KORS TAD-DIPLOMA IN ENVIRONMENTAL 
STUDIES - DIP. ENV. SC. ġ L.S.327.77 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 327.77
REGOLAMENTI GĦALL-KORS TAD-DIPLOMA IN 
ENVIRONMENTAL STUDIES - DIP. ENV. SC.
30 ta’ Awissu, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 164 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviż Legali 75 ta’ l-
2000.
Titolu u tifsir.
Kors tad-Diploma in Environmental Science -Dip. Env. Sc.
(2) F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtieġx xort’oħra -
"il-Bord" ifisser il-Bord ta’ l-Istudji mwaqqaf taħt ir-regolament
3;
"id-Diploma" tfisser id-Diploma in Environmental Science;
"il-kors" ifisser il-kors li jwassal għad-Diploma in
Environmental Science.
Applikabilità .
Emendat:
A.L. 75 ta’ l-2000.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-korsijiet li
jibdew f’Ottubru 2000 jew wara.
Il-Bord ta’ Studji.
biex jagħti pariri fuq id-dħul tal-kandidati, fuq il-programm
akkademiku u fuq ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mat-tmexxija tal-
kors.
(2) Il-Bord għandu jkun magħmul minn Chairman,
Koordinatur tal-Kors, u tliet membri. Membri oħra jistgħu jiġu
koopti mill-Bord jekk ikun hemm bżonn.
Eliġibbilità  għad-
Diploma.
Emendat:
A.L. 75 ta’ l-2000.
4. (1) Biex kandidat ikun eliġibbli għad-Diploma għandu
jkun:
(a) irreġistra għal u temm b’suċċess il-kors ta’ studji fix-
Xjenzi Ambjentali kif provdut f’dawn ir-regolamenti;
(b) temm il-programm ta’ studju xieraq, għadda mill-
Integrated Project, ikkwalifika fl-eżamijiet finali u
ssodisfa r-rekwiżiti l-oħra preskritti f’dawn ir-
regolamenti; u
(ċ) issodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha preskritti fl-istatuti u
regolamenti l-oħrajn kollha rilevanti ta’ l-Università .
Reġistrazzjoni.
kors jekk ikun eliġibbli għad-dħul fl-Università  bħala student
regolari jew bi prova skond ir-Regolamenti tad-Dħul ta’ l-
Università .
Kors ta’ studji.
Emendat:
A.L. 75 ta’ l-2000.
6. (1) It-tul tal-kors għandu jkun ta’ erba’ semestri
akkademiċi ta’ studju part-time.
(2) Il-programm tal-kors għandu jikkonsisti f’taqsimiet studju,
li jinkludu Integrated Project u rapport dwaru, li għalihom mhux
2 L.S.327.77 ħ
KORS TAD-DIPLOMA IN ENVIRONMENTAL 
STUDIES - DIP. ENV. SC.
anqas minn 22 kredtu huma assenjati. Katalogu ta’ taqsimiet studju
u tal-kredti assenjati għal kull waħda għandu jkun approvat mis-
Senat u ppubblikat mill-Bord qabel il-bidu ta’ kull kors.
(3) It-taqsimiet studju jistgħu jinkludu lectures, seminarji,
prattiku fuq il-post u fil-laboratorji, aċċessi jew taqbiliet ta’ dawn
kif ikun xieraq.
(4) Kull taqsima studju tista’ tiġi valutata permezz ta’ xogħol
tal-kors, testijiet jew eżamijiet bil-miktub jew viva voce,jew taqbila
tagħhom kif ikun xieraq u determinat mill-Bord.
Valutazzjoni.
Emendat:
A.L. 75 ta’ l-2000.
7. (1) Il-kredti mogħtija għandhom jiġu assenjati skond il-
gradi li ġejjin mill-ogħla mertu sa l-anqas: A, B, C, D u F, fejn F
tindika li kandidat weħel.
(2) Kandidat li ma jirnexxilux jottjeni kredtu f’taqsima studju
għandu normalment jitħalla jerġa’ jagħmel riparatorju darba waħda
biss. Fir-riparatorju l-grad li għandu jingħata għandu jkun "D" jew
"F".
(3) Kandidat li jeħel fl-Integrated Project jista’ jitħalla mill-
Bord jerġa’ jissottomettih fi żmien sitt xhur. F’dan il-każ, l-ogħla
grad li jista’ jingħata huwa l-grad D.
Eżamijiet finali.
Sostitwit:
A.L. 75 ta’ l-2000.
8. Fi tmiem tal-kors għandhom isiru eżamijiet komprensivi
bil-miktub. Dawk il-kandidati biss li jiksbu mill-anqas 20 kredtu
jitħallew jagħmlu dawn l-eżamijiet.
Ordinamenti. 9. Għall-għanijiet ta’ dawn ir-regolamenti jistgħu jiġu
proposti ordinamenti mill-Bord għall-approvazzjoni tas-Senat ta’ l-
Università .
