STATUT I 22 - L-ISTITUT INTERNAZZJONALI 
GĦALL-ISTUDJI FIL-BAROKK ġ L.S.327.74 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.74
STATUT I 22 - STATUT DWAR L-ISTITUT 
INTERNAZZJONALI GĦALL-ISTUDJI
FIL-BAROKK
17 ta’ Mejju, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 93 ta’ l-1996.
Titolu.
Internazzjonali għall-Istudji fil-Barokk.
Istitut 
Internazzjonali 
għall-Istudji fil-
Barokk.
2. Qiegħed hawnhekk jiġi mwaqqaf l-Istitut Internazzjonali
għall-Istudji fil-Barokk hawn taħt imsejjaħ bħala "l-Istitut".
Għanijiet ta’ l-
Istitut.
3. L-għanijiet ta’ l-Istitut għandhom ikunu:
(a) biex jippmmwovi r-riċerka inter-dixxiplinarja, l-istudji
akkademiċi dwar aspetti varji tal-kultura Barokka, billi
jservi bħala ċentru importanti kemm għall-istudjużi
lokali kif ukoll barranin midħla fir-riċerka fuq l-aspetti
varji tal-kultura Barokka, u jgħinhom ixerrdu l-istudji
tagħhom kemm fost l-akkademiċi ta’ madwarhom kif
ukoll fost il-pubbliku ġenerali;
(b) biex jorganizza simposji, konferenzi għall-pubbliku
f’sensiliet, esibizzjonijiet, kompetizzjonijiet tal-
fotografija u attivitajiet oħra li jwasslu għal
apprezzament akbar tal-kultura Barokka, b’riferenza
partikolari għal Malta;
(ċ) biex iżomm kuntatt u relazzjoni reċiproċi ma’ ċentri
simili għall-istudji fil-Barokk barranin;
(d) biex iwaqqaf u jikkostitwixxi ċentru ta’ riċerka u
riżorsi fuq l-arti u l-arkitettura Barokka, u jinkludi
bank informatiku u indiċi ta’ riferenza tal-
pubblikazzjonijiet eżistenti fuq il-perijodu Barokk
b’enfasi speċjali fuq il-Barokk Malti; u
(d) biex jipprovdi pariri u għajnuna fil-preservazzjoni tal-
wirt Malti fil-Barokk.
Bord.
ġejjin:
Chairman: ir-Rettur jew id-delegat tiegħu;
Viċi-Chairman: id-Direttur Ġenerali tal-Fondazzjoni
għall-Istudji Internazzjonali jew id-
delegat tiegħu;
Segretarju: id-Direttur ta’ l-Istitut;
Teżorier: l-Uffiċjali tal-Finanzi ta’ l-
Università  jew id-delegat tiegħu;
Membri: id-Dekan tal-Fakultà  ta’ 1-Arti jew
2 L.S.327.74 ħ
STATUT I 22 - L-ISTITUT INTERNAZZJONALI 
GĦALL-ISTUDJI FIL-BAROKK
id-delegat tiegħu;
id-Dekan tal-Fakultà  ta’ l-
Arkitettura u Inġinerija Ċivili jew
id-delegat tiegħu;
żewġ skulari ta’ reputazzjoni li jiġu
maħtura mill-Bord.
Funzjonijiet tal-
Bord.
5. Il-funzjonijiet tal-Bord għandhom ikunu kif ġej:
(a) biex jiddetermina l-politika ta’ l-Istitut dwar l-
għanijiet imsemmija fuq;
(b) biex jiżgura l-amministrazzjoni finanzjarja u
amministrazzjoni oħra ta’ l-Istitut kif suppost; u
(ċ) biex jaqdi dawk il-funzjonijiet l-oħra li huma lilu
assenjati b’dan l-istatut jew li jwasslu għalihom jew
jaqduhom.
Direttur u staff. 6. (1) L-Istitut għandu jkollu Direttur u staff.
(2) Id-Direttur għandu jiġi maħtur wara li ssir sejħa għal
applikazzjoni mill-Kunsill ta’ l-Università  għall-żmien ta’ ħames
snin, bil-possibilità  ta’ tiġdid fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord.
L.S. 327.07 (3) L-istaff amministrattiv u klerikali għandu jiġi maħtur mill-
Bord skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 4 ta’ l-Istatut I 00.
Funzjonijet tad-
Direttur.
7. Il-funzjonijet tad-Direttur ikunu:
(a) is-superviżjoni ta’ l-amministrazzjoni minn jum għall-
ieħor ta’ l-Istitut, skond il-politika mfassla mill-Bord;
(b) it-tħejjija tal-budget annwali ta’ l-Istitut u s-
sottomissjoni tiegħu lill-Bord; u
(ċ) li jissottometti rapport finanzjarju ta’ kull sena
flimkien ma’ rapport ta’ kull sena dwar l-attivitajiet ta’
l-Istitut lis-Senat u l-Kunsill.
Ftehim ta’ xogħol. 8. Il-Bord ta’ l-Istitut għandu jistabilixxi ftehim ta’ xoghol
mal-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali flimkien mas-sistemi
ta’ Istituti għall-Istudji tal-Barokk fl-Italja.
Kunsill 
Konsultattiv 
Internazzjonali.
9. Il-Bord jista’ wkoll jaħtar Kunsill Konsultattiv
Internazzjonali.
Emendi. 10. Emendi għal dan l-istatut jistgħu jitressqu mill-Bord biex
jiġu approvati mill-Kunsill ta’ l-Università .
