KORS TAL-POSTGRADUATE DIPLOMA IN 
ENVIRONMENTAL MANAGEMENT - DIP. ENV. MGT. ġ L.S.327.67 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.67
REGOLAMENTI GĦALL-KORS TAL-
POSTGRADUATE DIPLOMA IN ENVIRONMENTAL 
MANAGEMENT - DIP. ENV. MGT.
16 ta’ April, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 66 ta’ l-1996.
Titolu u tifsir.
Kors tal-Postgraduate Diploma in Environmental Management -
Dip. Eng. Mgt.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji kostitwit taħt ir-regolament
4;
"id-Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in Environmental
Management - Dip. Env. Mgt.;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Postgraduate Diploma in
Environmental Management - Dip. Env. Mgt.
Applikabilità .
Frar 1994 jew wara.
Kwalifiki għad-
dħul.
3. Kandidat ikun eliġibbli biex japplika biex jirreġistra fil-
kors jekk hu:
(a) ġab l-ewwel grad f’suġġett approvat mill-Bord minn l-
Università  ta’ Malta jew kwalifika ekwivalenti minn
Università  barranija; jew
(b) bħala student matur, skond ir-regolament 2.2 tar-
Regolamenti tad-Dħul, ikollu grad ta’ esperjenza
eċċezzjonali fl-istudji ta’ l-ambjent jew f’dixxiplini
konnessi.
Il-Bord.
ir-rakkomandazzjoni ta’ l-Istitut Internazzjoni ta’ l-Ambjent. Dan
għandu jikkonsisti f’Chairman, Koordinatur tal-Kors, żewġ
membri ta’ l-istaff akkademiku u żewġ studenti. Membri oħra
jistgħu jiġu kooptati mill-Bord jekk ikun hemm bżonn.
Tul tal-kors.
Struttura tal-kors.
u proġett integrat li għalihom total ta’ mhux anqas minn 24 kredtu
għandhom jiġu assenjati. Dan għandu jkun maqsum fi tliet partijiet
kif ġej:
(a) Taqsimiet Studju ta’ Orjentazzjoni
(b) Taqsimiet Studju ewlenin
(ċ) Proġett Integrat.
(2) It-Taqsimiet Studju ta’ orjentazzjoni għandhom ikunu
2 L.S.327.67 ħ
KORS TAL-POSTGRADUATE DIPLOMA IN 
ENVIRONMENTAL MANAGEMENT - DIP. ENV. MGT.
maqsuma f’moduli kif ġej:
(a) Modulu ta’ Xjenzi Naturali li jkun jikkonsisti
f’taqsimiet studju li għalihom jiġu assenjati mhux
anqas minn erba’ kredti;
(b) Modulu ta’ Xjenzi Umani li jikkonsisti f’taqsimiet
studju li għalihom jiġu assenjati mhux anqas minn
erba’ kredti;
(ċ) Taqsima Studju ta’ teknika kwantitattiva.
(3) Il-kandidati għandhom jiġu diretti mill-Bord biex isegwu
taqsimiet studju f’moduli fix-Xjenzi Naturali/Umani/Tekniki
kwantitattivi jew taħlita tat-tlieta minnhom skond l-isfond
akkademiku tal-kandidati. Normalment kandidati bi sfond ta’ l-
Istudji Umanistiċi għandhom jiġu diretti biex isegwu taqsimiet
studju fil-modulu tax-Xjenzi Naturali u kandidati bi sfond tax-
Xjenza għandhom jiġu diretti jsegwu taqsimiet studju fil-modulu
tax-Xjenzi Umanistiċi. Il-kandidati għandhom iġibu mhux anqas
minn erba’ kredti fit-taqsimiet studju ta’ orjentazzjoni.
(4) It-taqsimiet studju ewlenin għandhom ikunu maqsuma fi
tliet moduli, li jikkonsistu f’taqsimiet studju li għalihom total ta’
mhux anqas minn ħmistax-il kredtu għandhom jiġu assenjati.
Għandu jkun hemm moduli f’dawn:
(a) Kwistjonijiet ta’ l-Ambjent
(b) Ippjanar ta’ l-Ambjent
(ċ) Maniġjar ta’ l-Ambjent.
Il-kandidati għandhom itemmu t-taqsimiet studju ewlenin
kollha.
(5) Il-kandidati għandhom jaħdmu fuq proġett li għalih jiġu
assenjati ħames kredti li jkunu mfassla b’mod li l-kandidati jkunu
jistgħu jagħmlu użu mill-kapaċitajiet bażiċi u ko-ordinattivi ġodda
tagħhom f’sitwazzjonijiet reali. Ma jkunx hemm programm ta’
tagħlim formali iżda kull kandidat ikun mistenni li jattendi
regolarment it-tutorials mat-tuturi responsabbli għall-Proġett. Kull
supervisor kif ukoll it-tema tal-proġett għandhom jiġu approvati
mill-Bord.
Valutazzjoni tal-
kors.
7. (1) Il-valutazzjoni ta’ kull taqsima fil-kors ta’
orjentazzjoni u fil-kors ewlieni għandha ssir skond il-kriterji
stabbiliti mill-Bord.
(2) Il-Proġett Integrat għandu jiġi vvalutat fuq bażi ta’ lista
tax-xoghol magħmul, tal-materjal grafiku u miktub ippreżentat kif
ukoll ta’ preżentazzjoni verbali quddiem l-eżaminaturi maħtura u l-
esperti mistiedna.
(3) Eżaminaturi esterni jistgħu jiġu mitluba jassistu fil-
valutazzjonijiet kolha jew parti minnhom u fl-eżami ta1-proġett
integrat.
Riżultati. 8. (1) Il-valutazzjoni ta’ kull taqsima studju fil-moduli ta’
orjentazzjoni, fil-moduli tal-kors ewlieni u fil-Proġett Integrat
għandha tingħata l-grad A, B, C, D jew Weħel.
KORS TAL-POSTGRADUATE DIPLOMA IN 
ENVIRONMENTAL MANAGEMENT - DIP. ENV. MGT. ġ L.S.327.67 3
(2) Il-kandidati għandhom jitħallew ikomplu mill-moduli ta’
orjentazzjoni għall-dawk Ewlenin u l-Proġett Integrat biss jekk
iġibu minimu ta’ grad D f’kull taqsima.
(3) Kandidat li jeħel f’xi taqsima studju jista’ jitħalla jirrepeti
l-proċedura ta’ valutazzjoni ta’ dik it-taqsima u f’dan il-każ l-ogħla
marka li jista’ jġib hija D.
Tmiem tal-kors.
sodisfaċentement jekk:
(a) segwew b’suċċess kemm il-kors ta’ orjentazzjoni kif
ukoll il-kors ewlieni u ssodisfaw l-eżaminaturi fil-
valutazzjoni;
(b) issodisfaw l-eżaminaturi fil-Proġett Integrat.
(2) Il-kandidati li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti kollha tal-kors
fi kwalunkwe fażi kif imfissra hawn fuq jistgħu jingħataw l-
opportunità  mill-Bord li jissodisfaw ir-rekwiżiti li jkun fadal fi
żmien speċifikat wara li jkunu ppublikati r-riżultati. F’dan il-każ,
il-marka/grad rispettivament tkun l-anqas waħda.
Għotja u 
klassifikazzjoni 
tad-Diploma.
10. Il-klassifikazzjoni finali tad-Diploma ta’ studenti li
għaddew b’suċċess tkun bbażata fuq ir-riżultati li ġabu f’kull parti
tal-kors u tkun ppublikata bħala riżultat wieħed taħt waħda mill-
kategoriji li ġejjin:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
