KORS TAD-DIPLOMA IN 
MANAGEMENT STUDIES - DIP. MANGT. ġ L.S.327.69 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.69
REGOLAMENTI GĦALL-KORS TAD-DIPLOMA IN 
MANAGEMENT STUDIES - DIP. MANGT.
16 ta’ April, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 68 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviżi Legali 281 ta’ l-
2001 u 48 ta’ l-2003.
Titolu u tifsir.
Kors tad-Diploma in Management Studies - Dip. Mangt.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm il-darba r-rabta tal-k1iem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord’ ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Ekonomija, il-
Management u l-Accountancy;
"id-Diploma’ tfisser id-Diploma in Management Studies - Dip.
Mangt.;
"il-kors" ifisser il-kors tad-Diploma in Management Studies -
Dip. Mangt.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 281 ta’ l-
2001;
A.L. 48 ta’ l-2003.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw minn Ottubru
2002 ’il quddiem.
Eliġibbiltà  għad-
Diploma.
3. Biex ikun jista’ jingħata d-Diploma kandidat għandu:
(a) ikun reġistrat bħala student matrikolat skond ir-
Regolamenti tad-Dħul ta’ l-Universita;
(b) jissodisfa r-Rekwiżiti Speċjali kollha tal-Kors;
(ċ) itemm ill-kors ta’ l-istudji, jikkwalifika fl-eżamijiet u
jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha reskritti f’dawn ir-
regolamenti; u
(d) jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti fi statuti u
f’regolamenti oħrajn rilevanti ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni.
preskritta fiż-żmien speċifikat mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
Il-kors ta’ l-istudji.
f’perjodu ta’ mhux anqas minn tliet snin u mhux aktar minn ħames
snin ta’ l-istudji part-time.
(2) Il-kors għandu jikkonsisti f’dawn:
(a) taqsimiet studju li għalihom mhux inqas minn 24
kredti għandhom jiġu assenjati; u
(b) proġett individwali taħt superviżjoni.
(3) Katalogu tat-taqsimiet studju, bil-kredti assenjati għal kull
taqsima, għandu jiġi aprovat mill-Bord u ppubblikat qabel il-bidu
ta’ kull semestru. Xi taqsimiet studju jistgħu jiġu ndikati bħala
obbligatorji u oħrajn ta’ għażla.
2 L.S.327.69 ħ
KORS TAD-DIPLOMA IN 
MANAGEMENT STUDIES - DIP. MANGT.
(4) Xi taqsimiet studju jistgħu jinvolvu xogħol ta’ ħidma fuq
il-post li jkun iggwidat. Il-kandidati jistgħu jintalbu jissottomettu
rapporti bil-miktub dwar il-ħidma tagħhom fuq il-post u dawn jiġu
meqjusa bħala parti essenzjali tal-kors li għaliha għandhom jiġu
assenjati kredti.
Valutazzjoni. 6. (1) F’kull semestru tal-kors il-kandidati għandhom jiġu
eżaminati skond il-kriterji stabbiliti mill-Bord fit-taqsimiet studju
li jkunu saru f’dak is-semestru.
(2) Il-gradi li ġejjin jintużaw fil-valutazzjoni tal-kredti: A, B,
C, D u F f’ordni mill-ogħla sa l-inqas mertu, fejn F turi li weħel.
(3) Kandidat li jeħel f’xi taqsima studju jista’ jitħalla jagħmel
l-eżami mill-ġdid jew jirrepeti t-taqsima studju kollha. Kandiat
jista’ jitħalla jirrepeti taqsima studju darba biss. F’każijiet bħal
dawn, l-ogħla grad li student jista’ jikseb għandu jkun "D".
Il-proġett 
individwali.
Emendat:
A.L. 281 ta’ l-
2001;
A.L. 48 ta’ l-2003.
7. (1) Kull student għandu jkun meħtieġ jikteb essay ta’
madwar 5,000 kelma fuq suġġett approvat maħsub biex juri kemm
l-istudent hu kapaċi jintegra d-diversi aspetti tal-kors ta’ studju. L-
essay huwa assenjat żewġ kredti.
(2) L-essay għandu jiġi sottomess xahrejn kalendarji qabel it-
tmien ta’ l-eżamijiet finali.
L-eżamijiet finali. 8. (1) Eżamijiet komprensivi bil-miktub għandhom isiru fit-
tmien tal-kors. Dawk il-kandidati biss li jiksbu mill-inqas 24 kredtu
għandhom jitħallew jidħlu għall-eżamijiet.
(2) Il-kandidati jistgħu jiġu meħtieġa joqogħdu wkoll għal
eżami viva voce.
Il-gradi finali. 9. (1) Il-gradi finali għandhom jiġu bbażati fuq it-taqsimiet
studju, l-essay u l-eżamijiet finali.
(2) Kandidat ma jingħatax id-Diploma jekk ma jgħaddix minn
kull parti tal-kors ta’ l-istudji (jiġifieri fit-taqsimiet studju, fl-essay
u fl-eżamijiet finali).
(3) L-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw għad-Diploma
għandhom jiġu ppubblikati f’ordni alfabetiku fil-kategoriji:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
