KORS TAD-DIPLOMA IN YOUTH STUDIES - DIP. 
YOUTH ST. - U TAL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS IN 
YOUTH AND COMMUNITY STUDIES - B.A. ġ L.S.327.76 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.76
REGOLAMENTI GĦALL-KORS TAD-DIPLOMA IN 
YOUTH STUDIES - DIP. YOUTH ST. - U TAL-GRAD 
TA’ BACHELOR OF ARTS IN YOUTH AND 
COMMUNITY STUDIES - B.A.
19 ta’ Lulju, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 137 ta’ l-1996.
Titolu u tifsir.
Kors tad-Diploma in Youth Studies - Dip. Youth St. - u tal-Grad ta’
Bachelor of Arts in Youth and Community Studies - B.A.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Youth Studies;
"il-Grad" ifisser il-Grad ta’ Bachelor of Arts in Youth and
Community Studies;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma u/jew għall-
Grad.
Applikabilità .
f’Ottubru 1993 jew wara.
Eliġibbilità .
għandhom ikunu:
(a) rreġistrati bħala studenti regolari;
(b) temmew il-kors ta’ studji, għaddew mill-eżami finali u
ssodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti f’dawn
ir-regolamenti;
(ċ) ssodisfaw ir-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti fi statuti
u regolamenti rilevanti oħra ta’ l-Università .
(2) Biex ikun eliġibbli għall-Grad kandidat għandu jkun:
(a) issodisfa r-rekwiżiti ta’ l-eliġibbilità  għall-għoti tad-
Diploma;
(b) irreġistra għall-kors li jwassal għall-Grad wara tmiem
il-kors li jwassal għad-Diploma; u
(ċ) issodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti fi statuti u
regolamenti rilevanti oħra ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni.
Istudji taż-Żgħażagħ għall-kors ta’ studji li jwassal għad-Diploma
jew Ċertifikat fl-Istudji taż-Żgħażagħ skond ma jeħtieġu dawn ir-
regolamenti, jekk ikunu eliġibbli biex jidħlu l-Università  bħala
studenti regolari kif hemm preskritt fir-Regolamenti għad-Dħul ta’
l-Università .
(2) Kandidat ikun jista’ jiġi reġistrat għall-kors li jwassal
2 ġ L.S.327.76
KORS TAD-DIPLOMA IN YOUTH STUDIES - DIP. 
YOUTH ST. - U TAL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS IN 
YOUTH AND COMMUNITY STUDIES - B.A.
għall-Grad jekk ikun ġab ta’ l-anqas "Għadda" fil-kors tad-
Diploma.
(3) Kandidat li jirreġistra għall-Grad jitlef l-għoti tad-Diploma
jekk jagħżel li jkompli bil-kors li jwassal għall-Grad.
(4) Kandidati li ma jtemmux il-kors li jwassal għall-Grad
għandhom jingħataw id-Diploma sakemm ikunu temmew b’suċċess
it-taqsimiet obbligatorji għall-ewwel sentejn kalendarji, ġabu l-
minimu ta’ ħamsa u għoxrin kredtu u għaddew mill-eżami finali
meħtieġ f’dan l-istadju.
IL-KORS GĦAD-DIPLOMA
Programm tal-kors. 5. (1) Il-kors ta’ studji li jwassal għad-Diploma għandu
jinfirex fuq tul ta’ sentejn kalendarji ta’ studju part-time.
(2) Il-kors ta’ studji li jwassal għad-Diploma għandu
jikkonsisti f’taqsimiet studju, li għalihom għandhom jiġu assenjati
mhux anqas minn tletin kredtu, fil-moduli li ġejjin:
Modulu A: Prinċipji ta’ Ħidma taż-Żgħażagħ
Modulu B: Taħriġ f’Kapaċitajiet
Modulu Ċ: Studji Tematiċi
Modulu D: Prattiku
Modulu E: Proġett ta’ Riċerka.
(3) Qabel il-bidu ta’ kull kors għandu jiġi ppubblikat katalogu
ta’ taqsimiet studju f’kull modulu flimkien mal-kredti mogħtija lil
kull taqsima studju.
(4) Sabiex ikunu eliġibbli għall-ghoti tad-Diploma il-kandidati
għandhom jiksbu mhux anqas minn ħamsa u għoxrin kredtu inklużi
l-kredti fit-taqsimiet obbligatorji fiż-żmien ta’ sentejn kalendarji u
għaddew mill-eżami finali.
(5) Il-kandidati jistgħu jtemmu l-kors wara sena kalendarja
f’liema każ għandhom jingħataw Ċertifikat fl-Istudji taż-Żgħażagħ
sakemm dawn l-istudenti jkunu temmew b’suċċess it-taqsimiet
studju obbligatorji għall-ewwel sena kalendarja u jkunu kisbu
mhux anqas minn tnax il-kredtu.
Valutazzjoni. 6. (1) Il-kredti għandhom jingħataw skond il-gradi li ġejjin
f’ordni mill-aktar għall-anqas: A, B, C, D, u F, fejn F tindika li l-
kandidat ikun weħel.
(2) Il-kandidati li jeħlu f’xi taqsima studju għandhom jitħallew
jagħmlu riparatorju f’dik it-taqsima darba waħda biss. Kredti li
jinkisbu wara riparatorju jingħataw il-grad minimu ta’ min jgħaddi.
L-eżami finali. 7. (1) Dawk il-kandidati li jiksbu minimu ta’ kredti kif
indikat fir-regolament 5(4) għandhom jitħallew joqogħdu għall-
eżami finali.
(2) L-eżami finali għandu jsir fl-aħħar tal-kors, normalment
f’Ġunju/Lulju u għandu jikkonsisti f’żewġ karti sinottiċi.
(3) Dawk il-kandidati li jeħlu fl-eżami finali jkunu jistgħu
jagħmlu riparatorju darba waħda biss fi żmien tnax-il xahar mit-
KORS TAD-DIPLOMA IN YOUTH STUDIES - DIP. 
YOUTH ST. - U TAL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS IN 
YOUTH AND COMMUNITY STUDIES - B.A. ġ L.S.327.76 3
tmiem tal-kors. F’każijiet bħal dawn l-ogħla grad li jingħata
għandu jkun il-minimu ta’ min jgħaddi.
Riżultati finali.
kollu li jagħmel il-kandidat fil-partijiet kollha tal-kors.
(2) Fir-riżultati finali għad-Diploma, l-ismijiet tal-kandidati li
jgħaddu għandhom jiġu ppubblikati f’ordni alfabetiku fil-kategoriji
li ġejjin: Għadda b’Distinzjoni u Għadda.
IL-KORS GĦALL-GRAD
Progress.
kors ta’ studji li jinfirex fuq tul ta’ tliet snin studju part-time.
(2) Il-kors ta’ studji għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju li
għalihom għandhom jingħataw erbgħin kredtu ieħor fil-moduli li
ġejjin:
Modulu F: Studji Fundamentali
Modulu G: Kwistjonijiet Kritiċi
Modulu H: Studji Professjonali
Modulu I: Dissertazzjoni
Modulu J: Prattiku.
(3) Qabel il-bidu ta’ kull kors għandu jiġi ppubblikat katalogu
ta’ taqsimiet studju f’kull modulu flimkien mal-kredti mogħtija lil
kull taqsima.
(4) Sabiex ikunu eliġibbli għall-Grad il-kandidati għandhom
jiksbu mhux anqas minn ħamsa u sittin kredtu tul iż-żmien ta’
ħames snin.
Valutazzjoni.
f’ordni mill-iktar għall-anqas: A, B, C, D u F, fejn F tindika li l-
kandidat ikun weħel.
(2) Il-kandidati li jeħlu f’xi waħda mit-taqsimiet studju
għandhom jitħallew jagħmlu riparatorju f’dik it-taqsima darba
waħda biss. Kredti li jinkisbu fir-riparatorju għandhom jingħataw
il-grad minimu ta’ min jgħaddi.
Eżami finali.
kif indikat fir-regolament 9(4) għandhom jitħallew joqoghdu għall-
eżami finali.
(2) L-eżami finali għandu jsir fl-aħħar tal-kors, normalment
f’Ġunju/Lulju.
(3) Dawk il-kandidati li jeħlu fl-eżami finali jkunu jistgħu
jagħmlu riparatorju darba waħda biss fi żmien tnax-il xahar mit-
tmiem tal-kors. F’każijiet bħal dawn, l-ogħla grad li jingħata jkun
il-minimu ta’ min jgħaddi.
Riżultati finali.
kollu li jagħmel il-kandidat fil-partijiet kollha tal-kors.
(2) Fir-riżultati finali għall-Grad, l-ismijiet tal-kandidati li
jgħaddu għandhom jiġu ppubblikati f’ordni alfabetiku fil-kategoriji
li ġejjin: I, IIA, IIB, III u Għadda.
4 ġ L.S.327.76
KORS TAD-DIPLOMA IN YOUTH STUDIES - DIP. 
YOUTH ST. - U TAL-GRAD TA’ BACHELOR OF ARTS IN 
YOUTH AND COMMUNITY STUDIES - B.A.
Amministrazzjoni. 13. L-amministrazzjoni akkademika tal-kors għandha tkun
fdata lill-Bord ta’ l-Istudji maħtur mis-Senat fuq ir-
rakkomandazzjoni tal-Bord ta’ l-Istitut ta’ l-Istudji taż-Żgħażagħ.
