KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS 
IN HUMAN RESOURCE DEVELOPMENT - M.A. ġ L.S.327.68 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.68
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF ARTS IN HUMAN RESOURCE 
DEVELOPMENT - M.A.
16 ta’ April, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 67 ta’ l-1996.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Master of Arts in Human Resource
Development - M.A.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtieġx xort’ohra -
"il-Bord tal-Fakultà " ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija,
il-Management u l-Accountancy;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Arts in Human Resource
Development - M.A.;
"il-kors" ifisser il-kors ta’ studji u riċerka li jwassal għall-Grad
ta’ Master of Arts in Human Resource Development - M.A.
Applikabilità .
f’Ottubru 1994 jew wara.
Kwalifiki għad-
dħul.
3. (1) Kandidati għad-dħul fil-kors għandhom ikunu:
(a) persuni li għandhom grad universitarju b’First jew
Second Upper Class Honours f’suġġett rilevanti
approvat mill-Bord tal-Fakultà  għal dan il-għan; jew
(b) persuni li għandhom grad universitarju jew kwalifika
professjonali rikonoxxuta mill-Bord tal-Fakultà  għall-
iskop tad-dħul f’dan il-kors kif ukoll mhux anqas minn
erba’ snin esperjenza ta’ xogħol f’livell superjuri
f’qasam ta’ responsabbilità  fir-riżorsi umani.
(2) Qabel ma jiġu ammessi biex jirreġistraw għall-kors l-
applikanti kollha iridu jiġu approvati mill-Bord tal-Fakultà  bir-
rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ Studji kostitwit taħt ir-regolament 5
bħala li għandhom it-taħriġ, l-għarfien u l-ħila meħtieġa biex
isegwu l-kors bi profitt.
It-tul tal-kors.
(2) F’ċirkostanzi eċċezzjonali kandidat jista’ jiġi permess mill-
Bord tal-Fakultà  biex itemm il-programm tal-kors fi żmien ta’
mhux aktar minn tliet snin mir-reġistrazzjoni.
(3) Kandidat jista’, bil-permess tal-Bord tal-Fakultà , jirreġistra
fuq bażi part-time iżda f’kull każ dan il-kandidat għandu jagħmel
mill-anqas l-ewwel semestru tal-kors fuq bażi ta’ studju full-time.
Kull perijodu sussegwenti mgħoddi fi studju part-time għandu jiġi
kkonsidrat bħala ekwivalenti għall-nofs l-istess perijodu ta’ studju
full-time kif speċifikat fis-subregolamenti (1) u (2).
2 L.S.327.68 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS 
IN HUMAN RESOURCE DEVELOPMENT - M.A.
Kors ta’ studji. 5. (1) Il-kors għandu jkun maqsum f’żewġ partijiet, l-Ewwel
Parti u t-Tieni Parti, u għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju,
esperjenza prattika, dissertazzjoni u l-Eżamijiet Finali.
(2) L-Ewwel Parti għandha normalment issir fl-ewwel sena
tal-kors li fiha l-kandidati kollha għandhom jiksbu mhux anqas
minn għoxrin kredtu fl-oqsma li ġejjin:
(a) Strategic Human Resource Management
(b) Organisational Culture and Change
(ċ) In-Nies u x-Xogħol
(d) Relazzjonijiet ma’ l-Impjegati
(e) Taħriġ u Żvilupp
(f) Oqsma oħra elettivi speċifikati mill-Bord tal-Fakultà
minn żmien għal żmien.
(3) It-taqsimiet studju speċifiċi u l-prerekwiżiti kollha
għandhom jiġu ddeterminati mill-Bord tal-Fakultà  fil-bidu ta’ kull
kors.
(4) Kandidat li ma jiksibx kredtu f’xi waħda mit-taqsimiet
studji għandu jingħata l-permess biex jagħmel riparatorju darba
waħda biss. Fir-rivalutazzjoni l-kredtu tal-kandidat jingħata l-grad
jew D jew Weħel.
(5) It-Tieni Parti għandha ssir normalment matul it-tieni sena
tal-kors li fiha l-kandidat għandu:
(a) joqgħod għall-perijodu ta’ esperjenza prattika taħt
superviżjoni fir-Riżorsi Umani għal żmien ta’ mhux
anqas minn sitt xhur f’ambjent approvat ta’ xogħol; u
(b) jikteb dissertazzjoni ta’ bejn 30,000 u 50,000 kelma
fuq suġġett approvat mill-Bord tal-Fakultà .
(6) Il-Bord ta’ Studji għandu jiġi maħtur mill-Bord tal-Fakultà
minn fost il-membri ta’ l-istaff akkademiku u għandu jkun kompost
minn Chairman, Koordinatur tal-kors u żewġ membri oħra. Il-
funzjonijiet tiegħu għandhom ikunu li jaghmel
rakkomandazzjonijiet lill-Bord tal-Fakultà  dwar id-dħul tal-
kandidati u in ġenerali dwar l-amministrazzjoni u tmexxija tal-kors.
Għandu wkoll jaħtar konsulent akkademiku għal kull kandidat
matul it-Tieni Parti tal-kors.
(7) Il-konsulent akkademiku għandu jeħtieġ li l-kandidat
jirraporta lilu kull meta jħossu neċessarju u għandu jirraporta lill-
Bord ta’ Studji u mbagħad lill-Bord tal-Fakultà  kull kandidat li l-
progress tiegħu hu jikkonsidra mhux sodisfaċenti.
(8) Id-dissertazzjoni għandha tkun fuq suġġett approvat mill-
Bord tal-Fakultà  u għandha tkun jew rapport ta’ riċerka oriġinali
jew espressjoni ordinata u kritika fuq data eżistenti. Din għandha
tkun miktuba, ttajpjata u llegata skond il-kriterji stabbiliti mill-
Bord tal-Fakultà  għal dan il-għan.
(9) Kandidat li wara li jiġi debitament ammonit bil-miktub
jibqa’ jippersisti li jfalli lectures u/jew tutorials jew b’xi mod ieħor
ma jaqdix id-dmirijiet akkademiċi tiegħu mingħajr ġustifikazzjoni
KORS GĦALL-GRAD TA’ MASTER OF ARTS 
IN HUMAN RESOURCE DEVELOPMENT - M.A. ġ L.S.327.68 3
xierqa jista’ jiġi mwaqqaf milli jkompli l-kors mis-Senat fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord tal-Fakultà .
Eżamijiet finali.
kredti meħtieġa, il-kandidat għandu joqgħod għall-eżamijiet finali
miktubin.
(2) L-Eżamijiet finali miktubin għandhom jikkonsistu f’erba’
karti u l-kandidat għandu jgħaddi minnhom kollha sabiex ikun
jista’ jkompli għat-Tieni Parti tal-kors.
(3) Kandidati li jeħlu minn mhux aktar minn żewġ karti fl-
eżamijiet finali miktubin jistgħu jingħataw il-permess joqgħodu
għall-eżami riparatorju fis-sessjoni li jmiss fil-karta jew karti li
jkun weħel. Kandidati jistgħu jirrepetu l-eżamijiet finali darba biss.
(4) Wara li jtemmu l-Ewwel u t-Tieni Parti tal-kors il-
kandidati għandhom jissottomettu d-dissertazzjoni biex tiġi
eżaminata.
(5) Jista’ wkoll isir eżami viva voce fuq id-dissertazzjoni.
Riżultati finali.
f’konsiderazzjoni dak kollu li jkun għamel il-kandidat fl-eżamijiet
finali miktubin, fid-dissertazzjoni u fit-taqsimiet studju.
(2) Kandidati li jtemmu b’suċċess il-kors għandhom
jikkwalifikaw għall-Grad u l-ismijiet tagħhom għandhom jiġu
ppubblikati f’ordni alfabetiku u klassifikati kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
