KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF COMMUNICA-
TIONS (HONOURS) - B. COMMUNICATIONS (HONS.) ġ L.S.327.75 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.75
REGOLAMENTI TAL-KORS GĦALL-GRAD TA’ 
BACHELOR OF COMMUNICATIONS (HONOURS) - 
B. COMMUNICATIONS (HONS.)
17 ta’ Mejju, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 94 ta’ l-1996.
Titolu u tifsir.
Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Communications (Honours) - B.
Communications (Hons.).
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord tal-Fakultà  ta’ l-Edukazzjoni;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Communications
(Honours);
"il-kors" ifisser il-kors għall-grad ta’ Bachelor of
Communications (Honours).
Applikabilità .
1995 jew wara.
Eliġibbilità .
(a) temm il-kors ta’ l-istudju mfassal għall-Grad;
(b) temm b’suċċess l-eżamijiet rilevanti; u
(ċ) issodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’dawn ir-
regolamenti u fi statuti u regolamenti oħra ta’ l-
Università .
Reġistrazzjoni u 
rekwiżiti speċjali 
għall-kors.
4. (1) Kandidat jista’ jiġi rreġistrat fil-kors ta’ l-istudju li
jwassal għall-Grad jekk ikun issodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija
jew fil-paragrafu (a) jew fil-paragrafu (b) jew fil-paragrafu (ċ):
(a) (i) temm b’suċċess l-Ewwel Parti tal-kors tal-B.
Communications; u
(ii) kiseb il-grad medju ta’ B jew aħjar fil-
valutazzjoni globali ta’ 16-il kredtu fl-Istudju
tal-Komunikazzjoni ta’ l-Ewwel Parti tal-kors
tal-B. Communications; u
(iii) kiseb il-grad medju ta’ Ċ jew aħjar fil-
valutazzjoni globali ta’ 45 kredtu ta’ l-Ewwel
Parti tal-kors tal-B. Communications;
(b) (i) temm b’suċċess l-Ewwel Parti tal-B.A. fil-
Fakultà  ta’ l-Arti fl-Università  ta’ Malta bl-
Istudju tal-Komunikazzjoni bħala wieħed mill-
oqsma ta’ studju ewlenin; u
(ii) kiseb il-grad medju B jew aħjar fil-valutazzjoni
globali ta’ 16-il kredtu fl-istudju tal-
Komunikazzjoni ta’ l-Ewwel Parti tal-Kors tal-
2 L.S.327.75 ħ
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF COMMUNICA-
TIONS (HONOURS) - B. COMMUNICATIONS (HONS.)
B.A.; u
(iii) kiseb il-grad medju Ċ jew aħjar fil-45 kredti ta’
l-Ewwel Parti tal-kors tal-B.A.;
(ċ) (i) iggradwa bi Grad ta’ Baċillier, bit-tieni klassi
jew kategorija jew aħjar, minn l-Università  ta’
Malta jew bi kwalifika ekwivalenti ta’
Università  oħra rikonoxxuta għal daqshekk mis-
Senat; u
(ii) temm b’suċċess il-45 kredtu jew ekwivalenti
msemmija fir-regolament 5(5) tar-regolamenti li
jirregolaw il-kors tal-B. Communications; u
(iii) kiseb il-grad medju ta’ B jew aħjar fil-
valutazzjoni globali tal-kredti fl-Istudji tal-
Komunikazzjoni.
(2) Kandidat għandu normalment ikun meħtieġ li jgħaddi
immedjatament għall-kors li jwassal għall-Grad mill-Ewwel Parti
tal-kors tal-B. Communications jew tal-B.A. iżda f’kull każ il-
kandidat ma jkunx ammess għall-kors li jwassal għall-Grad jekk
tkun għaddiet iktar minn sena mit-tmiem ta’ l-Ewwel Parti tal-kors
li jkun għamel ħlief bil-permess tas-Senat.
Il-kors ta’ l-istudju. 5. (1) Il-kors ta’ l-istudju li jwassal għall-Grad normalment
għandu jinfirex fuq żmien ta’ sentejn akkademiċi.
(2) Kandidat ma jistax jagħmel l-eżamijiet finali qabel sentejn
akkademiċi jew wara tliet snin akkademiċi mill-ewwel dħul tieghu
fil-kors ħlief bil-permess tas-Senat.
(3) Biex itemm il-kors ta’ l-istudji għall-Grad kandidat għandu
jikseb minimu ta’ 44 kredtu li għandhom jinkludu:
(a) 27 kredtu fl-istudji tal-komunikazzjoni li jistgħu
jinkludu prattiċi taħt superviżjoni;
(b) total ta’ 8 kredti fil-qasam ta’ studju ewlieni jew fiż-
żewġ oqsma sussidjarji magħżulin fl-Ewwel Parti;
(ċ) is-6 kredti assenjati lid-dissertazzjoni; u
(d) 3 kredti ta’ għażla li jistgħu jintagħżlu minn oqsma ta’
studju diġà  magħżulin bħala ewlenin jew sussidjarji.
(4) Katalogu tat-taqsimiet studju u tal-kredti mogħtija għal
kull taqsima għandu jiġi ppubblikat mill-Bord qabel il-bidu ta’ kull
sena akkademika.
Eżamijiet. 6. (1) Kandidat ikun meħtieġ jagħmel l-eżamijiet finali fl-
aħħar tal-kors ta’ studju wara li jkun kiseb mhux anqas minn
wieħed u erbgħin kredtu fiż-żmien preskritt.
(2) L-eżamijiet finali għandhom isiru darba fis-sena,
normalment f’Mejju-Ġunju u għandhom ikunu magħmulin minn
erba’ sessjonijiet fl-istudji tal-komunikazzjoni. Jista’ jsir ukoll
eżami viva voce.
(3) Eżami f’qasam ewlieni jew sussidjarju għandu jikkonsisti
f’żewġ sessjonijiet fil-qasam ewlieni u f’sessjoni waħda f’kull
qasam ta’ studju sussidjarju. Dawn is-sessjonijiet għandhom isiru
KORS GĦALL-GRAD TA’ BACHELOR OF COMMUNICA-
TIONS (HONOURS) - B. COMMUNICATIONS (HONS.) ġ L.S.327.75 3
fl-aħħar ta’ l-ewwel sena.
(4) Biex jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-eżamijiet finali, kandidat
għandu jgħaddi minn kull sessjoni ta’ l-eżamijiet finali u l-
eżamijiet fl-oqsma ewlenin jew sussidjarji.
(5) Kandidat li jeħel f’xi waħda mis-sitt sessjonijiet jista’
joqgħod, darba biss, għall-sessjoni riparatorja fis-sessjoni jew
sessjoni/jiet li jkun weħel fihom.
(6) Il-grad jew marka miksuba f’sessjoni riparatorja ta’ l-
eżamijiet finali jkun l-inqas grad ta’ min jgħaddi jew weħel.
Riżultati finali.
tikkonsidra x-xoghol tal-kandidat fl-eżamijiet finali, l-eżamijiet fil-
qasam ewlieni jew fl-oqsma sussidjarji, id-dissertazzjoni, kif ukoll
il-gradi miksuba għall-kredti msemmija fir-regolament 5(3).
(2) Il-piż għall-gradi li jingħataw fir-riżultat finali għandu
jkun kif ġej:
(a) l-eżamijiet finali għandhom ikollhom erbghin fil-mija;
(b) l-eżamijiet fl-oqsma ewlenin jew sussidjarji għandu
jkollhom għaxra fil-mija;
(ċ) id-dissertazzjoni għandha jkollha ħmistax fil-mija;
(d) il-ħamsa u tletin fil-mija l-oħra għandhom jiġu
kkalkolati fuq il-bażi ta’ valutazzjoni globali miksuba
għall-kredti msemmija fir-regolament 5(3).
(3) Fir-riżultati finali, l-ismijiet tal-kandidati li jikkwalifikaw
għall-Grad għandhom jiġu ppubblikati f’ordni alfabetiku f’lista
mqassma kif ġej:
L-Ewwel Klassi, it-Tieni Klassi (Taqsima Superjuri), it-
Tieni Klassi (Taqsima Inferjuri), it-Tielet Klassi.
