KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF COMMUNICATIONS ġ L.S.327.73 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.73
REGOLAMENTI GĦALL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF COMMUNICATIONS
17 ta’ Mejju, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 91 ta’ l-1996.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Communications.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Communications;
"il-kors" ifisser il-kors għall-Grad ta’ Bachelor of
Communications.
Applikabilità .
1995 jew wara.
Eliġibbilità .
(a) ġie rreġistrat bħala student regolari skond ir-
Regolamenti għad-Dħul ta’ l-Università ;
(b) ġie rreġistrat għall-kors ta’ l-istudju u temmu
b’suċċess kif preskritt f’dawn ir-regolamenti;
(ċ) għadda mill-eżamijiet finali għall-Grad; u
(d) issodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti u fi statuti u regolamenti rilevanti kollha
oħra ta’ l-Università .
Tul.
(2) Il-Bord jista’ jħalli student li għal raġunijiet tajba u
suffiċjenti ma jkunx jista’ jtemm il-kors fi tliet snin itawwlu b’sena
oħra.
(3) Student ma jistax itemm il-kors qabel tliet snin jew wara
erba’ snin mid-data ta’ l-ewwel dħul tiegħu fil-kors, ħlief bil-
permess tas-Senat mogħti f’ċirkostanzi speċjali.
Kors ta’ l-istudju.
għalihom għandhom jingħataw mhux inqas minn 64 kredtu, u jkun
maqsum f’żewġ Partijiet kif ser jingħad:
(a) l-Ewwel Parti għandha normalment tinfirex fuq żmien
ta’ sentejn u għandha tkun komuni għall-korsijiet tal-
Bachelor of Communications u tal-Bachelor of
Communications (Honours);
(b) it-Tieni Parti għandha normalment tinfirex fuq żmien
ta’ sena.
(2) Meta jirreġistra għall-kors student għandu jirreġistra għal
2 L.S.327.73 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF COMMUNICATIONS
qasam ewlieni wieħed jew żewġ oqsma sussidjarji ta’ studju.
(3) Il-Bord jista’ jillimita l-għażliet possibbli jew l-
abbinamenti tagħhom possibbli ta’ oqsma ta’ studju ewlenin jew
sussidjarji li jistgħu jintgħażlu.
(4) Il-Bord jista’ jħalli student ibiddel il-qasam ewlieni jew
kull waħda miż-żewġ oqsma sussidjarji ta’ studju qabel jibda t-tieni
sena tal-kors tiegħu, sakemm din il-bidla tkun kompatibbli ma’
dawn ir-rego1amenti.
(5) Biex itemm l-Ewwel Parti tal-kors u jidħol fit-Tieni Parti,
student għandu jikseb minimu ta’ 45 kredtu li għandhom jinkludu:
(a) 16-il kredtu fl-Istudji tal-Komunikazzjoni;
(b) 3 kredti f’kull wieħed minn dawn is-suġġetti:
il-Psikoloġija
l-Istudji Soċjali
il-Filosofija
il-Malti jew l-Ingliż;
(ċ) total ta’ 12-il kredtu f’qasam ewlieni jew fiż-żewġ
oqsma sussidjarji flimkien, magħżulin minn oqsma
approvati mill-Bord fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord
ta’ l-Istudji; u
(d) 5 kredti magħżula minnu li jkunu offruti minn
Fakultajiet jew Istituti oħra u approvati mill-Bord ta’ l-
Istudji.
(6) Student li fit-tmiem ta’ l-Ewwel Parti tal-kors jissodisfa r-
rekwiżiti meħtieġa jista’ jagħżel li jirreġistra għall-kors li jwassal
għall-grad fil-Bachelor of Communications (Honours), qabel il-
bidu tat-tielet sena.
(7) Biex itemm il-kors għall-Grad student għandu jikseb:
(a) għallinqas 24 kredtu fl-Istudji tal-Kommunikazzjoni;
(b) 3 kredti f’kull wieħed minn dawn is-suġġetti:
il-Filosofija
il-Psikoloġija
l-Istudji Soċjali
il-Malti jew l-Ingliż;
(ċ) jew 20 kredtu fil-qasam ewlieni ta’ studju jew 10
kredti f’kull wieħed miż-żewġ oqsma sussidjarji ta’
studju; u
(d) 8 kredti magħżula minnu li jistgħu jinkludu taqsimiet
studju offruti għall-kredti mhux fil-Fakultà  ta’ l-
Edukazzjoni u approvati mill-Bord ta’ l-Istudji.
(8) Katalogu ta’ taqsimiet studju bil-kredti mogħtijin lil kull
waħda għandu jiġi ppubblikat qabel ma tibda kull sena akkademika.
(9) Il-Bord jista’ jeżenta student mir-rekwiżiti li jikseb
ċertifikat ta’ kredtu għal xi taqsima partikolari jekk hu jkun kiseb
minn Università , jew minn Istituzzjoni magħrufa mis-Senat għal
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF COMMUNICATIONS ġ L.S.327.73 3
dan il-għan, kwalifika li fl-opinjoni tal-Bord hi ekwivalenti għal
dik meħtieġa għal dak il-kredtu partikolari:
Iżda:
(a) student ma jistax jiġi eżentat għal aktar minn terz tal-
kors kollu;
(b) eżenzjonijiet jistgħu jingħataw biss fl-Ewwel Parti tal-
kors.
Progress.
jirreġistra għal għadd ta’ taqsimiet studju li għalihom hu mogħti
total ta’ mhux anqas minn 19-il kredtu u mhux aktar minn 26. Fit-
Tieni Parti tal-kors l-anqas għadd ta’ kredti għandu jkun ta’ 16 u l-
aktar ta’ 26.
(2) Il-kredti għandhom jiġu mogħtija skond dawn il-gradi
f’dan l-ordni, li jibda bl-ogħla mertu u jasal sa l-anqas: A, B, C, D u
F, fejn F tindika li student ikun weħel.
(3) Student li ma jirnexxilux jikseb kredtu għal xi taqsima
studju għandu jitħalla jagħmel riparatorju darba biss. Fir-
riparatorju, il-kredtu tiegħu jiġi mogħti l-grad "Għadda" jew
"Weħel" u, jekk jgħaddi, jikseb il-grad "D".
(4) Student li jikseb anqas minn 19-il kredtu f’xi waħda mill-
ewwel sentejn  jew anqas minn 16-il kredtu fit-tielet sena tal-kors,
ikollu jestendi l-istudji tiegħu b’sena, ħlief f’ċirkostanzi speċjali u
bl-approvazzjoni tas-Senat. Student ma jitħalliex ikompli l-kors
jekk hu jkollu jirrepeti s-sena aktar minn darba, kemm jekk tkun l-
istess sena jew sena ta’ wara.
Eżamijiet finali.
l-eżamijiet finali fl-Istudji tal-Komunikazzjoni u fil-qasam ewlieni
ta’ studju jew fiż-żewġ oqsma sussidjarji ta’ studju li jkun għażel.
(2) L-eżamijiet finali għandhom isiru darba fis-sena,
normalment f’Mejju-Ġunju, u għandhom jikkonsistu f’erba’
eżamijiet: tnejn fl-Istudji tal-Komunikazzjoni u tnejn fil-qasam
ewlieni jew eżami f’kull wieħed miż-żewġ oqsma sussidjarji ta’
studju. Jista’ jsir ukoll eżami viva voce.
(3) Biex jissodisfa r-rekwiżit ta’ l-eżami finali l-istudent
għandu jgħaddi minn kull karta.
(4) Student li jeħel f’xi waħda mill-erba’ karti jista’ joqgħod
għal eżami riparatorju fil-karta jew karti li jkun weħel fihom.
(5) Il-grad miksub f’sessjoni riparatorja ta’ l-eżami finali
għandu jkun l-anqas grad ta’ min igħaddi jew F.
Riżultati finali.
tqies il-ħidma tiegħu fl-eżami finali u l-gradi miksubin matul il-
kors.
(2) L-eżamijiet finali għandhom jiġu mogħtija l-piż ta’ sittin
fil-mija għall-ghoti tal-grad tar-riżultat finali. L-erbgħin fil-mija l-
oħra għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-medja globali tal-
kredti miksuba. Jekk student jikseb aktar minn 64 kredtu għandhom
jiġu kkunsidrati l-aħjar 64 kredtu li jissodisfaw ir-regolament 5(7).
(3) Fir-riżultat finali l-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw
4 L.S.327.73 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF COMMUNICATIONS
għall-għoti tal-Grad għandhom jiġu ppubblikati f’ordni alfabetiku
fil-kategoriji I, IIA, IIB u III.
