KORS TAL-POSTGRADUATE DIPLOMA U TAL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE IN CONSERVATION 
TECHNOLOGY FOR MASONRY BUILDINGS ġ L.S.327.70 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.70
REGOLAMENTI GĦALL-KORS TAL-
POSTGRADUATE DIPLOMA U TAL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE IN CONSERVATION 
TECHNOLOGY FOR MASONRY BUILDINGS
10 ta’ Mejju, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 84 ta’ l-1996.
Titolu u tifsir.
Kors tal-Postgraduate Diploma u tal-Grad ta’ Master of Science in
Conservation Technology for Masonry Buildings.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’obra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istitut għar-Riċerka fil-Ġebla u l-
Bini;
"id-Diploma" tfisser il-Postgraduate Diploma in Conservation
Technology for Masonry Buildings;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Science in Conservation
Technology for Masonry Buildings;
"il-kors" ifisser il-kors tal-Postgraduate Diploma u tal-Grad ta’
Master of Science in Conservation Technology for Masonry
Buildings - P.G. Dip. Cons. M.Sc.
Applikabilità .
f’Ottubru 1994 jew wara.
Kwalifiki għad-
dħul.
3. (1) Kandidat ikun eliġibbli biex japplika għar-
reġistrazzjoni fil-kors jekk ikollu grad bl-unuri mill-anqas tat-tieni
k1assi f’dixxiplina relatata ma’ l-arkitettura jew inġinerija ċivili,
xjenza tal-materjal, kimika jew fiżika, miksuba minn l-Università
ta’ Malta jew minn Università  jew Istitut barrani magħrufa minn l-
Università  ta’ Malta.
(2) Il-Bord jista’, f’każijiet speċjali, jħalli kandidati, li ma
jissodisfawx ir-rekwiżiti fuq imsemmija, japplikaw għar-
reġistrazzjoni. Applikazzjonijiet bħal dawn għandhom jinkludu
prova li l-kandidat ottjena livell ta’ profiċjenza kif preskritt fis-
subregolament (1). Il-Bord jista’, f’kull każ, jeħtieġ kwalifiki
addizzjonali nkluż li l-kandidat jgħaddi minn eżami jew eżamijiet
oħra.
(3) L-ebda kandidat ma għandu jitħalla jidħol fil-kors jekk ma
jkunx jaf sew il-lingwa Ingliża.
(4) Il-kandidati kollha għandhom, l-ewwel darba, jirreġistraw
għad-Diploma. Il-kandidati għandhom jitħallew jirreġistraw għall-
Grad jekk jissodisfaw ir-regolament 7(1).
2 ġ L.S.327.70
KORS TAL-POSTGRADUATE DIPLOMA U TAL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE IN CONSERVATION 
TECHNOLOGY FOR MASONRY BUILDINGS
IL-KORS TAD-DIPLOMA
Il-kors ta’ l-istudji. 4. (1) Il-kors għandu jikkonsisti f’dawn il-moduli:
(a) Teorija, Metodoloġija u Policies ta’ Konservazzjoni
(b) Materjali u Proċessi ta’ Kostruzzjoni
(ċ) Ambjent u Monitorjar
(d) Mekkaniżmi ta’ Degradazzjoni
(e) Interventi
(f) Studji ta’ Każi u Proġetti.
(2) L-oqsma ta’ studju għandhom jinklndu numru ta’ taqsimiet
studju li għalihom għandhom jiġu assenjati total ta’ 30 kredtu.
(3) Il-Bord għandu jippubblika katalogu ta’ taqsimiet studju
bin-numru ta’ kredti marbuta ma’ kull taqsima studju qabel il-bidu
tal-kors.
(4) It-tul tal-kors tad-Diploma għandu jkun ta’ sena
akkademika ta’ studju full-time, jew l-ekwivalenti fi studju part-
time.
Valutazzjonijiet. 5. (1) Il-valutazzjoni ta’ kull taqsima studju għandha ssir mil-
lecturer jew lecturers li jkunu għallmu flimkien mal-Koordinatur
tal-Kors u d-Direttur ta’ l-Istitut, kif ikun stabbilit mill-Bord minn
żmien għall-ieħor.
(2) Fil-valutazzjoni tat-taqsimiet studju, il-gradi li juri li
kandidat għadda għandhom ikunu minn A sa D, fejn A turi l-għola
grad; F li turi li Wehel.
(3) Kandidat li jikseb il-grad F fi kwalunkwe taqsima studju
jista’ jitħalla joqgħod għat-tieni darba għall-proċedura tal-
valutazzjoni f’dik it-taqsima studju. Il-proċedura ta’ ri-valutazzjoni
tkun deċiża mil-lecturer li jgħallem dik it-taqsima studju
b’konsultazzjoni mal-Koordinatur tal-Kors u d-Direttur ta’ l-Istitut.
Jekk kandidat jeħel fir-ri-valutazzjoni jista’ jitħalla jirreġistra mill-
ġdid għat-taqsima studju sħiha jew isegwi struzzjonijiet oħra li
jingħatawlu fid-diskrezzjoni tal-Bord ta’ l-Istitut. Jekk jgħaddi
mat-tieni jew ulterjuri opportunità  l-kandidat għandu jingħata l-
grad D.
(4) Eżami finali komprensiv għandu jsir fi tmiem it-taqsima
studju, normalment f’Ġunju. L-eżami għandu jikkonsisti f’żewġ
karti bil-miktub. Il-kandidati jistgħu jiġu meħtieġa joqogħdu għall-
eżami viva voce.
(5) Ir-riżultati finali għandhom jiġu ppubblikati wara l-eżami
finali komprensiv u l-marki finali jkunu allokati kif ġej:
Xogħol ta’ matul il-Kors 60%
Eżami Finali Komprensiv 40%.
(6) Il-gradi finali għall-kandidati li jgħaddu għandhom ikunu
fl-iskala bejn A u D, fejn A hija l-għola grad u murija bħala
"Għadda b’Distinzjoni". F tindika Weħel.
(7) Kandidat li jeħel għandu jingħata l-permess li jirrepeti l-
KORS TAL-POSTGRADUATE DIPLOMA U TAL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE IN CONSERVATION 
TECHNOLOGY FOR MASONRY BUILDINGS ġ L.S.327.70 3
eżami finali komprensiv darba waħda biss. Jekk jgħaddi, il-
kandidat jingħata l-grad minimu.
Għoti tad-
Diploma.
6. Id-Diploma tingħata lil dawk il-kandidati li jgħaddu skond
ir-riżultati ta’ l-eżamijiet finali ppubblikati skond ir-regolament
5(6), sakemm jekk ikun eliġibbli, huwa jagħżel li jsegwi l-kors li
jwassal għall-Grad.
IL-KORS TAL-GRAD
Kors ta’ studji.
jwassal għall-Grad jekk jikseb il-grad overall ta’ A jew B fir-
riżultat finali ppubblikat skond ir-regolament 5(6). F’dan il-każ il-
kandidat ikun jeħtieġlu jirreġistra għall-Grad fi żmien tliet xhur
wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-riżultat finali.
(2) Kandidati li jiġu aċċettati fil-kors li jwassal għall-Grad
għandhom jiktbu dissertazzjoni fuq proġett ta’ riċerka oriġinali.
(3) Meta jirreġistraw għall-Grad, il-kandidati għandhom
jissottomettu t-titolu propost għad-dissertazzjoni tagħhom u sunt
tax-xogħol tar-riċerka li jridu jagħmlu għall-għanijiet tad-
dissertazzjoni. Ix-xoghol ta’ riċerka għandu jikseb l-approvazzjoni
tal-Bord, li għandu jinnomina wkoll superviżur għal kull kandidat.
(4) Id-dissertazzjoni għandha jkollha r-riżultati tal-proġett ta’
riċerka, studju kritiku tal-letteratura rilevanti u diskussjoni kritika
tar-riżultati. Id-dissertazzjoni ma għandhiex tkun ta’ inqas minn
35,000 kelma jew itwal minn 40,000 kelma u għandha tkun
sottomessa mhux aktar kmieni minn sitt xhur u mhux aktar tard
minn tmintax-il xahar mid-data ta’ l-aċċettazzjoni tat-titolu.
(5) Id-dissertazzjoni għandha tkun eżaminata minn Bord ta’
Eżaminaturi maħtura mis-Senat fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-
Bord. Il-kandidat għandu jiddefendi d-dissertazzjoni tieghu.
(6) Jekk id-dissertazzjoni ma tilħaqx il-livell meħtieġ, il-
kandidat jista’ jiġi meħtieġ jemendaha u jissottomettiha fi żmien ta’
mhux iżjed minn sena.
(7) Ir-riżultati finali tal-kandidati li daħlu taħt is-
subregolament (1) għandhom jiġu ppubblikati wara li jtemmu l-
eżami tad-dissertazzjoni. Il-marki finali jiġu allokati kif ġej:
Ix-xoghol tal-kors għad-Diploma 20%
L-Eżami Finali Komprensiv tad-Diploma 20%
Dissertazzjoni 60%.
(8) L-ismijiet tal-kandidati li jgħaddu u jikkwalifikaw għall-
għoti tal-Grad għandhom jiġu ppubblikati f’ordni alfabetiku kif ġej:
Ghadda b’Distinzjoni
Għadda.
(9) Kandidati li ma jissodisfawx l-eżaminaturi għall-għoti tal-
Grad għandhom ikunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma.
