KORS TAD-DIPLOMA IN EDUCATION 
(ADMINISTRATION AND MANAGEMENT) - DIP. ED. ġ L.S.327.71 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.71
REGOLAMENTI GĦALL-KORS
TAD-DIPLOMA IN EDUCATION (ADMINISTRATION 
AND MANAGEMENT) - DIP. ED.
10 ta’ Mejju, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 85 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviż Legali 142 ta’ l-
2001.
Titolu u tifsir.
Kors tad-Diploma in Education (Administration and Management)
- Dip. Ed.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm il-darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Education (Administration
and Management) - Dip. Ed.;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 142 ta’ l-
2001.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
bdew fi Frar 2001 jew wara.
Eligibbilità  għad-
Diploma.
3. Biex kandidat ikun jista’ jingħata d-Diploma, għandu jkun:
(a) ġie reġistrat bħala student regolari ta’ l-Università ;
(b) temm il-programm ta’ l-istudju mfassal għalih kif
preskritt f’dawn ir-regolamenti;
(ċ) għadda mill-eżamijiet kollha preskritti; u
(d) issodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha mniżżlin f’dawn ir-
regolamenti u fi statuti jew regolamenti oħra relativi
ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni u 
rekwiżiti speċjali 
tal-kors.
4. (1) Biex ikun jista’ jidħol fil-kors, kandidat għandu jkollu
waħda minn dawn il-kwalifiki:
(a) grad fl-edukazzjoni minn l-Università  ta’ Malta jew
Università  ohra rikonoxxuta flimkien ma’ ħames snin
esperjenza full-time fit-tagħlim; jew
(b) grad flimkien mal-kwalifika tal-P.G.C.E. li t-tnejn
ikunu minn l-Università  ta’ Malta jew minn Università
oħra rikonoxxuta, flimkien ma’ ħames snin esperjenza
full-time fit-taghlim; jew
(ċ) ċertifikat fit-tagħlim minn Kulleġġ ta’ l-Edukazzjoni
rikonoxxut, flimkien ma’ għaxar snin esperjenza full-
time fit-tagħlim.
(2) Iżda l-Bord jista’ jaċċetta kandidat li għandu kwalifiki li hu
jikkonsidra bħala ekwivalenti għal waħda mill-kwalifiki msemmija
fis-subregolament (1).
2 L.S.327.71 ħ
KORS TAD-DIPLOMA IN EDUCATION 
(ADMINISTRATION AND MANAGEMENT) - DIP. ED.
(3) Il-Bord jista’ wkoll jikkonsidra applikanti li għandhom
posizzjoni amministrattiva f’istituzzjoni edukattiva, mhux anqas
minn dik ta’ Assistent Kap ta’ Skola.
(4) L-applikanti jistgħu jiġu meħtieġa jattendu intervista biex
tiġi valutata l-kapaċità  tagħhom biex isegwu l-kors skond ir-
Regolamenti tad-Dħul ta’ l-Università  ta’ Malta.
Tul u programm ta’ 
l-istudju.
Emendat:
A.L. 142 ta’ l-
2001.
5. (1) Il-kors jinfirex fuq perijodu ta’ sentejn ta’ studju fuq
bażi part-time. Il-Bord jista’ jħalli lill-kandidati jtemmu l-kors
f’mhux aktar minn tliet snin. Is-Senat jista’, f’ċirkostanzi
eċċezzjonali u fuq il-parir tal-Bord, jagħti sena żejda ta’ studju lill-
kandidati.
(2) Il-kors huwa magħmul mill-komponenti li ġejjin, li
għalihom huma assenjati 30 kredtu:
(a) Theory and Practice of Educational Management
(b) Leadership and School Ethos
(ċ) Creating and Managing a Stimulating Learning
Environment
(d) Promoting Quality Education
(e) School Development Issues
(f) Managing School for Quality Service to the
Community
(g) Essay Twil jew Proġett.
(3) Il-katalogu tat-taqsimiet studju, li jindika l-kodiċi, it-titolu,
id-deskrizzjoni, il-kredti assenjati għal kull taqsima studju, u l-
metodu ta’ valutazzjoni (normalment permezz ta’ xogħol matul il-
kors, li jista’ jinkludi xogħol bil-miktub, proġetti u eżami fit-tmiem
tat-taqsima studju) flimkien mal-piż mogħti għal kull komponent,
għandu jkun ippubblikat qabel il-bidu tal-kors, wara l-
approvazzjoni tas-Senat fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
(4) Għandu jkun hemm Koordinatur tal-Kors li għandu jkun
responsabbli għat-thejjija tas-sillabi u tal-listi tal-kors kif ukoll
għat-tħejjija jew provvista għad-disponibilità  ta’ materjal ta’
għajnuna, bil-kooperazzjoni u l-approvazzjoni tal-Bord ta’ l-
Istudji.
Progress.
Sostitwit:
A.L. 142 ta’ l-
2001.
6. (1) Matul il-kors, il-kandidati jkunu valutati fit-taqsimiet
studju skond il-kriterji stabbiliti mill-Bord.
(2) Il-kandidati jkunu eliġibbli għall-għoti tad-Diploma jekk
huma:
(a) jirreġistraw għat-taqsimiet studju offruti kollha u
jiksbu mill-anqas 20 kredtu;
(b) itemmu b’suċċess l-essay twil jew il-proġett, li
għalihom huma assenjati 6 kredti.
(3) Il-kredti għandhom ikunu assenjati skond il-gradi li ġejjin
li jibdew mill-ogħla grad: A, B, Ċ u D. F tindika li wieħed weħel.
(4) Il-kandidati li jeħlu f’xi komponent tal-valutazzjoni ta’
taqsima studju għandhom jitħallew jerġgħu jissottomettu x-xogħol
KORS TAD-DIPLOMA IN EDUCATION 
(ADMINISTRATION AND MANAGEMENT) - DIP. ED. ġ L.S.327.71 3
tagħhom, jew jerġgħu jagħmlu l-eżami darba fis-sessjoni ta’ l-
eżamijiet li jmiss. Jekk jgħaddu, l-ogħla grad li jistgħu jingħastaw
huwa l-grad D.
(5) Il-kandidati li jeħlu fil-valutazzjoni mill-ġdid ta’ taqsima
studju jkunu meħtieġa jirtiraw mill-kors.
Essay twil/proġett.
Sostitwit:
A.L. 142 ta’ l-
2001.
7. (1) Il-kandidati għandhom jissottomettu essay twil ta’
madwar 10,000 kelma jew proġett meqjus ta’ livell akkademiku
ekwivalenti.
(2) Is-suġġett ta’ l-essay twil jew proġett għandu jingħata
għall-approvazzjoni tal-Bord ta’ l-Istudji mhux aktar tard minn
disa’ xhur mill-bidu tal-kors.
(3) Il-kandidati li ma jissodisfawx lill-eżaminaturi fl-essay
twil/proġett għandhom jitħallew jissottometuh darba fi żmien
perijodu ta’ tnax-il xahar.
Riżultati finali.
Emendat:
A.L. 142 ta’ l-
2001.
8. (1) Ir-riżultati finali ta’ kull kandidat għandu jqis ir-
riżultati miksuba fit-taqsimiet studju offruti kollha u fl-essay twil/
proġett, li għandhom jingħataw piż skond l-għadd ta’ kredti
assenjati lil kull komponent.
(2) L-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw għall-għoti tad-
Diploma għandhom jiġu ppubblikati f’ordni alfabetiku klassifikati
kif ġej:
Għadda b’Distinzjoni
Għadda.
