-Panel tal-Markers jista’ jitqiegħed moderatur tal-marki
mogħtija minn għalliema awtorizzati.
Eliġibilità  biex 
wiebed iservi fuq 
il-panels tal-Paper 
Setters u tal-
Markers.
6. (1) Membri tal-Panels tal-Paper Setters u tal-Panels tal-
Markers ma jkunux eliġibbli biex jieħdu sehem fix-xogħol ta’
panel f’sessjoni partikolari ta’ l-eżamijiet jekk:
(a) huma qraba ta’ kandidat b’konsangwinità  jew
b’affinità  sat-tielet grad;
(b) kienu, f’xi żmien matul tnax-il xahar qabel l-eżami
relattiv, kustodji ta’ xi kandidat; jew
(ċ) kienu, f’xi żmien matul it-tnax-il xahar qabel l-eżami
TMEXXIJA TA’ L-EŻAMIJIET TAL-MATRIKOLA U 
TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA ġ L.S.327.66 3
relattiv jgħallmu lil xi kandidat fis-suġġett ta’ l-eżami
jew f’suġġett li hu qrib tiegħu; jew
(d) kienu f’xi żmien matul it-tnax-il xahar qabel l-eżami
relattiv, taw lezzjonijiet privati fis-suġġett ta’ l-eżami
jew f’suġġett li hu qrib tiegħu.
(2) Membri tal-Panels tal-Paper Setters u tal-Markers
għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni, wara li jkunu raw il-lista tal-
kandidati li rreġistraw għall-eżami f’suġġett partikolari, fejn huma
jikkonfermaw li mhumiex skwalifikati li jieħdu sehem fix-xogħol
ta’ panel, taħt xi waħda mid-disposizzjonijiet preċedenti ta’ dan ir-
regolament.
(3) Ir-Rettur, wara konsultazzjoni mal-persuna li tkun qed
taghmilha ta’ Chairman tal-panel jaħtar Paper Setter jew Marker
ieħor minflok membru li hu skwalifikat kif intqal hawn fuq.
(4) Fejn il-membru li nbidel huwa l-persuna li qed taghmilha
taċ-Chairman ta’ Panel, ir-Rettur għandu jaħtar lil Paper Setter
jew Marker li jkun ġa qieghed fuq il-panel biex jiehu dan ir-rwol u
membru ieħor sostitwit kif ikun meħtieġ.
Proċeduri tal-
Kumitati tas-
Suġġett.
7. (1) Il-Panels tas-Sillabu, tal-Paper Setters u tal-Markers
għandhom jiddeterminaw il-proċeduri li għandhom jittieħdu
minnhom.
(2) Id-deċiżjonijiet tal-Panels tal-Paper Setters u tal-Markers
għandhom jittieħdu b’maġġoranza ta’ voti. L-ebda membru ma
jista’ jastjeni fil-votazzjoni. Fil-każ ta’ voti ndaqs, il-membru li
jkun iċ-Chairman ikollu u għandu jagħti t-tieni vot:
Iżda ċ-Chairman ikun jista’ jikkonsidra materja bħala
deċiża jekk il-kunsens ġenerali fost il-membri jidher li jkun favur
dik id-deċiżjoni u ebda vot majkun mitlub.
(3) Membri tal-Panels tal-Paper Setters u tal-Markers
għandhom iqisu bħala kunfidenzjali kull ħaġa marbuta ma’ dawn il-
proċedimenti. Huma għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet kollha
meħtieġa biex jevitaw tixrid ta’ informazzjoni dwar il-karti tal-
mistoqsijiet, l-iskemi tal-marki u l-iskritti ta’ l-eżami lil terzi
persuni.
(4) Membri tal-Panels tal-Markers iridu jattendu Laqgħa ta’
Standardizzazzjoni fejn l-immarkar jiġi diskuss. Din il-laqgħa
għandha ssir ftit wara li jkun sar l-eżami tal-karti bil-miktub
f’suġġett u qabel ma jibda l-immarkar tal-karti ta’ l-eżami.
(5) Membri tal-Panels tal-Markers għandhom itemmu x-
xoghol tagħhom sad-data stabbilita mill-membru li jkun qed
jagħmilha ta’ Chairman tal-Panel. F’każ ta’ mard jew emerġenzi
oħra, is-Support Unit tal-MATSEC għandu jiġi nfurmat sabiex
ikunu jistgħu jsiru arranġamenti alternattivi.
(6) Il-membri kollha tal-Panels tal-Markers għandhom iħejju
rapport qasir dwar il-livell milħuq mill-kandidati li l-iskritti
tagħhom ikunu mmarkaw minnufih wara li jkunu temmew l-
immarkar tagħhom. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu sottomessi
lill-membru li jkun qed jagħmilha ta’ Chairman tal-Panel li għandu
jeħodhom fil-konsiderazzjoni tiegħu meta jkun qed jikkompila r-
4 L.S.327.66 ħ
TMEXXIJA TA’ L-EŻAMIJIET TAL-MATRIKOLA U 
TAĊ-ĊERTIFIKAT TA’ L-EDUKAZZJONI SEKONDARJA
rapport fuq l-eżamijiet li saru matu1 is-sena biex jgħaddihom lill-
Bord tal-MATSEC, lis-Senat u lill-iskejjel. Ir-rapport għandu jagħti
stampa bilanċjata u għandu jinkludi dawk il-kummenti li jkunu ta’
siwi u ta’ interess għall-għalliema fis-suġġett.
Ħlasijiet dovuti 
għall-Kumitati tas-
Suġġett.
8. Membri tat-tliet panels li jiffurmaw Kumitat tas-Suġġett
huma ntitolati għal ħlas, kif stabbilit mill-Kunsill ta’ l-Università .
Ir-reviżjoni ta’ 
karti ta’ l-eżami.
9. (1) Kandidati li mhumiex sodisfatti li l-grad mogħti lilhom
f’xi suġġett jirrappreżenta l-livell tagħhom fl-eżami jistghu jitolbu
reviżjoni ta l-iskritt taghhom ta’ l-eżami.
(2) Talbiet bħal dawn iridu jsiru lir-Reġistratur, fuq il-formula
provduta minnu u flimkien mal-ħlas stabbilit, fil-perjodu indikat
b’avviż li jinħareġ ftit wara l-pubblikazzjoni tar-riżultati. F’każijiet
fejn ir-reviżjoni ta’ l-iskritti ta’ l-eżami tirriżulta fi grad rivedut, il-
ħlas imhallas jingħata lura lill-kandidat.
(3) Ir-reviżjoni tal-karti ta’ l-eżami ssir mill-Panel tal-Markers
oriġinali flimkien ma’ marker addizzjonali, li jinhatar mir-Rettur
għan-nom tas-Senat u bir-rakkomandazzjoni tal-membru li qed
jagħmilha ta’ Chairman tal-Panel tal-Markers.
Ir-ritorn tax-xogħol 
tal-kandidati.
10. Ix-xoghol tal-kandidati (proġetti, rapporti u xogħol ieħor)
li jkun ġie ppreżentat għal valutazzjoni għandu jiġi mogħti lura
mis-Support Unit tal-MATSEC wara kull sessjoni ta’ l-eżamijiet.
Skritti bil-miktub u xogħol prattiku, li sar fi ħdan l-eżami formali,
jinżamm mill-Bord tal-MATSEC.
