KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE - M. SC. ġ L.S.327.72 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.72
REGOLAMENTI DWAR IL-KORS GĦALL-GRAD 
TA’ MASTER OF SCIENCE - M. SC.
17 ta’ Mejju, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 90 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviżi Legali 166 ta’ l-
1998 u 122 ta’ l-2000.
Titolu u tifsir.
il-Kors għall-Grad ta’ Master of Science - M. Sc.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  tal-Mediċina u Kirurġija;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Master of Science - M. Sc.;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għall-Grad.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 166 ta’ l-
1998;
A.L. 122 ta’ l-
2000.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2000 jew wara.
Ġenerali.
Sostitwit:
A.L. 166 ta’ l-
1998;
A.L. 122 ta’ l-
2000.
3. Il-Grad jista’ jkun offrut f’xi wieħed jew aktar mill-oqsma
ta’ studju li ġejjin, sakemm l-Università  tista’ tipprovdi gwida u
superviżjoni minn esperti fil-qasam:
(a) il-Patoloġija (il-Mekkaniżmi tal-Mard);
(b) il-Farmakoloġija/il-Farmakoloġija Klinika;
(ċ) il-Farmaċija;
(d) il-Mediċina tas-Saħħa Pubblika; u
(e) xi qasam ta’ studju ieħor propost mill-Bord u approvat
mis-Senat.
Eliġibbilità .
Emendat:
A.L. 166 ta’ l-
1998.
Sostitwit:
A.L. 122 ta’ l-
2000.
4. Biex ikun eliġibbli biex jinghata l-Grad, student:
(a) għandu jtemm il-kors ta’ l-istudji, jgħaddi mill-
eżamijiet u jissodisfa xi rekwiżiti oħra preskritti
f’dawn ir-regolamenti;
(b) għandu jtemm proġett individwali ta’ riċerka għas-
sodisfazzjon tal-Bord;
(ċ) għandu jtemm pjazzament fuq bażi part-time għas-
sodisfazzjon tal-Bord (jekk rikjest mill-Bord); u
(d) għandu jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti fi
statuti, regolamenti u ordinamenti oħra ta’ l-
Università .
2 L.S.327.72 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE - M. SC.
Kwalifiki għad-
dħul u l-għażla ta’ 
l-applikanti.
Sostitwit:
A.L. 166 ta’ l-
1998.
Emendat:
A.L. 122 ta’ l-
2000.
5. (1) Kandidat għandu jirreġistra fuq il-formola xierqa fiż-
żmien stabbilit mill-Uffiċċju tar-Reġistratur.
(2) Biex ikun jista’jidħol fil-kors, kandidat għandu:
(a) jkun reġistrat bħala student regolari ta’ l-Università ; u
(b) jkollu waħda mill-kwalifiki li ġejjin għall-oqsma ta’
studju indikati:
(i) għall-Patoloġija (il-Mekkaniżmi tal-Mard) u
għall-Mediċina tas-Saħħa Pubblika: il-grad ta’
Doctor of Medicine and Surgery (miksub mill-
anqas sentejn qabel l-applikazzjoni għall-kors),
jew il-grad ta’ Bachelor of Dental Surgery, jew
il-grad ta’ Bachelor of Pharmacy (Honours) jew
il-grad ta’ Master of Pharmacy jew il-grad ta’
Bachelor of Science in Nursing/Midwifery
Studies jew il-grad ta’ Bachelor of Science
(Honours) tal-Fakultà  tax-Xjenza jew ta’ l-
Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa, mogħtija bit-
Tieni Klassi (bl-Unuri) jew aħjar, jew il-grad
ordinarju ta’ Bachelor of Science mogħti fit-
Tieni Kategorija jew aħjar ta’ l-Università  ta’
Malta jew ta’ università  oħra rikonoxxuta għal
dan il-għan mis-Senat u li l-livell u l-kontenut
huma meqjusa xierqa mill-Bord;
(ii) għall-Farmakoloġija / il-Farmakoloġija Klinika:
il-grad ta’ Doctor of Medicine and Surgery, jew
il-grad ta’ Bachelor of Dental Surgery, jew il-
grad ta’ Bachelor of Pharmacy (Honours) jew il-
grad ta’ Master of Pharmacy ta’ l-Università  ta’
Malta jew ta’ università  oħra rikonoxxuta għal
dan il-għan mis-Senat;
(iii) għall-Farmaċija: il-grad ta’ Doctor of Medicine
and Surgery, jew il-grad ta’ Bachelor of
Pharmacy (Honours) jew il-grad ta’ Master of
Pharmacy ta’ l-Università  ta’ Malta jew ta’
università  oħra rikonoxxuta għal dan il-għan
mis-Senat.
(3) Kandidat li, wara avviż bil-miktub, ifalli persistentement
milli jattendi ghall-konferenzi u/jew ghas-sessjonijiet tutorjali jew
b’xi mod ieħor ma jaqdix id-dmirijiet akkademiċi tiegħu mingħajr
ġustifikazzjoni xierqa jista’ jiġi eskluż mill-Bord milli jaghmel xi
eżami jew l-eżamijiet kollha.
(4) Il-Bord għandu jirrakkomanda lis-Senat l-għadd ta’ l-
applikanti li jistgħu jitħallew jirreġistraw f’kull qasam ta’ studju
offrut fil-kors, skond ir-riżorsi li jkun hemm. L-għadd ta’ postijiet
disponibbli għandu jkun avżat fiż-żmien meta toħroġ is-sejħa għall-
applikazzjonijiet.
(5) Jekk ikun hemm aktar applikanti eliġibbli mill-għadd ta’
postijiet disponibbli, l-applikanti għandhom jintgħażlu wara
intervista mill-Bord ta’ l-Istudji. Il-Bord ta’ l-Istudji għandu jqis il-
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE - M. SC. ġ L.S.327.72 3
kriterji li ġejjin li għandhom jingħataw il-piż kif indikat hawn taħt:
Il-kors ta’ l-istudji.
Emendat:
A.L. 166 ta’ l-
1998;
A.L. 122 ta’ l-
2000.
6. (1) Il-kors għandu jkun imqassam b’mod li jintemm fi
ħmistax-il xahar ta’ studju fuq bażi full-time jew f’sentejn ta’
studju fuq bażi part-time. F’ċirkostanzi speċjali, il-Bord jista’ jħalli
lill-kandidati jestendu l-istudji tagħhom b’sena ta’ studju fuq bażi
full-time, jew b’sentejn studju fuq bażi part-time, iżda l-kandidati li
dahlu fil-kors li beda f’Ottubru 1995 jistgħu jitħallew jestendu l-
istudji tagħhom b’sentejn studju fuq bażi part-time.
(2) Kull sena l-Bord għandu jindika jekk qasam ta’ studju hux
se jkun offrut fuq bażi ta’ studju full-time jew part-time.
(3) Il-kors għandu jikkonsisti fi:
(a) taqsimiet studju li għalihom mhux anqas minn 24
kredti għandhom ikunu assenjati;
(b) proġett individwali ta’ riċerka taħt superviżjoni kif
approvat mill-Bord; u
(ċ) pjazzament fuq bażi part-time, jekk rikjest mill-Bord
skond ir-regolament 8(6).
(4) Katalogu ta’ taqsimiet studju, li jindika l-kredti assenjati
għal kull taqsima studju u liema taqsimiet studju huma obbligatorji,
għandu jkun approvat mill-Bord u ppublikat qabel il-bidu ta’ kull
sena akkademika.
(5) Uħud mit-taqsimiet studju għandhom jinvolvu xogħol
prattiku taħt superviżjoni. Dan ix-xogħol prattiku għandu jkun
ikkunsidrat bħala komponent essenzjali tal-kors li għalih għandhom
jingħataw kredti.
(6) Kandidat jista’ japplika għall-eżenzjoni minn sa kwart tat-
taqsimiet studju, jekk jista’ jippreżenta kwalifika li hi, fl-opinjoni
tal-Bord, ekwivalenti għal dawk it-taqsimiet.
Valutazzjoni 
kontinwa.
7. (1) F’kull semestru tal-kors il-kandidati għandhom ikunu
eżaminati fit-taqsimiet studju li jkunu saru matul dak is-semestru
skond il-kriterji stabbiliti mill-Bord.
(2) Il-kredti għandhom jiġu vvalutati skond dawn il-gradi
f’dan l-ordni li jibda mill-ogħla mertu u jasal sa l-anqas: A, B, C, D
u F, fejn F tindika li kandidat ikun weħel.
(3) Kandidat li jeħel f’xi taqsima studju jista’ jitħalla jagħmel
riparatorju darba biss. Jekk jeħel fir-riparatorju, il-kandidat jista’
jitħalla jirrepeti xi waħda mit-taqsimiet studju darba biss. F’każ ta’
riparatorju jew repetizzjoni l-grad massimu li student jista’ jikseb
huwa D.
It-tip u l-klassi/il-kategorija tal-grad 25%
L-esperienza fil-qasam ta’ l-istudju propost 25%
Il-proposta ta’ riċerka, bid-dettalji ta’ l-ipoteżi, l-
iskop u t-tifsira tar-riċerka, u reċensjoni kritika
tal-metodoloġija 25%
L-intervista 25%.
4 L.S.327.72 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
MASTER OF SCIENCE - M. SC.
Proġett individwali 
ta’ riċerka u 
pjazzament fuq 
bażi part-time.
Emendat:
A.L. 166 ta’ l-
1998;
A.L. 122 ta’ l-
2000.
8. (1) Il-kandidati għandhom ikunu meħtieġa jtemmu proġett
ta’ riċerka taħt superviżjoni tutorjali.
(2) It-titolu u t-tqassim proposti tal-proġett għandhom jiġu
approvati mis-supervisor u mbagħad sottomessi għall-
approvazzjoni finali tal-Bord.
(3) Il-proġett għandu jissodisfa l-Bord f’dak li jirrigwarda
forma, kontenut u preżentazzjoni.
(4) Il-proġett għandu jkun ta’ 15,000 sa 20,000 kelma fit-tul
(esklużi l-irjus, it-tabelli, ir-riferenzi u l-appendiċijiet).
(5) Il-proġett ta’ riċerka għandu jkun sottomess fil-forma finali
tiegħu sa mhux aktar tard mill-erbatax-il xahar mill-bidu tal-kors
fuq bażi full-time jew mill-għoxrin xahar mill-bidu tal-kors fuq
bażi part-time, sakemm ma tingħatax estensjoni taż-żmien mill-
Bord skond ididisposizzjonijiet tar-regolament 6(1).
(6) Il-kandidati jistgħu jkunu meħtieġa jagħmlu perijodu ta’
pjazzament rilevanti għall-istudji tagħhom fuq bażi part-time kif
indikat mill-Bord. Dan il-pjazzament għandu jkun valutat fuq bażi
Għadda/Weħel.
Eżami finali.
Emendat:
A.L. 166 ta’ l-
1998.
9. (1) Eżamijiet komprensivi bil-miktub għandhom isiru fl-
aħħar tal-kors. Dawk il-kandidati biss li jkunu kisbu mill-anqas 20
kredtu għandhom jiġu ammessi għall-eżamijiet.
(2) Il-kandidati jistgħu jiġu meħtieġa li jagħmlu eżami viva
voce.
(3) Il-karti ta’ l-eżami għandhom jiġu mmarkati bl-istess mod
bħal kredti.
(4) Kandidat li jeħel f’xi karta ta’ l-eżami għandu jitħalla
jerġa’ joqgħod għall-karta jew għall-karti ta’ l-eżami waqt sessjoni
riparatorja li normalment issir f’Settembru. L-ogħla grad li jista’
jingħata huwa l-grad D.
Gradi finali.
Emendat:
A.L. 166 ta’ l-
1998;
A.L. 122 ta’ l-
2000.
10. (1) Il-grad finali għandu jkun ibbażat fuq il-livell milħuq
mill-kandidat fit-taqsimiet studju, fil-proġett ta’ riċerka, u fl-eżami
finali; piż ugwali għandu jingħata lil kull wieħed mit-tliet
komponenti.
(2) L-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw għall-Grad
għandhom ikunu ppubblikati f’ordni alfabetiku f’żewġ kategoriji:
Għadda jew Għadda b’Distinzjoni.
(3) Kandidat ma jingħatax il-Grad jekk ma jgħaddix minn kull
parti tal-valutazzjoni (jiġifieri, it-taqsimiet studju, il-proġett ta’
riċerka, il-pjazzament fuq bażi part-time (meta meħtieġ) u l-eżami
finali).
